Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 130 u jgħid jekk hux se jittieħdu fondi mill-Planning Fund allokat għall-Kunsilli Lokali fil-proġett ‘Beautiful Malta Initiative’?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onovervoli Interpellant illi għall-proġett ‘Beautiful Malta Initiative’ mhumiex ser jittieħdu fondi mill-Planning Fund allokat għall-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fir-Rabat, Malta ngħataw it-tarmak bejn April u Ġunju 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn April u Ġunju 2024, ingħata asalt fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati, Triq il-Kav Vincenzo Bonello, Triq Santa Katerina, Triq Antonio Nani, Triq Għar Barka, Triq in-Nigret, Triq il-Ġarġir, Triq l-Iskultura, Triq tat-Tabija, Vjal il-Ħaddiem u Triq Għajn Qajjet, Rabat, Malta.
Ir-Rabat, Malta – Kunsill Lokali – Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni – Servizzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba l-Kunsill Lokali tar-Rabat, Malta ngħata servizzi mid-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Fl-1 ta’ Ottubru 2024 ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Malta, u d-Dipartiment għat-Tindif u l-Manutenzjoni sabiex dan tal-aħħar jipprovdi servizz ta’ tindif tat-toroq tal-lokal. Fil-preżent, id-Diviżjoni tipprovdi erbatax -il ħaddiem biex jipprovdu servizz ta’ tindif fil-lokal. Barra minn hekk, id-Diviżjoni tieħu ħsieb tipprovdi servizzi ta’ tindif waqt avvenimenti fil-lokal, primarjament il-festi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li sar fi Triq San Leonardu, f’Ħaż-Żabbar, u kemm sewa x-xogħol biex it-triq terġa’ tiġi fi stat tajjeb?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tindika għal liema xogħol li sar f’din il-parti tat-triq qed tirreferi għalih f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istat attwali tal-Kappella ta’ San Oswald fl-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi pjanijiet biex din tiġi restawrata?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’
Il-Fgura - Triq Antonio Maurizio Valperga – Parkeġġ
Question
B'referenza għall-proġett tal-ġnien li qed isir fi Triq Antonio Maurizio Valperga, fil-Fgura, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ladarba jitlesta dan il-proġett, jingħata permess lir-residenti tal-madwar biex jipparkjaw matul il-ħinijiet li fihom dan il-ġnien ikun magħluq?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li kont tajtha għall-mistoqsija parlamentari 32620 tal-Leġiżlatura XIV,
ninforma lill-Onor. Interpellanta li, ladarba jitlesta l-proġett, ir-residenti tal-madwar ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-parkeġġ fi x’ħin iridu, anke meta l-imsemmi ġnien ikun magħluq.
Il-Fgura - Triq Antonio Maurizio Valperga - Parkeġġ
Question
B'referenza għall-proġett tal-ġnien li qed isir fi Triq Antonio Maurizio Valperga, fil-Fgura, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ladarba jitlesta dan il-proġett, jingħata permess lir-residenti tal-madwar biex jipparkjaw matul il-ħinijiet li fihom dan il-ġnien ikun magħluq?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx jew hux qed jiġi kkummissjonat studju ta’ traffic management relatat mat-trade school fl-Imtarfa? Jekk iva, x’inhuma r-riżultati u meta se jiġu ppubblikati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 141.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju tekniku dwar l-istat tal-binja tal-Iskola Primarja tal-Imtarfa biex jiġi kkonfermat jekk hijiex ikkundannata? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din il-proprjetà tal-komunità tal-Imtarfa tiġi restawrata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 141.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq l-Iskola Primarja tal-Imtarfa twaqqaf? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet biex is-sit jinbidel f’lukanda u hostel u jekk iva, kif qed jiġi ġġustifikat meta dan l-iżvilupp mhuwiex aċċettabbli għar-residenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li dan is-sit kien għadda lura lill-Awtorità tal-Artijiet. Għaldaqstant għandha tagħmel din id-domanda lill-Ministru konċernat. Infurmat li l-Iskola Primarja tal-Imtarfa, kienet rilokata għar-Rabat fejn l-istudenti qed jieħdu esperjenza f’faċilitajiet aħjar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema tal-€500 għall-ġenituri ta’ studenti tal-Year 10 u l-Year 11 biex jintefqu fuq servizzi diġitali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm minnhom li għamlu użu minn din l-iskema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema tal-€500 għall-ġenituri ta’ studenti tal-Year 10 u l-Year 11 biex jintefqu fuq servizzi diġitali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm minnhom li għamlu użu minn din l-iskema?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema tal-€500 għall-ġenituri ta’ studenti tal-Year 10 u l-Year 11 biex jintefqu fuq servizzi diġitali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm minnhom li għamlu użu minn din l-iskema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern kien u għadu impenjat li l-istudenti jibqgħu jkunu mgħejjuna fil-vjaġġ edukattiv tagħhom. Għalhekk filwaqt li l-istudenti mis-seba’ sad-disa’ sena tas-sekondarja ngħataw laptop biex jagħmlu użu minnu, l-istudenti tal-għaxar u l-ħdax il-sena ingħataw għotja ta’ €500 skont kif imwiegħed fil-budget. Ninsab infurmat li sa issa kien hemm 8,477 student li rċieva l-assistenza msemmija, filwaqt li baqa’ ftit mijiet ta’ każi fejn din l-għotja għada qed tkun ipproċessata. L-għotja ngħatat bħala flus, u għalhekk l-istudenti li rċivewha setgħu jużawha mill-ewwel.