Reġistru Pubbliku ta’ Malta – digrieti ta’ adozzjoni fir-Reġistru tal-Persuni adottati reġistrati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il digriet ta' adozzjoni ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Persuni Adottati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista annessa:
Sena
Total
2008
71
2009
44
2010
75
2011
61
2012
74
2013
66
2014
48
2015
55
2016
38
2017
52
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t’April li għaddew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ninsab informat li f'dan l-istadju għad fadal kontijiet relatati ma' din iż-żjara li ma humiex magħluqa, u għalhekk għadu mhux possibli li tingħata l-ispiza komplessiva. It-tagħrif sħiħ jingħata f'seduta ohra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2682, jista’ l-Ministru jgħid jekk finalment ġiex provdut ir-rapport mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kien obbligat jipprovdi l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar mill-Bord ta' Governanza Lokali f'deċiżjoni datata l-14 ta' Settembru 2017 bir-referenza 001/2017, fejn f'punt numru 7 tad-deċiżjoni, qed jintqal hekk "7. Rigward l-allegazzjoni ta’ twaħħil ta’ diversi sinjali tat-traffiku llegali b’detriment għas-sewwieqa, hawn il-Bord ma jistax ma jikkundannax lill-Kunsill Lokali li għalkemm jaf li l-liġi qed tkun miksura, qed iħalli dan l-abbuż jibqa’ jseħħ. Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi retifikata, il-Bord qed jitlob sabiex il-Kunsill Lokali, fi żmien xahar minn din id-deċiżjoni, jagħmel audit tas-sinjali tat-traffiku li hemm f’San Pawl il-Baħar u li dawk is-sinjali li saru bla permess tal-Awtorità kompetenti, u allura b’mod illegali, jitneħħew minnufih. Il-Bord qiegħed jordna li jingħata kopja ta’ dan l-audit kif ukoll rapport tal-passi li ttieħdu sal-31 ta’ Ottubru 2017."?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Bord ta’ Governanza Lokali li kien hemm komunikazzjoni imma sa issa r-rapport għadu ma wasalx.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari 2600, fejn tlabt lill-Awditur Ġenerali jinvestiga r-rapport imħejji mill-Bord tal-Governanza Lokali, liema nvestigazzjoni għadha mhiex konkluża.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel direct orders il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, mill-ewwel ta' Jannar tas-sena elfejn u tlettax sal-wieħed u tletin ta' Diċembru tas-sena elfejn u sbatax? Jista’ jagħti lista ta' direct orders li tinkludi l-ammonti mħallsa u min tħallas? Jista’ jagħti raġuni għalfejn saret direct order għal kull ammont li jeċċedi l-€1,164 jekk applikabli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qieghda tingabar u ghaldaqstant tinghata f’xi seduta ohra.
Kunsilli Lokali li gawdew minn skemi maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u mill-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' liem Kunsilli Lokali gawdew minn skemi maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jew il-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, li permezz tagħhom gawdew minn fondi addizzjonali li ma humiex parti mill-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsilli, bejn l-10 ta' Marzu 2008 u t-8 ta' Marzu 2013? Jista’ jagħti dan ir-rendikont għal kull Kunsill Lokali għal kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Ta’ min jinnota t-tnaqqis drastiku fl-imsemmija fondi mill-bidu sa tmiem dik l-istess leġiżlatura u cioe l-legizlatura ta' bejn l-2008 u l-2013.
Kunsilli Lokali li qed iħallsu għat-toroq magħmula permezz tal-iskema Public Private Partnership
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' Kunsilli Lokali li għadhom qed iħallsu toroq magħmula permezz tal-iskema ta' Public Private Partnership? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont dovut minn kull Kunsill Lokali, jekk applikabbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qieghda tingabar u ghaldaqstant tinghata f’xi seduta ohra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba skont Taqsima III tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku. Speċifikament, Regolament 103.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex se jikkonsistu x-xogħlijiet fi Ġnien Raymond Caruana ġewwa l-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ix-xogħlijiet jikkonsistu fit-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tal-ħitan baxxi li hemm ġol-ġnien kif ukoll pavimentar, bankijiet, bins, funtana u dwal ġodda. Id-disinn tal-ġnien inklużi t-toilets se jkunu konformi mal-gwidi tas-CRPD (Commission for the Rights of Persons with Disability).
