Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex – żwiġijiet minn koppji barranin
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex bejn is-sena 2008 u l-2017 fejn iż-żewġ partijiet mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab hawn anness:
Sena
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
Total
38
39
46
28
50
32
41
47
47
53
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5855 fejn ġie kkonfermat li Transport Malta ma approvat l-ebda bollards fi Triq San Trofimu, Tas-Sliema, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se ssir investigazzjoni fuq il-bollards preżenti fi Triq San Trofimu mingħajr permess? Jista’ jgħid jekk dawn jissodisfawx il-kriterji ta' Transport Malta speċjalment fid-dawl li persuni bil-wheelchair, mhux possibbli li jgħaddu minħabba tali bollards? Jista’ jgħid jekk hux se tittieħed azzjoni sabiex dawn il-bollards jitneħħew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li eżatt kif Transport Malta ivverifikat li dawn il- bollards kienu mingħajr permess, skattat investigazzjoni sabiex jitneħħa minnufih dak li huwa illegali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex isiru railings għal aċċess aħjar għall-bajja ta' St Peters Pool f'Delimara?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-FTZD li għaddejjin taħdidiet ma’ Transport Malta sabiex jitjieb l-aċċess għall-bajja min-naħa tal-baħar. Ġie ordnat ukoll poġġaman sabiex jitwaħħal mat-taraġ eżistenti u b’hekk jitjieb l-aċċess mit-triq għall-bajja. Dan kollu qed isir fid-dawl li l-ínterventi jkunu idoneji mal-post minħabba s-sensittività tal-ambjent tal-madwar.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5408, u fid-dawl li l-Kunsill Lokali tal-Fgura għamel talba lil-Land Survey Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar biex isiru l-livelli mill-ġdid fi triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jiġu mmarkati dawn il-livelli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-livelli tal-imsemmija triq diġà saru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn l-2004 u l-2012 il-Prim Ministru qattx kien akkumpanjat mis-sinjura tiegħu waqt safar uffiċjali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta sar dan is-safar, fejn sar, kemm kienet l-ispiża u x’kien l-għan ta’ kull safra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kien hemm 13 - il okkazjoni bejn l-2004 u l-2012 meta l-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-mara tieghu fuq safar ufficjali.
L-ispiża tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq dawn it-13 - il okkazjoni kienet ta’ €297,603.
Il-pajjiżi li l-Prim Ministru żar akkumpanjat mill-mara tiegħu bejn l-2004 u l-2012 jinkludu r-Renju Unit, l-Belgju, l-Fillandja, l-Awstrija, l-Italja, l-Germanja, l-Lussimburgu, l-Awstralja, l-Uganda, Franza u Trinidad & Tobago.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji kollha mitluba dwar kull safra tal-Prim Ministru bejn l-2004 u l-2013, meta kien akkumpanjat mill-mara tiegħu.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 1821 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 126, nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018)
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bollards li hemm fuq il-bankini fi Triq San Trofimu tas-Sliema, sarux bil-permess ta' Transport Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-arkivji tal-Awtorità tat-Trasport mhemm l-ebda approvazzjoni għal tali bollards fi Triq San Trofimu, Sliema.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati xogħlijiet sabiex ikun hemm aċċess aħjar għall-bajja ta' St Peter’s Pool f'Delimara?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed twettaq diversi xogħlijiet infrastrutturali sabiex itejjeb il-kwalità ta’ għadd ta’ toroq li nużaw aktar ta’ spiss fis-sajf, fosthom toroq li jwasslu għall-bajjiet.
L-ewwel xogħlijiet bdew bil-bini mill-ġdid ta’ parti mit-triq tax-xatt tax-Xemxija (Triq il-Pwales), il-konnessjoni ewlenija lejn il-Mellieħa u nħawi oħra tan-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, fosthom l-Għadira, l-Armier, iċ-Ċirkewwa u l-Marfa. Dan ix-xogħol issa tlesta u bħalissa, qed isir xogħol ta’ tiswija urġenti fl-istruttura tal-pont ta’ Triq il-Mistra u tiswijiet u asfaltar fit-triq ewlenija bejn ix-Xemija u l-Mellieħa, inkluż it-telgħa ta’ Selmun, aktar ‘il fuq f’din l-istess rotta. Għaddej ukoll ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-Bypass tal-Mellieħa.
