Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħajt fi Triq il-Merħba Fgura faċċata tar-residenzi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, huwiex proprjetà tal-Uffiċċju Konġunt jew entità oħra li taqa' taħtu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ex-membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) li għandhom bejn il-45 u 61 sena u li huma intitolati għall-bonus/għotja finanzjarja/pensjoni mit-Teżor?
Spezzjonijiet fuq frott u ħaxix minn pajjiżi esteri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tipi ta’ spezzjonijiet isiru fuq frott u ħaxix impurtat minn pajjiżi esteri?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninorfma lill-Onor. Interpellant li jsiru spezzjonijiet varji fuq il-livell ta’ pestiċidi li jinsab fuq il-frott u l-ħaxix, skont l-Att dwar il-kontroll tal-pestiċidi Kap 430. L-ispezzjonijiet huma l-istess fuq il-frott u l-ħaxix kollu, kemm dak lokali kif ukoll dak impurtat.
Spezzjonijiet fuq frott u ħaxix minn pajjiżi esteri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tipi ta’ spezzjonijiet isiru fuq frott u ħaxix impurtat minn pajjiżi esteri?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li spezzjonijiet fuq frott u ħaxix impurtat minn pajjizi terzi relatat mas-saħħa tal-pjanti jsiru mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti. Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu kontrolli fuq id-dokumenti u kontrolli fiżiċi fuq prodotti skont kif stabbilit fir-Regolament dwar il-Kwarantina tal-Pjanti (Organiżmi li jagħmlu l-ħsara) SL 433.03, kif ukoll skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea u skont il-konvenzjoni tal-IPPC (International Plant Protection Convention).
Ħxejjex u frott li huma rregolati taħt il-liġijiet jew l-
istandards
imsemmija hawn fuq huma suġġetti għal spezzjonijiet. Waqt dawn il-kontrolli, l-ispetturi għas-saħħa tal-pjanti jivverifikaw il-kontenut taċ-ċertifikat fitosanitarju, l-identita’ tal-kunsinna, kif ukoll l-istat ta’ saħħa u l-kwalita’ ta’ din il-kunsinna. Meta dawn it-tlieta jiġu verifikati kif ukoll approvati, il-kunsinna titħalla tidħol f’pajjiżna.
Kontrolli fuq id-dokumenti jinkludu l-verifika ta’ ċertifikati fitosanitarji maħruga mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż minn fejn joriġina l-prodott. Iċ-ċertifikati fitosanitarji li għandhom jakkumpanjaw kull kunsinna li tiġi minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropeja għandhom jirflettu r-rekwiżiti tal-liġi Maltija li tittrasponi d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 29/2000. Kunsinni li ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikati fitosantiarji jew li ma jkunux konformi, jiġu distrutti jew mibgħuta lura minn fejn oriġinaw.
Spezzjonijiet fiżiċi jsiru wara li l-importatur jinnotifika l-importazzjoni u jimla l-formoli neċessarji provduti mid-Dipartiment tad-Dwana. Waqt l-ispezzjoni, spetturi jew uffiċjali awtorizzati mid-Direttorat jivverifikaw li l-kunsinna hija kif notifikata, ddikjarata u ċċertifikata fiċ-ċertifikat fitosantiarju. Barra minn hekk, jittieħdu kampjuni fuq bażi ta’ riskju jew skont l-ammonti definiti mill-liġi sabiex jiġu spezzjonati viżwalment għall-sintomi ta’ mard u fejn jinħass il-bżonn biex jiġu analizzati fil-laboratorju dijanjostiku tas-Saħħa tal-Pjanti.
Konsenji li jkollhom sintomi ta’ mard tal-pjanti ta’ kwarantina jew li ma jkunux konformi mad-dokumentazzjoni, jiġu distrutti jew mibgħuta lura minn fejn oriġinaw. Jekk il-konsenja tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-formola ta’ importazzjoni tiġi ttimbrata mill-uffiċjali tad-Direttorat u l-konsenja tiġi rilaxxata mid-Dipartiment tad-Dwana.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-età medja ta’ rġiel ta’ nazzjonalità Maltija li żżewġu fl-2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat illi r-Reġistru Pubbliku ma jiġborx din l-informazzjoni.
Intużat metodoloġija li tidentifika rġiel li żżewġu fit-2018 u li twieldu f’Malta.
Ir-riżultat li pprovdiet din il-metodoloġija huwa li l-età medja tal-rġiel hija ta’ 33 sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-età medja ta’ nisa ta’ nazzjonalità Maltija li żżewġu fl-2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li r-Reġistru Pubbliku ma jiġborx din l-informazzjoni.
Intużat metodoloġija li tidentifika n-nisa li żżewġu fit-2018 u li twieldu f’Malta.
Ir-riżultat li pprovdiet din il-metodoloġija huwa li l-età medja tan-nisa hija ta’ 30 sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ex-membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) li għandhom bejn l-45 u l-61 sena u li huma intitolati għall-bonus/għotja finanzjarja/pensjoni mit-Teżor?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru ikkonċernat.
