Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdet droga mid-Dwana mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena? Jista’ jagħti l-ammont tad-droga maqbuda u x’tip kienet? Jista’ f’kull każ jagħti l-valur maħsub tad-droga maqbuda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Forzi Armati ta’ Malta — Operazzjoni ta’ salvataġġ fuq il-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ saru fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta fejn matulhom ġew salvati nies mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, il-Forzi Armati ta' Malta wettqu operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar u ġew salvati nies kif ġej:
Sena
Operazzjonijiet ta’ salvataġġ
Total nies salvati
2013
76
1854
2014
34
602
2015
48
1273
2016
57
1251
2017
55
847
2018
88
2731
2019 (sal-11/02/19)
1
1
Korp tal-Pulizija — Operazzjoni ta’ salvataġġ fuq il-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kien hemm li kienet tinvolvi membri tal-Korp tal-Pulizija fejn matulhom ġew salvati nies mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda operazzjoni ta’ salvataġġ fuq il-baħar li kienet tinvolvi membri tal-Korp tal-Pulizija mill-2013 sa Frar 2019. Operazzjonijiet ta’ din ix-xorta jitmexxew mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm lill-Protezzjoni Ċivili għall-għajnuna mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid x’kienu t-talbiet għall-għajnuna? Jista’ jgħid kemm ġew salvati nies, fejn applikabbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fl-2016 kollox beda jiġi rreġistrat fil-Control Room u għalhekk inbidel xi ftit l-istil. Tajjeb li ngħidu li ma tinżammx statistika ta’ kemm ġew salvati nies.
Talbiet għall-għajnuna saru skont it-tabella li qed tidher hawn taħt, fil-waqt li informazzjoni dettaljata tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019 (6/2)
Total
5122
4943
5027
4840
5516
5653
419
31520
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizzi b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura? Kemm hemm ċentri li qed jieħdu sehem bħalissa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 (mill-1 sal-31 ta’ Jannar), in-numru ta’ tfal li bbenefikaw mill-Free Childcare Scheme huwa kif muri f’din it-tabella:
Sena
Perjodu
Nru. ta’ tfal li bdew f’kull sena rispettiva
Nru. Totali ta’ tfal li bbenefikaw f’kull sena rispettiva
Spiża (€ miljuni)
2014
1 Apr - 31 Dec
3,856
3,856
5.2
2015
1 Jan - 31 Dec
2,843
5,852
10.0
2016
1 Jan - 31 Dec
2,767
5,335
12.6
2017
1 Jan – 31 Dec
3,025
5,939
15.6
2018
1 Jan – 31 Dec
3,343
6,737
20.47
2019
1 Jan – 31 Jan
284
4,454
2.02
Rigward il-figuri murija fir-raba’ kolonna, dawn in-numri jinkludu n-numru ta’ tfal li bdew f’dik is-sena, kif ukoll tfal li baqgħu jattendu mis-sena/snin ta’ qabel.
Bħalissa hemm 130 ċentru li qed jieħdu sehem f’din l-iskema.
Servizz ta’ trasport tat-tfal u tal-kolazzjoni nutrittiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjoni nutrittiv li beda joffri l-gvern mill-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa sena b’sena fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-ftuħ tas-Servizz tal-Breakfast Club, in-numru ta’ studenti li bbenefikaw minn dan is-servizz huwa kif se nsemmi: fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student, fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student, fis-sena skolastika 2016-2017 ibbenefikaw 4,420 student, fis-sena skolastika 2017-2018 ibbenefikaw 5,780 student u fis-sena skolastika 2018-2019 (sa Jannar 2019) ibbenefikaw 5,680 student.
