Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Fgura – tneħħija ta' arbli

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitneħħew tliet arbli li tnejn minnhom jinsabu fi Triq il-Ġiżi, bejn Triq il-Liedna u Triq Ħaż-Żabbar, Fgura, u ieħor fi Triq il-Liedna kantuniera ma’ Triq il-Ġiżi, Fgura, li oriġinarjament saru b’mod temporanju minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni li issa ġie konkluż?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-arbli li saret referenza għalihom tneħħew mill-post indikat.

Interess minn kumpaniji fil-produzzjoni tal-kannabis mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm żviluppi fuq l-interess minn kumpaniji li lesti joperaw minn pajjiżna fil-produzzjoni ta’ kannabis mediċinali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interess minn kumpaniji li lesti joperaw fil-qasam tal-produzzjoni tal-kannabis mediċinali huwa tajjeb ħafna min diversi pajjizi inkluż kemm mill-Ewropa kif ukoll mill-Kanada, l-Amerika u l-Iżrael. Il-Malta Enterprise sa issa ġa ħarġet 24 letters of intent, li bejniethom ser jinvestu €140.9M u jħaddmu 959 impjieg full time fi żmien tlett snin minn mindu jibdew l-operat tagħhom. Il-focus tal-Malta Enterprise hija l-kwalita’ tal-prodotti li jitilqu minn Malta biex noffru kannabis mediċinali tal-aqwa livell fl-Ewropa skont standards stabbiliti. Il-Korporazzjoni qed tiffoka fuq riċerka u zvilupp u iffirmat MOUs ma’ Universitajiet ta’ reputazzjoni globali bħal La Sapienza u McGill University. Hemm faċiilitajiet li waslu viċin it-tlestija u oħrajn li jinsabu f’diskussjonijiet mal-MIP sabiex jibda l-bini tagħhom mgħammrin bl-għola livelli ta’ sigurta’ li nesiġu fl-industrija.

Business First

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol ta’ Business First?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li min meta saret ir-riforma fl-2017 u l-Business 1ST sar joint venture bejn il-Gvern u l-GRTU, il-ħidma u s-servizz li jiġi offrut komplew jikbru. Filfatt illum, Business 1ST jagħmel parti mis-servizz.gov peress li huwa meqjus bħala l-one-stop-shop għan-negozji. Business 1ST joffri opportunitajiet lid-dipartimanti tal-Gvern biex joffru servizz ħolistiku mill-uffiċċju tal-Business 1ST biex b’hekk il-klijenti jiffrankaw ħafna ġiri u ħin meta jiġu biex jibdew negozju tagħhom. Barraminhekk il-Business 1ST joffri assistenza kontinwa lill-Gvern biex il-formoli tas-servizzi offruti jiġu disponibbli online. L-uffiċċjali tal-Business 1ST jgħinu klijenti li jsibu diffikulta bis-servizzi online billi jispjegawlhom il-proċeduri u l-assistenza disponibbli. Bejn Jannar u Ottubru ta’ 2019, il-Business 1ST laqa’ aktar minn 20,000 klijent fl-uffiċċini b’żieda ta’ 7,000 klijent meta mqabbel mal-istess xhur ta’ 2018. Matul dan iż-żmien il-Business 1ST assista kważi 38,000 klijent matul l-istess xhur tas-sena. Illum, il-Business 1ST għandu l-aġenti tiegħu li jgħinu startups u intrapriżi japplikaw għal servizzi u inċentivi tal-Gvern. Dawn jinkludu uffiċjali preżenti kuljum mill-Kummissarju tat-Taxxa; Awtorita tat-Turiżmu u Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Dipartimenti oħra li jkunu preżenti darba fil-ġimgħa jinkludu Dwana, Identity Malta, Jobs Plus u l-Measures and Support Division. Barraminhekk il-Business 1ST għandu arranġamenti ma’ dipartimenti u entitajiet oħra li jkunu disponibbli skont il-bżonnijiet tal-klijent. Il-kwalita’ tas-servizz li llum il-ġurnata joffri Business 1ST ġie rikonnoxut f’Settembru meta rċieva l- Quality Service Award , premju li ngħata lill-tlett entitajiet biss mill-aġenziji kollha tal-Gvern. Il- Quality Service Charter ġie ppublikat u l-Business 1ST qed jimmoniterja s-servizz tal-livell offrut biex dan i​żomm l-istandards li qed jiġu mwegħda.

