Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-investiment li sar fil-Mużew MUŻA?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-proġett MUŻA seta' jseħħ għaliex il-gvern għaraf l-importanza ta dan il-proġett, li permezz tiegħu llum Malta għandha Mużew Nazzjonali tal-Arti li diġà ġibed l-attenzjoni ta’ bosta organizzazzjonijiet internazzjonali li fih raw potenzjal għal mużew uniku tax-xorta tiegħu li jaspira li jilħaq firxa wiesgħa tal-komunità.
L-investiment ta’ €10,000,000 minn fondi nazzjonali kif ukoll dawk Ewropej, kien jinkludi primarjament il-bini nnifsu fejn il-Berġa tal-Italja nbidlet minn waħda li tospita uffiċni għal waħda li issa tospita l-Mużew Nazzjonali li jhaddan l-aqwa tekonoliġiji u prattiċi fil-qasam tal-preservazzjoni tal-binja nnifisha kif ukol fil-mod ta’ kif il-kollezjoni qed tiġi prezentata lill-pubbliku.
Il-bini, li ghandu madwar 450 sena, llum il-ġurnata jinkludi numru ta’ tibdiliet tekonologici li gew introdotti wara r-rinovar estensiv sabiex dan il-post jagħti esperjenza varjata lil kull min iżuru. L-investiment kien jinkludi l-iddisinjar mill-ġdid tal-ispazju b’rispett lejn il-binja nnifisha u li permezz ta hekk illum din l-binja hi waħda aċċessibili għal kulħadd, sistemi ġodda ta’ klimatizzajoni li jagħmlu użu min teknoloġija ‘environmentally friendly’, xogħol strutturali li permezz tagħhom il-binja ngħatat lura s-saħħa strutturali kif ukoll xogħol estensiv fuq l-estetika tal-binja sabiex din toffri esperjenza unika lil kull min iżura.
Ta' min wieħed isemmi, li dan il-post matul is-sekli kellu bosta użi differenti u għaldaqstant, il-proġett ma setax jinjora dan l-aspett daqstant importanti u filfatt saret hidma partikolari minn Heritage Malta sabiex jigu enfasizzati u nkorporati elementi li ġew miżjuda matul is-sekli, elementi li ghamlu l-bini u l-esperjenza tiegħu aktar unika. Kull saff kellu l-importanza tiegħu għaldaqstant ħadna ħsieb li lill-pubbliku li jżur dan il-post ikollu l-aċċess jara u jifhem is-saffi differenti li jsawruh.
Il-bini nnifsu għandu ħitan ħoxnin magħmulin mill-ġebla Maltija, li diġà jagħmluh effiċjenti fl-użu tal-enerġija għax dawn il-ħitan ma jħallux is-sħana tidħol jew toħroġ faċilment. Il-bitħa ċentrali tipprovdi wkoll tibdil tal-arja naturali u anke dawl naturali mal-bini kollu. Il-biċċa l-kbira tal-aperturi oriġinali ġew restawrati, imbagħad ġew installati wkoll aperturi ‘double-glazed’ fil-ħxuna interna tal-ħitan. Ġew magħmula wkoll aperturi apposta double-glazed magħmulin mill-injam.
Ix-xogħlijiet bdew fl-2016 bir-restawr tal-partijiet ta’ barra tal-Berġa sabiex fl-2017, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mxiet għal Smart City biex b’hekk seta’ jibda r-restawr tal-binja nnifisha. L-iżvilupp tal-proġett MUŻA rrikjeda bosta ħiliet u snajja’ differenti li flimkien ħadmu lejn ir-riżultat finali, fosthom riċerkaturi, periti, kuraturi, esperti fir-restawr ta’ materjal storiku, esperti tal-kostruzzjoni, inġiniera mekkaniċi u elettriċi u oħrajn.
