Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4804 u jinforma lill-Kamra, sena b’sena għas-snin 2019, 2020 u 2021 kemm kien hemm pazjenti li ntalbu xi forma ta’ ħlas għas-servizzi li ngħataw fl-isptarijiet tal-istat? X’kienet in-nazzjonalità tagħhom? Kemm kien l-ammont globali mitlub għal kull sena? X’kien il-perċwental ta’ dawn il-fatturi li ġew imħallsa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont globali ta’ ħlas għas-servizzi li ngħataw fl-isptarijiet tal-istat huwa skont il-lista hawn taħt mehmuża, waqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra in-nazzjonalità ta’ dawn il-pazjenti.
Year
Cases Billed
Total amount Billed
% Paid / Waived Bills
2019
6468
€ 2,839,675.78
52%
2020
5653
€ 2,804,263.45
58%
2021
4579
€ 2,552,787.75
72%
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4356 u jgħid sena b’sena bejn is-snin 2012 u 2022:
a. kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika;
b. x’kien is-sess ta’ dawn il-vittmi u l-età tagħhom;
ċ. x’passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti; u
d. kemm minn dawn ir-rapporti ġew referuti lill-Pulizija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 5559 f’din l-istess seduta, ta’ min jinnota li s-servizzi tal-Aġenzija Appoġġ ma jinvestigawx rapporti ta’ vjolenza domestika, imma joffru servizz ta’ sapport lill-vittmi li jersqu lejn is-servizz.
b. x’kien is-sess ta’ dawn il-vittmi u l-età tagħhom;
It-tabelli t’hawn taħt juru n-numru ta’ każijiet ta’ persuni vittmi ta’ vjolenza domestika mqassma skond is-sena u turi l-etajiet u l-ġeneru tal-individwi.
Year: 2012
Male
Female
Total
<17
0
3
3
18-19
0
9
9
20-24
0
21
21
25-29
0
17
17
30-34
0
36
36
35-39
0
36
36
40-44
1
41
42
45-49
1
32
33
50-54
0
24
24
55-59
1
23
24
60+
1
34
35
Age not specified
13
244
257
Year: 2013
Male
Female
Total
<17
0
2
2
18-19
1
15
16
20-24
0
29
29
25-29
0
40
40
30-34
0
41
41
35-39
0
52
52
40-44
1
30
31
45-49
1
35
36
50-54
3
35
38
55-59
0
25
25
60+
1
32
33
Age not specified
8
195
203
Year: 2014
Male
Female
Total
<17
0
2
2
18-19
1
7
8
20-24
1
23
24
25-29
2
24
26
30-34
2
37
39
35-39
0
63
63
40-44
0
43
43
45-49
0
35
35
50-54
1
31
32
55-59
0
16
16
60+
2
36
38
Age not specified
10
199
209
Year: 2015
Male
Female
Total
<17
0
3
3
18-19
0
2
2
20-24
2
37
39
25-29
2
31
33
30-34
2
51
53
35-39
1
41
42
40-44
1
46
47
45-49
2
37
39
50-54
0
27
27
55-59
1
27
28
60+
1
49
50
Age not specified
5
169
174
Year: 2016
Male
Female
Total
<17
0
1
1
18-19
0
10
10
20-24
3
25
28
25-29
0
50
50
30-34
0
52
52
35-39
1
48
49
40-44
2
43
45
45-49
0
37
37
50-54
1
33
34
55-59
0
27
27
60+
2
42
44
Age not specified
1
89
90
Year: 2017
Male
Female
Total
<17
0
1
1
18-19
0
4
4
20-24
2
37
39
25-29
1
52
53
30-34
2
68
70
35-39
2
70
72
40-44
1
62
63
45-49
2
56
58
50-54
1
33
34
55-59
1
32
33
60+
4
62
66
Age not specified
1
13
14
Year: 2018
Male
Female
Total
<17
0
0
0
18-19
2
23
25
20-24
5
32
37
25-29
4
54
58
30-34
7
87
94
35-39
5
90
95
40-44
8
99
107
45-49
2
48
50
50-54
15
56
71
55-59
2
35
37
60+
12
73
85
Age not specified
0
6
6
Year: 2019
Male
Female
Total
<17
1
7
8
18-19
3
20
23
20-24
17
74
91
25-29
15
86
101
30-34
29
113
142
35-39
33
156
189
40-44
23
131
154
45-49
26
91
117
50-54
20
61
81
55-59
12
61
73
60+
44
126
170
Age not specified
0
0
0
Year: 2020
Male
Female
Total
<17
1
7
8
18-19
3
20
23
20-24
11
87
98
25-29
20
117
137
30-34
26
129
155
35-39
24
136
160
40-44
19
164
183
45-49
31
122
153
50-54
21
72
93
55-59
16
51
67
60+
58
155
213
Age not specified
0
0
0
Year: 2021
Male
Female
Total
<17
2
5
7
18-19
2
11
13
20-24
9
82
91
25-29
9
98
107
30-34
19
113
132
35-39
23
141
164
40-44
25
118
143
45-49
19
89
108
50-54
12
68
80
55-59
12
56
68
60+
43
143
186
Age not specified
0
0
0
Year: Jan-Jun 2022
Male
Female
Total
<17
1
2
3
18-19
0
10
10
20-24
4
27
31
25-29
8
40
48
30-34
11
53
64
35-39
9
64
73
40-44
13
58
71
45-49
13
50
63
50-54
6
35
41
55-59
2
20
22
60+
25
62
87
Age not specified
0
0
0
ċ.
x’passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti;
u
Kull każ li jasal għand l-Aġenzija Appoġġ isirlu risk assessment immedjatament meta l-persuna tagħmel kuntatt mal-Aġenzija. Wara kull risk assessment, l-allegata vittma jsirilha pjan individwali li jħares l-interessi u s-sigurtà tagħha u ta’ terzi persuni li jkunu fil-kustodja tagħha.