Fgura – tibdil fit-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tibdil sar reċentement fit-trasport pubbliku li jaqdi r-residenti tal-Fgura? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanat aktar tibdil sabiex ir-residenti tal-Fgura jinqdew aħjar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mis-6 ta’ Ottubru 2019 il- frekwenza tar-rotta 90 li sservi l-lokalita’ tal-Fgura ttejbet b’żieda fil-frekwenza tal-ħinjijiet peak. Infurmat ukoll li fil-preżent Transport Malta qedgħa tosserva l-andament ta’ dan is-servizz wara li sar dan it-tibdil f’din il-lokalita’, sabiex tkun tista’ tevalwa jekk hemmx bżonn ta’ aktar titjib.

Gudja – Un/loading bays approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa l-Gudja? Jista’ jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, fil-Gudja hemm (2) żewġ parkeġġi approvati: Vjal it-Torri

Santa Luċija – Un/loading bays approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa Santa Luċija? Jista’ jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, f’Santa Luċija hemm (4) erba’ parkeġġi approvati: Triq Dawret it-Torri 2 Triq Dalji 1 Triq Gardenja 1 Total 4

Ħal Tarxien – Un/loading bays approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa Ħal Tarxien? Jista’ jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, f’Ħal Tarxien hemm (17) sbatax-il parkeġġ approvat: Triq Xintill 1 Triq Sammut 1 Gnien Joanne 1 Triq Santa Marija 1 Triq Ġuże’ D’Amato 1 Triq Luqa 1 Triq Simmons 1 Triq San Ġużepp 1 Triq Dejma 3 Triq Misraġ tas-Suq 1 Triq l-Iskola 1 Triq Paola 1 Triq il-Knisja 1 Triq Birżebbuġa 1 Triq il-Merħba 1 Total : 17

Raħal Ġdid – Un/loading bays approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa Raħal Ġdid? Jista jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, f’Raħal Ġdid hemm (24) erbgħa u għoxrin parkeġġ approvat: Triq Wied Blandun 1 Triq Valletta 1 Triq Sant’Ubaldeska 1 Triq it-Tarzna 1 Triq l-Arkata 1 Triq is-Sultana 1 Triq il-Qalb ta’ Ġesu 2 Pjazza Antoine De Paule 2 Telgħet Paola 1 Triq Għajn Dwieli 1 Triq Bormla 2 Triq il-Knisja 2 Triq is-Sorijiet 1 Triq Palma 4 Triq Cameron 1 Triq Zabbar 2 Total 24

Policy jew regoli għall-approvar ta’ un/loading bays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx policy jew regoli dwar approvar ta' Un/loading bay? Jista’ jipprovdi dawn ir-regoli jew policy?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li hemm policy li tirregola il-proċess ta’ applikazzjonijiet għal Un/Loading Bays u li qegħda fuq il-website ta’ l-Awtorita’ tat-Trasport u li link tagħha jinstab hawn taħt. Fuq il-Mejda tal-Kamra qed inpoġġi kopja ta’ din il-applikazzjoni. https://www.transport.gov.mt/-4-UNLOADING-BAY-APPLICATION.pdf-f3939

Fond ta' Garanzija

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm kienu l-impjegati (imqassma skont l-azjenda, is-sena, u l-pagi mħallsa lilhom) li tul dawn l-aħħar għaxar snin sad-data li fiha tkun imwieġba d-domanda, ibbenefikaw mill-Fond ta' Garanzija li jitwaqqaf skont artiklu 21 tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, biex iħares lill-ħaddiema minn pagi mhux imħallsa mill-prinċipal tagħhom f'każ ta' falliment?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Fgura – Triq Hompesch – parkeġġi li għandhom limitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi approvati li għandom limitazzjoni ta’ parkeġġ eż. Un/loading bays u Keep Clear, fi Triq Hompesch Fgura, eskluż parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid x’tip huma dawn il-limitazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fi Triq Hompesch il-Fgura hemm (7) seba' parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ u (2) żewġ parkeġġi “Keep Clear” approvati.