Iżda sa minn qabel ma sar ix-xogħol fuq il-binja, fis-sena 2014 beda xogħol bla heda fuq ir-restawr tax-xogħlijiet tal-arti. Din kienet okkażjoni tad-deheb biex nagħtu ħarsa tajba lejn l-istat tal-kollezzjoni li kienet għall-wiri f’dak li kien il-Mużew Nazzjonali f’South Street. Saret riċerka intensiva biex intgħażlu x-xogħlijiet li qed jintwerew fil-MUŻA u liema kienu jeħtieġu restawr urġenti, kif ukoll biex jinħolqu l-aħjar faċilitajiet b’temperaturi kkontrollati għall-ħażna tax-xogħlijiet fir-riżerva li kellhom jintużaw f’sistema ta’ rotazzjoni. Dan il-proċess ħoloq ukoll l-opportunità biex jiġu riveduti u mibdula ċerti attribuzzjonijiet skorretti, u riċerka ġdida tatna għarfien ġdid fuq il-kollezzjoni li f’xi każijiet wasslu għar-reviżjoni tal-pjanijiet tad-displays għall-MUŻA.
MUŻA se jħalli legat strutturali u kulturali importanti wara li tintemm Valletta 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta l-istudenti ser ikunu jistgħu jgawdu l-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta bla ħlas, hekk kif imħabbar fil-budget għas-sena 2019? Jista’ jgħid kif ser titħaddem din is-sistema?
Response (BONNICI, OWEN)
Fi żmien qarib ser tiħabbar il-mod kif ser taħdem din is-sistema.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu emendi fl-isem tagħhom permezz tal-Formula V provduta f’Artikolu 278A(2) tal-Kodiċi Ċivili mis-sena 2010 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li għamlu emendi f’isimhom mill-2010 sal-lum huwa dan:
2010 – l-ebda applikazzjoni
2011 - l-ebda applikazzjoni
2012 - l-ebda applikazzjoni
2013 - 2877
2014 - 3285
2015 – 3204
2016 - 2639
2017 - 2363
2018 – 2032 – sal-20 ta’ Novembru 2018
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx investigati każijiet ta' internet throttling?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur ma rċevietx ilmenti/każijiet f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid x’qed isir sabiex jiġu megħjuna negozji Maltin fir-rigward ta’ Brexit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Malta Enterprise għadha kemm nehdiet l-iskema tal-Get Ready. Din l-iskema toffri l-possibilta biex negozji jqabbdu konsulenti biex jgħinuhom jippreparaw rwieħhom għal kull evantwalita fir-rigward ta’ Brexit.
L-assistenza ser tkun tikkonsisti f’
cash grant
sa massimu ta’ €4,000 biex ikopru sa 50% mill-ispejjeż inkorporati. Din l-iskema ser tibqa miftuħa sal-31 ta’ Jannar 2019.
Barraminhekk hemm skemi oħra li ntrapriżi jistgħu jibbenifikaw minnhom sabiex ikabbru s-swieq tagħhom. Dawn jinkludu Knowledge Transfer (re-training tal-impjegati); Cooperate for Growth (biex jattendu fieri u business meetings barra minn Malta) kif ukoll Enterprise Europe Network li tgħin biex kumpaniji jidħlu fi swieq ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Iskola Primarja ta’ Raħal il-Ġdid maqsuma skont il-livell li jinsabu fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li jattendu l-Iskejjel Primarji ta’ Raħal Ġdid (Paola A u Paola B), maqsuma skont il-livell li jinsabu fih, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Livell
Bniet
Subien
Total
Paola A
Kinder 1
27
31
58
Kinder 2
32
41
73
Year 1
21
33
54
Year 2
23
28
51
Year 3
42
47
89
Paola B
Year 4
35
31
66
Year 5
43
38
81
Year 6
36
40
76
Total
259
289
548
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Iskola Primarja tal-Gudja, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Gudja, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Livell
Bniet
Subien
Total
Kinder 1
18
10
28
Kinder 2
5
11
16
Year 1
4
9
13
Year 2
6
11
17
Year 3
8
4
12
Year 4
11
4
15
Year 5
5
5
10
Year 6
2
2
4
Total
59
56
115
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li jattendu l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Livell
Bniet
Subien
Total
Kinder 1
28
30
58
Kinder 2
17
33
50
Year 1
32
19
51
Year 2
16
23
39
Year 3
19
23
42
Year 4
19
20
39
Year 5
21
20
41
Year 6
19
15
34
Total
171
183
354
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jkun restawrat is-swar li jħares lejn Triq Valperga l-Fgura, speċjalment il-parti ta’ fejn hemm il-grawnd tal-futbol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d- Direttorat tar-Restawr qed bħalissa iħejji pjanti dettaljati tal-kundizzjoni tas-swar ta’ San Nikola, San Ġwann, u San Pawl li jagħmlu parti mis-swar li jdawru il-Kottonera, magħrufa bħala il-Cottonera Lines.