In-nefqa tal-Breakfast Club minn April 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2018 kienet ta’ €3,864,806.40. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators, ħlasijiet lill-edukaturi u ħaddiema li jagħmlu superviżjoni waqt il-Breakfast Club, kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif muri f’din it-tabella:
Sena Skolastika
Nefqa
2014-2015
€438,988.52
2015-2016
€685,522.32
2016-2017
€965,939.45
2017-2018
€1,119,383.22
2018-2019 (sa Diċembru 2018)
€192,323.38
Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel minn April 2014 sa Diċembru 2018
€462,649.51
Total
€3,864,806.40
Attendenza minn studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm b’kollox studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC sa minn meta dawn bdew ikunu organizzati, sena b’sena? Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet? Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. interpellant li d-dettalji kollha rigward il-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC sena b’sena jinsabu fit-tabelli t’hawn taħt:
2014
Suġġett
Qagħdu għall-eżamijiet
Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5)
Malti
223
53.9%
Ingliż
298
21.8%
Matematika
375
63.7%
Fiżika
196
60.7%
2014 (l-ewwel sena tal-klassijiet tar-Reviżjoni): Numru ta’ persuni li attendew - 551
2015
Suġġett
Qagħdu għall-eżamijiet
Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5)
Malti
224
36.2%
Ingliż
301
39.5%
Matematika
349
24.9%
Fiżika
160
24.4%
2015: Numru ta’ persuni li attendew - 777
2016
Suġġett
Qagħdu għall-eżamijiet
Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5)
Malti
339
46.2%
Ingliż
371
32.5%
Matematika
486
20.0%
Fiżika
190
22.1%
2016: Numru ta’ persuni li attendew - 770
2017
Suġġett
Qagħdu għall-eżamijiet
Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5)
Malti
215
34.88%
Ingliż
243
45.68%
Matematika
382
40.31%
Fiżika
179
34.08%
Bioloġija
59
23.73%
2017: Numru ta’ persuni li attendew - 553
2018
Suġġett
Qagħdu għall-eżamijiet
Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5)
Malti
263
36.89%
Ingliż
205
15.61%
Matematika
364
39.56%
Fiżika
187
23.00%
Bioloġija
58
29.31%
2018: Numru ta’ persuni li attendew - 588
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji mill-2013 ‘l hawn u l-ispiża involuta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu xtrat dawn l-ammonti ta’ kotba u nefqet dawn l-ispejjeż minn meta twaqqfet fl-2014 sal-aħħar tal-2018:
Sena
Numru ta' kotba
Spiża
2015
9747
€90,127
2016
50,000
€340,000
2017
99,878
€456,554
2018
57,912
€299,430
Total :
217,537
€1,186,111
Infurmat ukoll li n-numru ta’ kotba li nxtraw minn Malta Libraries għall-iskejjel u libreriji u l-ispiża involuta huma kif muri f’din it-tabella:
Sena
Tip ta’ ktieb
Numru ta’ kotba
Spiża
2013
Kotba
9,591
€68,990
2014
Kotba
11,254
€82,695
2015
Kotba
12,064
€77,525.02
EBooks
465
€5,825.75
Total
12,529
€83,350.77
2016
Kotba
11,301
€81,545.76
EBooks
390
€6,113.00
Total
11,691
€87,658.76
2017
Kotba
11,990
€81,251.56
EBooks
139
€1,795.81
Total
12,129
€83,047.37
2018
Kotba
10,569
€58,992.95
EBooks
988
€26,960.04
Total
11,557
€85,952.99
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-lum, sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-2018 sena b’sena huwa kif muri fit-tabella hawn taħt. Dawn iċ-ċifri jinkludu dawk in-nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u dawk li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames (5) snin jew aktar.
Sena
Nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba
Nisa li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara 5 snin jew aktar
Total
2013
6,072
1,353
7,425
2014
7,217
1,653
8,870
2015
7,718
1,662
9,380
2016
8,968
1,678
10,646
2017
9,473
1,710
11,183
2018
10,212
1,454
11,666
Ministeru għat-Trasport, Infrasturttura u Proġetti Kapitali — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (BORG, IAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġiżlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Infrastruttura kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Charlo Bonnici.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 7378 tal-11-il Leġiżlatura li ngħatat mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Tista’ tgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġiżlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għal Għawdex kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Frederick Azzopardi.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-dekasteru bejn l-2008 u l-2013.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġiżlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern kien hemm Assistent Parlamentari, li kien l-Onor. Beppe Fenech Adami.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġiżlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Beppe Fenech Adami.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġiżlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Philip Mifsud.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat mill-Ispeaker fl-10 ta’ Ġunju 2011 għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7378 tal-11-il Leġiżlatura.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġiżlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għas-Saħħa kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Peter Micallef.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġi¿latura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kien hemm Assistent Parlamentari, li kien David Agius.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġi¿latura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011.