Uffiċċju tal-Prim Ministru — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġizlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fl-Ufficju tal-Prim Ministru kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Dr Franco Debono.
Ghall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-papers laid numru 7378 tal-11-il Leġizlatura li ngħatat mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. interpellant li fil-leġiżlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Edukazzjoni kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Stephen Spiteri.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanzi — Assistenti Parlamentari
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Tista’ tgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġizlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Finanzi kien hemm Assistent Parlamentari. Dan kien Robert Arrigo.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġizlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Jista’ l-Ministru jgħid ta' liema sena kienet l-iktar kawża pendenti antika fil-kamp ċivili fl-aħħar ta' Marzu 2013? Bl-istess mod liema hija l-iktar kawża pendenti antika fil-kamp ċivili llum?
Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa arblu temporanju li twaqqaf fi Triq il-Ġiżi, il-Fgura, mill-Enemalta, sakemm inbena plot li jinsab fi Triq il-Ġiżi kantuniera ma’ Triq Liedna, u dan stante li x-xogħol infrastrutturali huwa konkluż?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Enemalta qed tistenna li jitneħħew il-cables ta’ partijiet terzi minn fuq l-arblu temporanju imsemmi. Ladarba dawn is-servizzi jitneħħew, l-arblu jkun jista’ jinqala’.
Kunsill Lokali Belt Valletta – allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mis-sena 2007 sas-sena 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Sena
2006/2007 (April – March)
2007/2008
(April – March)
2008/2009
(April – March)
2009
(April – Dec)
2010
(Jan-Dec)
2011
(Jan-Dec)
2012
(Jan-Dec)
2013
(Jan-Dec)
2014
(Jan-Dec)
2015
(Jan-Dec)
2016
(Jan-Dec)
2017
(Jan-Dec)
Allokazzjoni (€)
502,987
508,801
507,263
445,673
649,392
664,863
689,226
678,395
677,496
700,223
721,379
822,931
Nota: Sal-2018, l-allokazzjoni kienet tingħata fuq sena finanzjarja mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu. Fl-2009, permezz tar-riforma, is-sena finanzjarja tal-Kunsilli nbidlet għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Għalhekk fl-2009 ngħatat allokazzjoni mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 sabiex ikun hemm din it-transizzjoni biex imbagħad mill-2010 l-allokazzjoni bdiet tingħata skont is-sena finanzjarja l-ġdida.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati żwiġijiet biċ-ċivil u kemm ġew ċelebrati żwiġijiet bil-Knisja matul is-sena 2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li fis-sena 2018 kien hemm total ta’ 2,552 żwieġ iċċelebrat f’Malta.
Minn dawn kien hemm 1,423 zwieġ bir-rit ċivili u 1,129 żwieġ bir-rit reliġjuż.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess sabiex tiġi reġistrata trademark?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex tiġi rreġistrata trademark l-applikant jrid jimla u jissottometti l-applikazzjoni relevanti flimkien mat-tariffa ta’ €116.47 lid-Dipartiment għal-Kummerċ. Dan jista’ jsir b’mod faċli permess li wieħed jidħol fis-sit tas-Servizz.gov u jimla l-applikażżjoni online minn hemm.
Id-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali, li jaqa' fil-ħdan id-Dipartimenti għal-Kummerċ, li fost dmirijiet oħra jipproċessa it-
trademarks,
jiċċekkja li l-applikażżjoni ġiet mimlija bl-informazzjoni korretta u jinforma lill-applikant fil-każ li xi informazzjoni hi skorretta. Din imbagħad tgħaddi biex jsir analiżi tal-marka skont il-proviżjonijiet tal-liġi u l-uffiċċju jikkomunika mal-applikant kif meħtieġ jekk tinsab xi element mhux aċċettabbli skond il-ligi.
Ġaladarba dan il-proċess jkun sar l-applikażżjoni tiġi ppubblikata fuq is-sit www.ips.gov.mt u tibqa' miftuħa għall possibilità ta’ oppożizzjoni minn terzi fuq bażi u raġunijiet skont il-liġi, għal tliet xhur. Fil-każ li ma ssir l-ebda oppożizzoni t-
trademark
tista' tiġi rreġistrata u terġa' tiġi ppubblikata r-reġistrażżjoni tat-
trademark
. Fil-każ li tkun saret oppożizzjoni, l-applikant jiġi mogħti l-opportunità li jew jirtira l-applikazzjoni jew jiskatta proċedura bejn l-applikant u l-parti terza li qed tagħmel l-oppożizzjoni sabiex jintlaħaq fethim bejn l-applikant. F’każ li dan ma seħħx l-applikant jista' jissottometti r-risposta tiegħu għall-oppożizzjoni u jekk it-terża parti tibqa' ssostni l-oppożizzjoni, l-uffiċċju jieħu d-deċiżjoni jekk jirrifutax l-oppożżiżżjoni u jirreġistra t-
trademark
jew jaċċetta t-
trademark
u jirrifuta l-oppożizzjoni. Il-parti kontra minn tkun ittieħdet id-deċiżjoni jista' jappella din id-deċiżjoni fil-Qorti tal-Appell.
