Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ix-Xgħajra – Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa x-Xgħajra fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tax-Xgħajra, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar, Sqaq l-Arkati, Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Triq l-Iskola, Triq l-Ispnott, Triq Lapsi, Triq it-Tumbrell, Triq il-Mulett u Triq San Leonardu. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Il-Fgura – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa l-Fgura fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Fgura, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Tumas, Triq San Pietru, Triq Liedna, Triq Żabbar, Triq Hompesch, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Triq l-Għollieq, Triq il-Falkunier u Triq Rgħajja. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili, Triq San Ġorġ Preca, Triq Pace u Grasso, Triq il-Kitba, Triq Giacomo Matteotti u Triq il-Velleran. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Raħal Ġdid — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa Raħal Ġdid fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran, Triq Sammat u Triq Bormla. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Ħal Tarxien – Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa Ħal Tarxien fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill, Triq l-Isqajjaq, Triq it-Tabib Jimmy Farrugia u numru ta’ sqaqien, Triq Santu Wistin, Triq il-Lampuka, Triq it-Tarzna, Triq il-Knisja, Vjal Simmons, Triq Birżebbuġa u Triq Manuel Buhagiar. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Sant' Antnin. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Santa Luċija — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa Santa Luċija fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Santa Luċija, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Bruka, Triq il-Ġizimin, Triq Żnuber, Triq Gardenja, Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli, Triq Katerina Vitale, Triq Klematis, Trejqet Garnaw, Triq Dun M. Mifsud u Triq l-Istefanotis. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Il-Gudja – Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa l-Gudja fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Gudja, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Filippu Castagnia, Triq il-Lewż, Triq Awrekarja, Triq Ħal Resqun, Triq Raymond Caruana, Triq id-Dejqa, Triq Ħal Saptan, Vjal it-Torri, Triq il-Kappella, Triq Santa Katerina, Triq Joseph Pace, Triq Bir Miftuħ, Triq William Baker, Triq Vincenzo Dimech, Triq il-Mazza u Sqaq Ħabel Wati. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Żona ta’ Kordin — Tħawwil ta’ siġar

Question

Tista’ l-Ministru tara jekk huwiex possibbli li jitħawlu siġar fiż-żona tat-tarf ta’ Kordin u fiż-żona taċ-China Dock peress li min-naħa tal-Belt Valletta din iż-żona verament tidher kerha u mitluqa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li mill-analisi preliminari tas-siti inkwistjoni, dawn jikkonsistu primarjament minn blat bi ftit ħamrija u f’xi partijiet huma wkoll imtarrġa apparti li huma biswit il-port il-kbir ukoll. Madankollu, ser isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jiġi stabbilit il-potenzjal ta’ dawn is-siti.

Ħaż-Żabbar — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa Ħaż-Żabbar fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp, Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq il-Fikus, Triq il-Ġiżimina, Triq Salvu Darmanin, Triq ix-Xgħajra, Triq iċ-Ċimiterju, Triq Manuel E Attard Bezzina, Triq il-Madaffa, Triq il-Luq, Triq Żabrella, Triq il-Figel, Triq il-Qaqoċċ, Triq Renato Agius Muscat, Triq Corrado, Triq il-Baħrija, Triq id-Dliela, Triq il-Werżieq, Triq iz-Zarzarell u triq ġdida fiha, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq Santa Klara, Triq il-Bajada, Triq in-Nissieġ, Triq is-Santwarju, Triq Spadaro, Triq Strickland, Trejqa San Ġorġ Preca, Triq il-Qalb Imqaddsa u Triq A Caligari. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi fil-bypass l-antika li tagħti għal Wied il-GħajnTriq il-Karmnu, Triq Santa Tereża, Triq San Felice, Triq il-Labour u Triq Gianni Bonavia. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Il-Kalkara — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa l-Kalkara fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fil-lokalità tal-Kalkara, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq il-Kapuċċini, Triq Rinella, Trejqet Francesco Chircop, Triq il-Ġir u Triq is-Sienja. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq il-Progress u triq ġdida fi Triq il-Kapuċċini. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Il-Birgu — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa l-Birgu fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Birgu, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa, parti minn Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq San Dwardu, Triq La Vallette, Pjazzetta San Filippu u Triq Patri Indri Vella. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet f’parti oħra ta’ Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħa¿in. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

L-Isla — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa l-Isla fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Isla, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq il-Kunċizzjoni, Triq iż-Żewġ Mini, Triq Portu Salvu, Triq is-Sur u Triq San Ġiljan. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Bormla — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f’Bormla fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Bormla, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Alessandra, Triq San Ġorġ, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq l-Iljun, Triq l-Oratorju, Triq il-Polverista, Triq Santa Margerita, Triq il-Gendus, Triq ir-Regatta u Triq San Franġisk. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Il-Fgura – Triq Romano Carapecchia — ġrieden

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-problema ta’ ġrieden kbar fi Triq Romano Carapecchia fil-Fgura hijiex qed tiġi indirizzata? Jekk le, jista’ jara li dan l-inkonvenjent għar-residenti jiġi indirizzat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ħamis, 20 t’Ottubru, sar trattament mill-ħaddiema tat-Taqsima tal-Pest Control fit-triq imsemmija minnha.