B'referenza għall-aħbar fuq is-sit ta' Net News ta' nhar il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 bit-titlu “Fuq allert minħabba t-tanker tal-gass”(il-link qed jingħata separatament) u fejn intqal li “Sorsi qalulna li l-Electrogas tinsab fuq allert massimu minħabba din is-sitwazzjoni”, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kien hemm allert massimu nhar il-Ħadd 24 ta' Frar?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li ttieħdu l-passi ta’ prekawzjoni kollha meħtieġa biex is-sitwazzjoni tinżamm waħda taħt kontroll.
Tali prekawzjoni hija waħda maqbula bejn il-partijiet kollha konċernati f’sitwazzjonijiet bħal dawk li esperjenzajna matul il-jiem ta’ bejn is-Sibt 23 u l-Ħadd 24 ta’ Frar 2019, u għaldaqstant ma eżistiet l-ebda forma ta’ allarm.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u jispjega għaliex wara talba li għamlu għal għajnuna supplimentari, qed jingħad lilhom li rċevew aktar minn €13,434 għas-sena 2017, meta dan l-istess ammont jidher li jinkludi ammonti dovuti għas-sena ta’ qabel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-każ indikat minnu ġie mistħarreġ u jidher illi l-assessment illi jsir mid-Dipartment, sabiex jiġi stabbilit hemmx dritt għall-għajnuna supplimentari huwa korrett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li s-sit fi Triq Valperga, il-Fgura bejn il-grawnd tal-futbol u Bieb il-Polverista, jitnaddaf minn ħaxix ħażin u affarijiet oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta tindif ta’ ħaxix fiż-żona imsemmija inbeda fil-ġranet li għaddew.
Jista' l-Ministru jagħti elenku tal-benefiċċji l-ġodda għal min jikri proprjetà residenzjali? Min huwa ntitolat għal tali benefiċċju?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha erba’ skemi li permezz tagħhom tipprovdi għajnuna lil min jikri proprjetà residenzjali ;
· Sussidju fuq xogħlijiet relatati ma’ strutturi perikolużi fi proprjetà privata li hija okkupata minn qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 minn Inkwilini jew Ċenswalisti.
L-Iskema tipprovdi sussidju sa massimu ta’ €8,000 biex tgħin inkwilini/ċenswalisti jeliminaw strutturi perikolużi fir-residenza tagħhom mikrija jew mogħtija lilhom b’ ċens mill-privat qabel l-1 ta’ Ġunju 1995.
· Skema għall-Persuni b’Diżabilità.
Din l-iskema tipprovdi għajnuna kemm finanzjarja kif ukoll teknika lil persuni b’diżabilità sabiex isiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi mikrija jew okkupati minnhom. L-għotja tingħata skont kif indikat hawn taħt:-
Ø Xogħlijiet ta’ alterazzjoni, sa massimu ta’ €3,500.
Ø Stairlift sa massimu €5,000.
Ø Lift f’appartamenti mikrija mill-privat fejn tingħata għajnuna skont l-ammont relatat mas-sehem tal-applikant b’għotja sa massimu ta’ €5,000.
· Benefiċċju tal-kera f’Residenzi Privati.
Din l-iskema tipprovdi benefiċċju fuq il-kera mħallsa mill-applikanti għall-postijiet mikrija bħala r-residenza ordinarja. Mill-ewwel ta’ Jannar 2019, din l-iskema kienet riveduta u minn massimu ta’ €2000, issa hemm żieda sostanzjali li tlaħħaq sa massimu ta’ €5,000. Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kien hemm reviżjoni wkoll fil-kriterji tal-eleġibilita`, sabiex dan il-benefiċċju jirrifletti s-sitwazzjoni preżenti f’dan il-qasam. Grazzi għal din ir-reviżjoni li għamilna, aktar applikanti ser ikunu eleġibbli għal dan il-benefiċċju.
L-Awtorità tad-Djar għandha ukoll skema oħra li huma eliġibbli għaliha kemm l-inkwilini kif ukoll is-sidien. Din hija skema li toffri ;
· Sussidju fuq xogħlijiet ta’ Irranġar u Titjib f’Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini.
Din l-iskema tipprovdi sussidju sa massimu ta’ €7,000 sabiex isiru xogħlijiet ta’ irranġar u titjib f’residenzi mikrija lill-inkwilini kemm dawk mikrija mill-privat kif ukoll dawk mikrija mingħand il-Gvern.
L-Awtorita` tad-Djar toffri wkoll skemi speċifiċi għal sidien illi għandhom proprjetà għall-kiri ;
· Skema Nikru Biex Nassistu.
Skema biex tilqa’ proposti mingħand sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta li jixtiequ jikruha lill-Awtorità tad-Djar għall-iskop ta’ akkomodazzjoni soċjali. L-għan ta’ din l-iskema huwa li jinkoraġġixxi sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta u privati b’1, 2 jew 3 ikmamar tas-sodda fi stat ta’
finished,
ġebel u saqaf
u fuq il-pjanta biex jikruha lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu ta’ 10 snin. Min-naħa tagħha, l-Awtorità tad-Djar tikri dawn il-proprjetajiet lill-persuni li huma eleġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.