Fgura – Triq Żabbar – parkeġġi li għandhom limitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ eż. Un/loading bays u Keep Clear fi Triq Żabbar Fgura, eskluż parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid x’tip huma dawn il-limitazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fi Triq Żabbar, il-Fgura hemm (7) sebgħa parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ u (2) żewġ parkeġġi “Keep Clear” approvati

Wesgħet Kunsill tal-Ewropa – parkeġġi li għandhom limitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ eż. Un/loading bays u Keep Clear f’Wesgħet Kunsill tal-Ewropa eskluż parkeġġi riservati għal persuni b’diżabiltà? Jista’ jgħid x’tip huma dawn il-limitazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fi Triq Wesgħet il-Kunsill tal-Ewropa, l-Fgura ma hemmx parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ.

Triq is-Sur – parkeġġi li għandhom limitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ eż. Un/loading bays u Keep Clear fi Triq is-Sur eskluż parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid x’tip huma dawn il-limitazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fi Triq is-Sur il-Fgura hemm (2) żewġ parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ approvati.

Fgura – Un/loading bays approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa l-Fgura? Jista’ jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fil-Fgura hemm (25) ħamsa w għoxrin parkeġġ (UN/Loading bays) approvati: Triq Hompesch 7 Triq Żabbar 7 Triq is-Sur 2 Triq Alderbaran 1 Triq San Pietru 1 Triq San Tumas 1 Triq il-Karmnu 1 Vjal Kottoner 1 Triq Valperga 1 Triq San Xmun 3 Total 25

Hansen’s Disease – għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rċevew għajnuna li tingħata lil min ibati minn Hansen’s Disease sena b’sena mis-sena 2010 sas-sena 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li bejn l-2010 u Ottubru 2019, kienu qed jirċievu l-Għajnuna tal-Lebbra (Hansen Disease), huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt : SenaHansen's Disease 201043 201142 201235 201333 201434 201532 201629 201728 201824 201923

Tuberkulosi — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rċevew għajnuna li tingħata lil min ibati mit-Tuberkulosi sena b’sena mis-sena 2010 sas-sena 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna għat-Tuberkolożi mis-sena 2010 sa Ottubru 2019, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt : SenaTuberkulosi 20100 20110 20120 20131 20141 20150 20160 20170 20180 20190

Programm Sheltered Employment Training – persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11005, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol permezz tal-programm Sheltered Employment Training?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol permezz tal-programm Sheltered Employment Training kien ta’ 72. Ta’ min jinnota li n-numru ta’ persuni indikat taħt dan il-programm kif ukoll in-numri kwotati fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 11545, 11546 u 11547, li jirreferu għal Pre-Employment Training, Bridging the Gap u Aċċess għall-Impjiegi (A2E) rispettivament, mhumiex uniċi. Dan għaliex persuna tista’ tkun ipparteċipat f’iżjed minn skema waħda. Minn total ta' 740 (total magħdud tal-erba' tweġibiet inkluża l-preżenti), in-numru ta’ persuni uniċi li pparteċipaw f’xi waħda jew iktar minn dawn l-iskemi u li daħlu fid-dinja tax-xogħol jammonta għal 473.

Programm Pre-Employment Training — persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11005, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol permezz tal-programm Pre-Employment Training?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol permezz tal-programm Pre-Employment Training kien ta’ 147. Ta’ min jinnota li n-numru ta’ persuni indikat taħt dan il-programm kif ukoll in-numri kwotati fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 11544, 11546 u 11547, li jirreferu għal Sheltered Employment Training, Bridging the Gap u Aċċess għall-Impjiegi (A2E) rispettivament, mhumiex uniċi. Peress li persuna tista’ tkun ipparteċipat f’iżjed minn skema waħda, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-figuri mogħtija fl-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11544.

Skema Bridging the Gap — persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11005, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b’diżabiltà li daħlu fid-dinja tax-xogħol permezz tal-iskema Bridging the Gap (BTG)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol permezz tal-iskema Bridging the Gap (BTG) kien ta’ 219. Ta’ min jinnota li n-numru ta’ persuni indikat taħt din l-iskema kif ukoll in-numri kwotati fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 11544, 11545 u 11547, li jirreferu għal Sheltered Employment Training, Pre-Employment Training u Aċċess għall-Impjiegi (A2E) rispettivament, mhumiex uniċi. Peress li persuna tista’ tkun ipparteċipat f’izjed minn skema waħda, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-figuri mogħtija fl-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11544.