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3250, jista’ l-Ministru jara li r-residenti ta' Triq l-Għarnuq fil-Fgura jingħataw il-livelli ta' kif ser tkun mibnija t-triq jew gwidati kif jakkwistaw dawn il-livelli, sabiex ikunu f'pożizzjoni li jinstallaw il-biben tad-djar u l-garaxxijiet tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk l-imsemmija triq tkun għadha qatt ma ġiet asfaltata tista’ ssir talba mill-Kunsill Lokali lill- Land Survey Unit ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar biex isiru l-livelli mill-ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul is-snin kienx hemm applikazzjonijiet magħrufa bħala DNOs li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat nhar ta’ Sibt? Jekk iva, kemm kien hemm tali deċiżjonijiet fl-aħħar għaxar snin?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5229, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-istess Awtorità approvat sbatax-il DNO (17) nhar ta’ Sibt mill-2008 sal-2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm summary decisions, kif inhuma magħrufa issa kif ukoll kif kienu magħrufa qabel bħala delegated applications, li fuqhom ittieħdet deċiżjoni nhar ta’ Sibt mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5230, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-istess Awtorità approvat elf u tmenin applikazzjoni tal-ippjanar (1,080) tat-tip delegated / summary nhar ta’ Sibt. Infatti fis-sena 2017 il-medja ta’ impjegati li rraportaw għax-xogħol fil-jum tas-Sibt kien ta’ 45 impjegat, u matul din is-sena sa issa l-medja kienet ta’ 53. B’dan il-mod l-Awtorita’ tkun tista’ tagħmel l-almu kollu tagħha biex tlaħħaq mad-domanda li tiffaċċja.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Direct orders bejn l-2008 u l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għas-snin 2014 u 2015 kif ukoll l-unaudited financial statements tal-2016 u 2017. Dwar dawn tal-aħħar intqal lili li qed issir il-verifika tagħhom mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Trasport Pubbliku – policy rigward guide dogs fuq karozzi tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tat-trasport pubbliku fir-rigward ta' guide dogs li jassistu lill-persuni neqsin mid-dawl, fuq tal-linja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.56, Regolamenti Dwar Servizzi Ta’ Ġarr Ta’ Passiġġieri, Kapitolu 41 jistabilixxi li “Ix-xufiera u l-operaturi m’għandhomx iżommu lill-passiġġieri milli jitilgħu fuq vettura għall-ġarr tal-passiġġieri akkumpanjati minn kelb tal-assistenza li għandu jinkludi klieb ta’ gwida, u klieb tas-smiegħ”. Barra minn dan, f’każijiet fejn jiġi nnutat ksur ta’ din il-klawsola, l-istess leġislazzjoni, fid-Disa’ Skeda, Penali Amministrattivi, tikontempla penali ta’ €100 applikabbli lix-xufier.
Il-kuntratt iffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Public Transport għall-provvediment tas-servizz tat-trasport pubbliku jirrifletti dak li huwa rifless fl-istess leġislazzjoni. L-istess kuntratt jikkontempla wkoll li ma jkun hemm l-ebda ħlas sabiex “guide dogs” u “hearing dogs” jivvjaġġaw mas-sidien tagħhom fuq is-servizz tat-trasport pubbliku.
Fid-dawl li proprjetà privata li tinsab fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq Mater Boni Consilii, il-Fgura li fl-aħħar jiem ġiet imwaqqa', u parti minn din il-proprjetà kienet tinsab lil hinn mill-building line ta' Triq San Tumas, jista' l-Ministru jara li tkun asfaltata l-parti tat-triq li sa ftit ġimgħat ilu kien hemm il-proprjetà imsemmija u issa ġiet imwaqqa', u dan sabiex ikun evitat periklu għas-sewwieqa f'din it-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tiswijiet u l-asfaltar tal-parti tat-triq imsemmija huwa ppjanat li jitwettaq fil-ġimgħat li ġejjin.