Qabel ma wieħed jissottometti applikazzjoni għal
trademark
huwa rrakkomandat li jsir tfittxija fid-
database
lokali kif ukoll tal-UE biex jiċċekkja jekk din il-
mark
jew marka li tixxibah magħha hijiex ġa qed tintuża bħala
trademark
minn ħaddieħor. Din it-tfitxija tista' jsir, mingħajr ħlas, fir-reġistru nazzjonali tat-
trademarks
u fir-reġistru ta’
trademarks
rreġistrati fl-UE li t-tnejn huma reġistri
online
fuq www.ips.gov.mt.
Din it-tfitxija tista' ukoll issir mid-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ billi wieħed jibagħat email fuq ipoffice@gov.mt u jagħti l-informazzjoni meħtieġa biex l-uffiċċju jkun jista' jagħmel din it-tfittxija. Il-ħlas tat-tfitxija li jsir fuq talba lill- Dirrettorat huwa ta €11.65 għal kull tfittxjia.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta’ grants immirati għal kumpaniji ġodda u innovattivi, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija u e-commerce?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise toffri skemi li jistgħu jgħinu impriżi innovattivi ġodda jibdew in-negozju tagħhom. Dawn jinkludu:
Business START (B.Start)
–
toffri
grants
għall-
start up
. Din l-iskema hija mmirata biex tgħin
start-ups
żgħar li għandhom proġett vijabbli u qiegħed fil-bidu tal-iżvilupp tiegħu.
Startup Advance
– hija skema immirata lejn impriżi żgħar li qegħdin fil-proċess li jikkonsolidaw l-operat tagħhom li wera li hemm potenzjal għalih fis-suq u huwa meqjus mill-Korporazzjoni bħala innovativ u li huwa ekonomikament vijabbli li jsir.
Start-Up Finance 2017-2020
– L-għan ta’ din il-miżura huwa li mpriżi innovattivi jiġu megħjuna finanzjarjament mill-bidu nett tal-ħolqien tagħhom. Dawn l-impriżi żgħar iridu juru li għandhom kunċett vijabbli u li hemm il-possibilità ta’ tkabbir ukoll.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta jibda jgħodd il-perjodu li persuna tirċievi l-pensjoni tal-invalidità, fl-eventwalità li din il-persuna tkun aċċettata għall-pensjoni tal-invalidità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-eventwalità li l-bord jaċċetta li persuna tkun tikkwalifika għall-Pensjoni tal-Invalidità, il-perjodu tal-ħlas jibda jgħodd mill-ewwel Sibt, wara li jkun itterminat l-impjieg tal-persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa ta’ nazzjonalità Maltija li ħadmu bi qliegħ matul is-sena 2018?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa ta’ nazzjonalità Maltija li kienu jaħdmu fuq bażi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom sal-aħħar ta’ Lulju 2018 (l-aħħar ċifri ppublikati) kien ta’ 80,642.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew żwiġijiet ġewwa Malta matul is-sena 2018? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu bejn koppji ta’ sess differenti u kemm minnhom kienu bejn koppji tal-istess sess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fis-sena 2018 seħħew 2,552 żwiġijiet f’Malta.
Peress li mill-1 ta’ Settembru 2017 ġiet fis-seħħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, fir-reġistru pubbliku ma tinżammx statistika rigward il-ġeneru.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew unjoni ċivili ġewwa Malta matul is-sena 2018? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu bejn koppji ta’ sess differenti u kemm minnhom kienu bejn koppji tal-istess sess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fis-sena 2018 kien hemm erba’ unjoni ċivili ġewwa Malta. Kien hemm koppja waħda ta’ sess differenti u tlett koppji l-oħra kienu tal-istess sess.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew żwiġijiet fuq opri tal-baħar inkluż cruise liners matul is-sena 2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infurmat li kien hemm 1,303 żwiġijiet li seħħew fuq opri tal-baħar inkluż cruise liners matul is-sena 2018.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2817 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 187 tal-Erbgħa 23 ta' Jannar 2019.)
Żwiġijiet barra minn Malta fejn waħda mill-persuni tkun ta’ nazzjonalità Maltija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet mar-Reġistru Pubbliku li seħħew barra l-pajjiż fejn waħda mill-partijiet tkun ta’ nazzjonalità Maltija matul is-sena 2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infurmat li kien hemm 1,303 żwiġijiet li seħħew fuq opri tal-baħar inkluż cruise liners matul is-sena 2018.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL4706 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 318, nhar it-Tnejn, 20 ta’ April 2020)