Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jsir it-tindif neċessarju ġewwa Wied Blandun?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3353, t-Task Force mwaqqaf minn dan il-Ministeru ser tkun qed tindirizza t-tneħħija ta’ skart u ħmieġ li jinsab primarjament man-naħa tat-triq li hemm ħdejn Wied Blandun u xi partijiet li jinsabu quddiem iż-żona residenzjali ta dan il-wied, b’kordinament dirett mas-Sezzjoni tal-iStorm Water kif ukoll mad-Dipartiment tat-Tindif (Cleansing Department). Huwa ppjanat li dan l-intervent isir fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali– persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex it-tagħrif jinġabar.
Ministeru għal Għawdex – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tagħha?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għat-tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeà Soċjali – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministru għall-Finanzi – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed inġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqsant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persuni b’diżabilità - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – persuni b’diżabilità — ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet fuq opri tal-baħar bħal Cruise liners eċċ., bejn is-sena 2007 u s-sena 2017, maqsumin sena b’sena?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t’April li għaddew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li delegazzjoni tal-gvern Malti għamlet żjara fl-Awstralja bejn is-27 ta’ Marzu u s-7 t’April. Din iż-żjara saret wara stedina li saret lill-gvern Malti, bħala chair in office tal-Commonwealth, mill-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk b’rabta mal-ftuħ tal-logħob tal-Commonwealth fi Brisbane.
Jakkumpanjaw lili fid-delegazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal din iż-żjara kien hemm il-mara tiegħi, tlett membri tas-Segretarjat privat tiegħi, uffiċjal tas-sigurta u l-eks Kap tal-Malta CHOGM 2015 Task Force. Jakkumpanjaw lill-mara tiegħi u lili kien hemm iż-żewġ uliedna.
Kif sar dejjem fi żjarat ohra simili matul is-snin taht amministrazzjonijet differenti, l-ispejjeż tal-membri tad-delegazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru tħallsu mill-gvern. L-ispejjeż tat-tfal thallsu privatament.
L-ispiża mħallsa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din iż-żjara hija ta’ €142,645. Din l-ispiża tinkludi l-biljetti tal-ajru (5 għal kull persuna), l-akkomodazzjoni, il-loġistika relatata maż-żewġ laqgħat mal-komunitajiet tal-Maltin f’Melbourne u fi Brisbane, l-ospitalità għall-membri kollha tad-delegazzjoni, mhux dawk biss tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f’xi okkazjonijiet anki għall-membri tal-media lokali u għall-uffiċjali tas-sigurtà Awstraljani, spejjeż relatati mal-media lokali li akkumpanjat lid-delegazzoni, it-trasport għall-impenji kollha li kellha d-delegazzjoni Maltija u rigali għad-dinjitarji li ltaqjt magħhom u għall-kontingenti Malti li ha sehem fil-logħob tal-Commonwealth.
Matul iż-żjara kien hemm sensiela ta’ impenji f’Melbourne u fi Brisbane. Fost oħrajn kelli laqgħa mal-Prim Ministru tal-Awstralja Malcolm Turnbull, laqgħa mal-Prim Ministru tal-istat ta’ Victoria Daniel Andrews, laqgħa mal-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk, laqgħa mal-European Australian Business Council u laqgħat mal-komunitajiet Maltin f’Melbourne u fi Brisbane.
Kont ukoll mistieden biex flimkien mal-Gvernatur Ġenerali tal-Awstralja Sir Peter Cosgrove, il-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk u s-Sindku tal-belt tal-Gold Coast Tom Tate nindirizza attività li permezz tagħha ngħata bidu għat-Trade 2018 Games Time Trade and Investment Program waqt li ntlabt nagħmel id-diskors ewlieni fil-ftuħ tal-Commonwealth Innovation Forum.
Id-delegazzjoni Maltija żaret il-villagg tal-atleti li ħadu sehem fil-Logħob tal-Commonwealth u ltaqghet mal-kontingent Malti. Fuq stedina tal-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk, id-delegazzjoni attendiet ukoll għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth.
Kif żgur li huwa konxju l-Onor. Interpellant din ma kenitx l-ewwel darba li Prim Ministru Malti għamel żjara fl-Awstralja. Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant u lill-Kamra li fl-2007 il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien ukoll mexxa delegazzjoni tal-gvern Malti fl-Awstralja bejn id-29 ta’ Lulju u t-13 t’Awwissu.
Id-delegazzjoni dak in-nhar kienet tinkludi lill-mara tal-Prim Ministru, uffiċjali mis-Segretarjat privat tal-Prim Ministru u uffiċjal tas-sigurtà. Magħhom kien hemm ukoll membri tal-media lokali. Ma dan kollu b’differenza mil-lum, din il-Kamra qatt ma ngħatat rendikont tal-ispejjeż ta’ din iż-żjara. U dan minkejja li kienu saru sitt misoqsijiet parlamentari biex tingħata din l-informazzjoni. Ħdax - il sena ilu, l-ispiża tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq iż-żjara tal-Prim Ministru u d-delegazzjoni tiegħu fl-Awstralja kienet ta’ €159,853.
Ngħarraf ukoll lill-Onor Interpellant u lill-Kamra li kien hemm ukoll okkażjoni oħra, fl-2011, meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien se jżur l-Awstralja biex jieħu sehem fic-CHOGM f’Perth u biex jiltaqa' ma’ xi komunitajiet tal-Maltin. Għalkemm eventwalment il-Prim Ministru ħassar din iż-żjara, jirriżulta mill-bookings li kienu saru li l-ispiża fuq biljetti tal-ajru u lukandi biss kienet se tlahhaq mill-inqas €84,390. Fl-2011 il-Prim Ministru kien se jkun ukoll akkumpanjat mill-mara tiegħu, minn uffiċjal mis-Segretarjat privat tal-Prim Ministru u minn uffiċjal tas-sigurtà.
Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li f’leġiżlaturi qabel l-2013 kien hemm iktar minn okkażjoni waħda li fiha ma ngħatatx informazzjoni lil din il-Kamra dwar spejjeż relatati ma safar tal-gvern. F’iktar minn okkazjoni wahda qabel l-2013 il-Prim Ministri naqsu milli jagħtu rendikont lil din il-Kamra dwar spejjeż ta’ safar għaliex deherilhom illi ma kien hemm ‘ebda ġustifikazzjoni’ jew ‘ebda skop’.
Reġistru Pubbliku ta’ Malta – żwiġijiet minn koppji barranin
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta bejn l- 2008 u l-2017 fejn iż-żewġ partijiet mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab hawn anness:
Sena
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
Total
651
549
573
622
682
713
890
835
986
961