· Skema Ta’ Restawr ta’ Djar Battala Għall-Kiri.
Skema biex tilqa’ talbiet mingħand sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta u ta’ livell mhux aċċetabbli, sabiex jinvestu fir-restawr tal-proprjeta’ tagħhom. Dawn jingħataw għotja sa massimu ta’ €25,000. Wara li x-xogħlijiet ikunu tlestew din tiġi mikrija lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu ta’ 10 snin. Minn naħa tagħha, l-Awtorità tad-Djar tikri dawn il-proprjetajiet lill-persuni li huma eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.
Dokument bil-kriterji kollha tal-eleġibilita` għal kull skema imsemmija, qiegħed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali ta' San Ġwann — allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazjoni finanzjarja tal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann kull sena bejn l-2008 u s-sena 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Sena€
April 2007 / Marzu 2008508,100.00
April 2008 / Marzu 2009506,337.00
April / Diċembru 2009426,817.00
2010645,029.00
2011640,931.00
2012675,758.00
2013658,933.00
2014658,107.00
2015679,643.00
2016700,287.00
2017770,809.00
2018803,844.00
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li r-residenti tal-Fgura jiġu pprovduti b’Trasport Pubbliku, fejn ix-xarabank tibda r-rotta vojta mill-Fgura, u dan peress li r-residenti tal-Fgura qed isibu xarabanks mimlijin jew kważi mimlijin fir-rush hours?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.
Persuni mressqa l-qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga, mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ persuni li tressqu l-qorti fuq traffikar jew pussess ta’ droga, inkluż dawk li dehru quddiem it-Tribunal tal-Ġustizzja, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2109, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Jannar
Persuni mressqa l-Qorti jew dehru quddiem it-Tribunal fuq pussess ta' Drogi
415
435
427
761
728
646
25
Persuni mressqa l-Qorti fuq Traffikar ta' Drogi
152
123
132
117
78
133
14
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ droga kienet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-tabella tinkludi qabdiet ta’ droga reġistrati mit-Taqsima Kontra Droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u tinkludi wkoll każi ta’ qabdiet li ġew irreferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana, għas-snin 2013 u sal-aħħar ta’ Jannar 2019.
Trasport fuq il-baħar bejn Malta u Sqallija – arresti ta’ nies fuq pussess ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma xahar b'xahar, fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom il-persuni arrestati? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni mressqa l-Qorti fuq attakki fuq membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, sena b’sena b’mod separat? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ngħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u sa Jannar 2019, l-ammont ta’ persuni sena b’sena, li ġew akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Waqt li hemm diversi każi li għadhom sub judice fil-każijiet li ġew deċiżi u ngħatat sentenza, xi wħud mill-pieni li ngħataw kienu jinkludu pripunerija, multi, probation, twiddib u ċanfira u sentenzi sospiżi'.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Jannar
Total
Persuni li tressqu l-Qorti wara li attakkaw u ħebbew għall-Membri tal-Pulizija
85
84
68
63
86
58
6
450
Persuni li nstabu ħatja
74
65
53
50
49
30
3
324
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ studenti li fl-aħħar snin irrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta? X’kienet l-ispiża totali fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt:
Sena akkademika
Numru ta' studenti f'istituzzjonijiet edukattivi varji
Spiża totali
2013/2014
1,043
€421,774.00
2014/2015
1,031
€702,320.00
2015/2016
976
€736,728.00
2016/2017
848
€598,082.00
2017/2018
934
€510,716.00
2018/2019
651*
(sal-31 ta' Jannar 2019)
€146,340.00
* Din hija informazzjoni proviżorja miġbura sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari fejn sa issa tħallsu tliet stipendji tas-sena akkademika 2018/9. Is-somma totali kemm ta' studenti u kif ukoll in-nefqa ser tiżdied sal-aħħar tas-sena peress li hemm numru ta' applikazjonijiet li qed ikunu proċessati filwaqt illi fadal studenti li jridu japplikaw għall-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti.
Noti: Peress li l-istudenti li jirrepetu sena fil-kors tagħhom jitħallsu skont il-klassifikazzjoni tal-kors u skont il-kategoriji stabbiliti abbażi tas-sigħat li jattendu, numru akbar ta' studenti mhux bilfors jikkorrispondi għal nefqa akbar għax din tiddependi fuq il-klassifikazzjonijiet msemmija. Studenti li qegħdin jagħmlu sena addizzjonali mhumiex inklużi fl-informazzjoni mogħtija.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ persuni b'diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li kienu jaħdmu mill-2013 sa Ottubru 2018, maqsuma sena b`sena, kien ta’:
Snin
Persuni b’di
ż
abilità li kienu jaħdmu
Diċembru 2013
1,797
Diċembru 2014
2,007
Diċembru 2015
2,318
Diċembru 2016
2,850
Diċembru 2017
3,499
Ottubru 2018
3,508
Dwana — Każijiet maqbuda ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti u xorb
Question
Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti u xorb mid-Dwana mill-2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u dazju mitluf sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.