Boundary wall fuq proprjetà pubblika madwar proprjetà privata – proċedura
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li għandha tiġi adottata sabiex jinbena boundary wall fuq proprjetà pubblika, madwar proprjetà privata li tkun qed tinbena? Jista' jgħid jekk hemmx xi perjodu massimu li jista’ jitħalla boundary wall fuq proprjetà pubblika? Jista' jgħid fejn għandhom jiġu rappurtati abbużi f'dan ir-rigward?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Method Statement li jħejji l-Perit responsabbli mill-iżvilupp li jkun ser isir abbażi tal-Avviż Legali 72/2013 ikun meħtieġ li jiġi muri jekk ikunx ser jinbena’ tali ħajt kif ukoll jekk ikunx jeħtieġ il-permess ta’ Transport Malta jew tal-Kunsill Lokali rispettiv skond il-każ. M’hemm ebda perjodu massimu li jkun jista’ jinżamm il-ħajt iżda dan ukoll irid ikun elenkat fl-istess Method Statement imsemmi. Abbużi f’dan ir-rigward ikunu jridu jiġu rappurtati lill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini dejjem u lil Transport Malta jew lill-Kunsill Lokali rispettiv skond il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura u l-ħlasijiet involuti sabiex tkun reġistrata vettura bħala 'Y Plate'?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura sabiex persuna tirreġistra vettura bi pjanċa ‘LY’ irid ikollha liċenzja biex topera minn garaxx ta' servizz pubbliku skont il-provvedimenti tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.11. Il-vettura, biex tikkwalifika għandha:
• Tkun ġdida,
• Tinstaq min naħa tal-lemin,
• Tista’ tkun ta’ kwalunkwe lewn ħlief ta’ lewn abjad,
• B’mhux iżjed minn tmien sedili minbarra s-sedil tax-xufier,
• Tkun taħdem bil-petrol, bid-diżil jew bil-mutur tal-lpg jew b'mutur elettriku
It-taxxa ta’ reġistrazzjoni għal tali vettura tiġi kkomputata skont it-tabelli fit-Tieni Skeda tal-KAP 368 u ċioe skont l-eta’, CO2, materja partikolata, u tul tal-vettura.
L-applikant għandu jissottometti applikazzjoni għar-reġistrar ta' vettura ġdida taħt garage ta' servizz pubbliku (VEH26), flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
• Formola għar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi Ġodda (VEH01), mimlija kif imiss,
• Ċertifikat ta’ Konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE fir-rigward ta’ vetturi M1 u skont d-Direttiva 2002/24/KE, kif emendata,
• Prova ta’ ħlas ta’ dazju lid-Dwana jekk il-vettura ġiet importata minn pajjiż terz,
• Fattura, maħruġa mill-manifattur jew mill-aġent awtorizzat tal-manifattur, li tkun turi kemm swiet il-vettura li jkunu juru l-prezz CIF,
• Dokumentazzjoni li tikkonferma l-isem u l-indirizz tiegħu.
Is-segwenti ħlasijiet huma dovuti mar-reġistrazzjoni tal-vettura:
• Dritt amministrattiv ta’ ħmistax-il euro (€15),
• It-taxxa tar-reġistrazzjoni li għandha titħallas skont l-Att 368,
• Il-VAT li għandha titħallas skont l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, u
• Jekk vettura ġiet impurtata minn pajjiż terz għandu jitħallas id-dazju skont l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni.
Fir-rigward ta’ vettura bi pjanċa ‘PY’ (vetturi bil-mutur M2, M3 u vannijiet bit-tail lift), l-applikant għandu jkollu liċenzja ta’ l-operatur biex jagħti servizz ta’ ġarr tal-passiġġieri skont il-provvedimenti tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.56.
Il-vettura biex tikkwalifika:
• Tista’ tkun kemm ġdida kif ukoll u¿ata (second hand), basta li ma tkunx ilha manifatturata aktar minn sebgħa snin u mhux irreġistrata aktar minn ħames snin,
• Irid jitħallas dritt tad-dħul skont regolament 117 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.56,
• Tinstaq min naħa tal-lemin u l-bibien tal-passiġġiera ikunu fuq in-naħa tax-xelluġ,
• Irid ikollha l-arja kundizzjonata.