Saret ukoll talba għal permess quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Dan il-permess huwa mistenni li jkun approvat fil-bidu ta’ 2019.
Huwa ppjanat li jinħargu l- ewwel tenders għal xogħol ta’ restawr tal-faċċati tas-sur ta’ San Gwann li jidher min triq Valperga il-Fgura, u ċjoè s-swar biswit il-grawnd tal-Fgura, lejn nofs is-sena id-dieħla.
Xogħlijiet oħra ta’ restawr huma ippjanati ġewwa is-sur ta’ San Ġwann u fuq is swar ta’ San Nikola u ta’ San Pawl.
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema pajjiżi, Malta għandha ftehim sabiex isiru adozzjonijiet minn persuni Maltin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa, Malta għandha ftehim mas-Slovakkja, l-Albanija, l-Vjetnam u l-Kambodja. Barra minn hekk, ġenituri prospettivi jistgħu jaddottaw ukoll mill-Indja,l-Portugal, il-Bulgarija, l-Latvja, l-Polonja, ċ-Ċili, l-Kolombja u l-Moldova, minkejja li ma għandniex ftehim ma’ dawn il-pajjiżi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir bdil jew installazzjonijiet ġodda ta’ bus shelters ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Tarxien?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent Transport Malta qiegħda tinstalla numru ta
Bus Shelters
ġodda f’diversi lokalitajiet madwar Malta. Infurmat li sal-aħħar tas-sena jkunu twaħħlu madwar 30
Bus Shelters
ġodda.
Infurmat ukoll li Transport Malta qiegħda fil-proċess li tagħti importanza fl-ippjanar tal-installazjonijiet tal-bus shelters il-ġodda għas-sena id-dieħla kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Iskola Primarja tal-Fgura, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li jattendu l-Iskejjel Primarji tal-Fgura (Fgura A u Fgura B), maqsuma skont il-livell li jinsabu fih, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Livell
Bniet
Subien
Total
Fgura A
Kinder 1
66
60
126
Kinder 2
48
62
110
Year 1
43
49
92
Year 2
50
60
110
Year 3
45
52
97
Fgura B
Year 4
55
34
89
Year 5
50
53
103
Year 6
45
55
100
Total
402
425
827
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7314 u fid-dawl li fl-aħħar jiem jidher li sar hoarding ġdid quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet l-oħra li qed isiru fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir u l-madwar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif spjegat fir-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 7314, issa ingħata bidu għat-tieni fażi tax-xogħol fejn, wara li saru interventi fuq il-monument innifsu, issa qed isir tisbiħ u manutenzjoni tal-pjazza fil-madwar tal-Monument. Ix-xogħol se jinkludi manutenzjoni tal-ħadid kollu, tibdil tas-sistema ta’ dawl, u irranġar tal-paviment eżistenti. Nirringrazzja lill-entitajiet kollha li qed jghinu f'din il-hidma.
Hu mistenni li x-xoghlijiet jintemmu sat-tieni gimgha ta' Dicembru.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni ngħataw warrant sabiex jipprattikaw ta’ avukat, sena b’sena, mis-sena 2000 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed nannetti tabella bl-informazzjoni mitluba skond ir-records li għandu d-Dipartiment tal-Ġustizzja.
SenaNumru
200056
200110
200299
200356
200476
200561
200660
200764
200860
200983
201073
201190
201293
201379
201496
201568
201691
2017114
2018156
Dan in-numru ta' persuni li ngħataw il-warrant sabiex jipprattikaw ta' avukat huwa skond ir-records li għandu d-Dipartiment tal-Ġustizzja.