Fil-jiem li għaddew tlesta l-bini mill-ġdid tat-toroq li jwasslu għax-xtajta ta’ Għar Lapsi, b’investiment ta’ aktar minn nofs miljun Ewro.
Bdew ukoll it-tħejjijiet tal-ewwel fażijiet ta’ proġett parzjalment iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, sabiex gradwalment jinbnew mill-ġdid it-toroq fil-kampanja li miż-Żejtun iwasslu għal Tas-Silġ, Delimara, Marsaxlokk, Xrobb l-Għaġin, il-Bajja tal-Kalanka, il-Ħofriet u St Peter’s Pool. Dawn it-toroq jinkludu Triq Delimara u Triq Xrobb l-Għaġin, li bejniethom għandhom tul ta’ madwar sitt kilometri. L-ewwel fażijiet ta’ dan il-proġett, fil-ġimgħat li ġejjin, se jinkludu t-triq u l-passaġġ tal-mixi li jwasslu għal St Peter’s Pool, li f’dawn l-aħħar snin saret waħda mill-aktar bajjiet popolari fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Din il-ħidma kollha fl-inħawi taż-Żejtun u Marsaxlokk mistennija tilħaq investiment ta’ €1.8 miljun, b’madwar 21,000 metru kwadru ta’ asfalt ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati talbiet għall-adozzjonijiet mill-Bord tal-Adozzjonijiet mis-sena 2010 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsumin sena b'sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Adozzjoni, mis-sena 2010 sal-21 ta’ Mejju 2018, approva s-segwenti talbiet ;
2010 - 47
2011 - 50
2012 - 53
2013 - 54
2014 - 57
2015 - 31
2016 - 43
2017 - 49
2018 - 22 (sal-21 ta’ Mejju 2018).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maħruġa care orders matul is-snin 2016 u 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2016, kien hemm 9 Ordnijiet għal Ħarsien (Care Order) u fis-sena 2017, kien hemm 14-il Ordni għal Ħarsien (Care Order).
Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex – digrieti ta’ adozzjoni fir-Reġistru tal-Persuni adottati reġistrati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il digriet ta' adozzjoni ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Persuni Adottati fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista annessa:
Sena
Total
2008
NIL
2009
1
2010
2
2011
NIL
2012
NIL
2013
2
2014
1
2015
2
2016
NIL
2017
1
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet mill-Ministeru tiegħu għall-ġnien magħruf bħala l-Ġnien tal-Foss ta' Ħaż-Żabbar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor Interpellant li l-Ministeru tiegħi ssotometta applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar biex ġewwa l-Foss ta Haz-Zabbar isir ġnien pubbliku, armat b’ faċilitajiet sanitarji, logħob għat-tfal u jitwaħħlu numru ta’ għamra għal-ġonna (bankijiet, gazebo, dwal etc). Il-permessi nħarrgu u beda l-proċess għal sejħiet biex tinbena l-binja li ser tkun qed toffri faċilitajiet sanitarji u cafeteria għal dan is-sit. Preżentament għaddejjin bl-evalwazzjoni tal-offerta li dahlet għal dan ix-xogħol. Huwa mistenni li x-xogħol fuq din l-binja jibda fix xhur li ġejjin. Diġa saru xogħolijiet neċessarji biex jinġieb is-servizz tad-dawl għal ġewwa l-ġnien.
Kunsilli Lokali – nefqa f’bini ta’ toroq mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa ta' kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex f'bini ta' toroq mill-ġdid matul is-snin 2016 u 2017, sena b'sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għaldaqstant tingħata f’xi seduta oħra.