B’referenza għal punt numru 2, dan ma japplikax għal coaches u vannijiet bit-tail-lift li jkunu vetturi bil-mutur ġodda peress li dawn huma eżentati mill-ħlas tad-dritt tad-dħul, ikun xi jkun l-għadd ta’ passiġġieri li jkunu jistgħu jġorru.
It-taxxa ta’ reġistrazzjoni għal tali vettura tiġi kkomputata skont it-tabelli fit-Tieni Skeda tal-KAP 368 u ċioe skont l-Euro Standard, piż u ċilindraġġ tal-magna.
F’każ ta’ vettura użata, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni ta' konformità għal vetturi tat-trasport tal-passiġġieri(VEH30), flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
• Formola għar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi Ġodda (VEH01), mimlija kif imiss
• Reġistrazzjoni ta’ Vetturi Addizzjonali taħt il-Liċenza ta’ Operatur għall-ġarr ta’ Passiġġieri (CPOL-A3),
• Certificate Of Initial Fitness (COIF) maħruġ minn awtorita’ awtorizzata, jew dikjarazzjoni mill-manifattur fir-rigward ta’ vettura M2 jew M3 li tkun tikkonferma li l-vettura tkun tissodisfa standards tal-livell ta’ emissjoni taħt id-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata, jew ċertifikat ta’ Konformità skont id-dispo¿izzjonijiet tad-Direttiva 2007/46/KE fir-rigward ta’ kull waħda minn dawk il-kategoriji ta’ vetturi bil-mutur,
• Prova ta’ ħlas ta’ dazju lid-Dwana jekk il-vettura ġiet importata minn pajji¿ terz,
• Dokumentazzjoni li tikkonferma l-isem u l-indirizz tiegħu.
F’każ ta’ vettura ġdida, l-applikant għandu jissottometti d-dokumenti li ġejjin:
• Formola għar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi Ġodda (VEH01), mimlija kif imiss,
• Reġistrazzjoni ta’ Vetturi Addizzjonali taħt il-Liċenza ta’ Operatur għall-ġarr ta’ Passiġġieri (CPOL-A3),
• Ċertifikat ta’ Konformità skont id-dispo¿izzjonijiet tad-Direttiva 2007/46/KE fir-rigward ta’ kull waħda minn dawk il-kategoriji ta’ vetturi bil-mutur,
• Prova ta’ ħlas ta’ dazju lid-Dwana jekk il-vettura ġiet importata minn pajjiż terz,
• Fattura, maħruġa mill-manifattur jew mill-aġent awtorizzat tal-manifattur, li tkun turi kemm swiet il-vettura li jkunu juru l-prezz CIF,
• Dokumentazzjoni li tikkonferma l-isem u l-indirizz tiegħu.
Is-segwenti ħlasijiet huma dovuti mar-reġistrazzjoni tal-vettura:
• Dritt amministrattiv ta’ ħmistax-il euro (€15) għar-reġistrazzjoni tal-vettura,
• Dritt amministrattiv ta’ ħamsa u għoxrin euro (€25) biex vettura tiġi nkluża fil-liċenzja ta’ operatur,
• It-taxxa tar-reġistrazzjoni li għandha titħallas skont l-Att 368,
• Il-VAT li għandha titħallas skont l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (applikabbli biss fuq, vettura ġodda) u
• Jekk vettura ġiet impurtata minn pajjiż terz għandu jitħallas id-dazju skont l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negożji Żgħar – Direct orders bejn l-2008 u l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Direct orders bejn l-2008 u l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif li ngħatajt bi tweġiba għal din il-mistoqsija huwa kif muri fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:
Lista ‘A’ – Dipartiment Strateġija u Sapport
Lista ‘B’ - Università ta’ Malta
Lista ‘C’ – l-Entitajiet fi ħdan il-MEDE (minbarra l-UoM)
Attachments:PQ 4048 - Lista 'A' - Dipt. Strateġija u Sapport.pdfPQ 4048 - Lista 'B' - UoM.pdfPQ 4048 - Lista 'C' -All entities (excl. UoM).pdf