Il-Fgura – Triq Mater Boni Consilii — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jkun lest il-proġett li qed isir fi Triq Mater Boni Consilii fil-Fgura (bejn Triq San Pietru u Triq San Tumas)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2743 nispjega li t-triq indikata hija twila madwar 660 metru u tinsab f’żona li hija waħda arkeoloġikament sensittiva. Għaldaqstant ix-xogħlijiet ġew ippjanati fi tliet fażijiet u dawn qegħdin isiru taħt is-superviżjoni ta’ arkeologi approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Bħalissa għaddej ix-xogħol fit-tieni parti ta’ din it-triq (bejn Triq San Pietru u Triq San Tumas) li jinkludi bdil fis-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma, dawl u telekomunikazzjoni, kif ukoll bini ta’ bankini ġodda u tisħiħ tal-pedamenti qabel ma jsir wiċċ ġdid bl-asfalt. Ix-xogħol f’din il-fażi mistenni jkun lest f’Diċembru u hu stmat li b’kollox din it-triq se tiġi tiswa madwar €400,000.

Fgura għall-Isptar Mater Dei – Trasport Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jgħaddu karozzi tal-linja mill-Fgura lejn l-isptar u viċi versa tul il-ġurnata? Kull kemm ħin jgħaddu dawn il-karozzi? Minn fejn jitilqu? Jaħseb il-Ministru li din il-frekwenza ta’ trasport hija suffiċjenti għar-residenti tal-Fgura peress li mill-informazzjoni li għandi qed jitħallew ħafna nies fuq l-istages għal ħin twil, speċjalment fil-ħinijiet ta’ filgħodu kmieni? Għandu rapporti jew ilment ta’ din ix-xorta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ rotot li jgħaddu minn ġewwa l-Fgura direzzjoni lejn l-Isptar Mater Dei. Dawn huma r-rotta 120 li filgħaxija tinbidel għar-rotta 121 kif ukoll ir-rotta 204. Ir-rotta 120/121 topera kull nofsiegħa filwaqt li r-rotta 204 topera kull siegħa. Bejniethom, fost il-ġimgħa, ikun hemm 47 vjaġġ f`kull direzzjoni, jiġifieri b'kollox ikun hemm 94 vjaġġ kuljum fiż-żewġ direzzjonijiet. Ir-rotta 120/121 titlaq mix-Xgħajra (direzzjoni lejn l-isptar Mater Dei) u minn Pembroke (direzzjoni lejn il-Fgura). Ir-rotta 204 titlaq minn Marsaskala. Infurmat ukoll li ser ikun hemm monitoraġġ minn fuq diversi bus stops ġewwa l-Fgura sabiex jiġi stabbilit l-andament tar-rotot li jgħaddu min din il-lokalità.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kappuċċini – sinjali tat-traffiku

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li saru fi Triq il-Kappuċċini f’Ħaż-Żabbar, jista’ l-Ministru jara li jerġgħu jsiru s-sinjal mal-art inkluż stop signs u marki sofor peress li wara li fl-aħħar sar it-tarmak mill-ġdid fit-triq, dawn is-sinjali baqgħu ma sarux?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kappuċċini – sinjali tat-traffiku

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li saru fi Triq il-Kappuċċini f’Ħaż-Żabbar, tista’ l-Ministru tara li jerġgħu jsiru s-sinjal mal-art inkluż stop signs u marki sofor peress li wara li fl-aħħar sar it-tarmak mill-ġdid fit-triq, dawn is-sinjali baqgħu ma sarux?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fgura Adventure Park

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2746 dwar il-proġett tal-Fgura Adventure Park, jista’ l-Ministru ġentilment jipprovdi tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm dan il-Ministeru m'għandu l-ebda proġett fis-sit indikat, għaddejja ħidma biex isir Adventure Park f'sit identifikat biswit il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera li jinsab fi stat ta’ abbandun. Dan huwa proġett fuq 20,000 metru kwadru li għandu jinbidel f’park li fih il-familji Maltin jistgħu jgawdu spazju mimli avventura għal kulħadd fosthom ziplines, walking trails, archery u strutturi tal-injam. Dan il-park se jkun mqassam f’diversi areas attrezzati għal etajiet differenti, aċċessibbli għal kulħadd, u se jinkludi wkoll atrazzjonijiet bl-ilma. Din ir-riġenerazzjoni se ssir b’tali mod li l-impatt fuq l-inħawi tal-madwar ikun wieħed minimu.

Raħal Ġdid — Ħsarat fil-Pjazza prinċipali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2747 dwar ħsarat fil-Pjazza prinċipali ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru ġentilment jipprovdi tweġiba?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba parlamentari bin-numru 2056 ta’ din il-leġiżlatura.

Raħal Ġdid — Ħsarat fil-Pjazza prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-aħħar tagħrif li għandu dwar il-manutenzjoni li hemm bżonn fil-Pjazza prinċipali ta’ Raħal Ġdid? Jista’ l-Ministru jagħti elenku tat-tiswijiet li saru s’issa? Kemm swew dawn it-tiswijiet s’issa? Jista’ jelenka x-xogħlijiet ta’ tiswija li għad hemm bżonn isiru u kemm hija l-ispiża totali li hemm bżonn sabiex isir ix-xogħol kollu? Jista’ jippreżenta r-rapporti li għandu dwar il-ħsarat li hemm fil-pjazza? Dan ix-xogħol kien kopert b’garanzija? Jekk iva, għaliex ma tranġax immedjatament bil-garanzija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.