Meta rapport jidħol għand il-Pulizija, l-Pulizija tagħmel kuntatt mat-taqsima tad-Domestic Violence Risk Assessment Service tal-Aġenzija Appoġġ biex isir risk assessment dak il-ħin waqt li l-vittma qiegħda fil-kwartieri tal-Pulizija. L-Aġenzija tħaddem numru ta’ risk assessors li jagħmlu r-risk assessments 24 siegħa kuljum. Wara kull risk assessment, bil-kunsens tal-vittma kkonċernata, l-każ jiġi allokat social worker biex tkompli ssegwi lill-vittma.
d. kemm minn dawn ir-rapporti ġew riferuti lill-Pulizija?
Meta vittma tagħmel kuntatt dirett ma l-Aġenzija Appoġġ, xorta isir risk assessment u l-vittma tiġi gwidata biex tagħmel rapport lill-pulizija u rapport mediku f`kas li jkollha ġrieħi konsegwenza ta l-abbuż.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4357 u jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw maqtula? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Isem il-Vittma tal-Femiċidju
Xahar u Sena tal-Femiċidju
Kienet tieħu servizz mill-FSWS
1
Margaret Mifsud
April 2012
LE
2
Meryem Bugeja
Settembru 2012
Iva
3
Ivette Gajda
Novembru 2012
LE
4
Silvana Muscat
Marzu 2015
LE
5
Eleonor Mangion Walker
Lulju 2016
LE
6
Caroline Magri
Settembru 2016
LE
7 & 8
Maria Carmela Fenech & Antonia Mifsud
Lulju 2018
LE
9
Shannon Mak
Awwissu 2018
LE
10
Lourdes Agius
Settembru 2018
LE
11 & 12
Maria Lourdes & Angele Bianchi
Marzu 2019
LE
13
Chanelle Chetcuti
Frar 2020
LE
14
Paulina Dembska
Jannar 2022
LE
15
Rita Ellul
Frar 2022
Iva
16
Bernice Cassar
Novembru 2022
Iva
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4358 u jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw abbużati u/jew feruti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?
Ħaż-Żabbar – Triq il-Kappuċċini – Sinjali tat-Traffiku
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3139 u 3710, jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni u ċjoè meta ser isiru s-sinjali mal-art, inkluż stop signs u marki sofor, peress li wara li fl-aħħar żmien sar it-tarmak mill-ġdid fit-triq, dawn is-sinjali baqgħu ma sarux?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġba tal-mistoqsija parlamentari 3711, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport imsemmi fir-risposta tiegħu dwar il-ħsarat li hemm f’din il-pjazza u li ġie konkluż f’Lulju 2022, ġiex evalwat b’mod konklużiv u finali? Jekk iva, kemm hija l-istima ta’ dawn il-ħsarat? Liema entità jew entitajiet ser ikunu responsabbli mit-tiswija ta’ dawn il-ħsarat? Meta ser jibdew it-tiswijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4461.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3137 fejn il-Ministru informa li dawn ix-xogħlijiet se jkunu lesti sa Diċembru li għadda, peress li wasalna fl-aħħar ta Jannar 2023 u x-xogħol għadu għaddej, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li dan ix-xogħol jintemm? X’inhi r-raġuni li dan ix-xogħol waqa’ lura? Jista’ l-Ministru konċernat jieħu l-passi neċessarji sabiex il-kuntrattur jimxi b’ritmu mgħaġġel kemm jista’ jkun u mhux jitħalla jġebbed bix-xogħol b’numru limitat ta’ ħaddiema fuq is-sit tax-xogħol? Jaf il-Ministru li sakemm qed isir dan it-tnikkir, ir-residenti ta’ din il-parti tat-triq qed jgħaddu minn inkonvenjenti kbar bla bżonn speċjalment meta tagħmel ix-xita?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel saff t’asfalt fl-ewwel fażi ta’ din it-triq ingħata iktar kmieni il-ġimgħa l-oħra wara li nstab li partijiet mill-pedamenti ta’din it-triq kien jinvolvi aktar xogħol kawża ta’ materjal naturali dgħajjef. Fattur ieħor li kkawża ħsarat kien it-temp u b’hekk kellu jerġa’ jsir xi xogħol. Ix-xogħol fit-tieni fai jinsab fi stadju avvanzat filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li jibda x-xogħol fuq il-pedamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jissewwa u jibda jiffunzjona l-lift tal-Blokka tal-Bini tal-Gvern, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilu bil-ħsara għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-residenti tal-imsemmi blokk, fis-sena 2022 ġew iggwidati biex japplikaw taħt l-iskema LFT tal-Awtorità tad-Djar sabiex jibbenefikaw minn lift ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ ta’ nazzjonalità Maltija ta’ età bejn 16 u 30 sena bejn is-snin 2013 u 2022 li f’xi perjodu minn dan kellhom impjieg reġistrat f’Malta jew Għawdex u mbaghad ma baqgħux reġistrati fl-ebda impjieg u lanqas kienu/qegħdin jirreġistraw għax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont il-formoli tal-bidu tal-impjieg, in-numru ta’ żgħażagħ ta’ nazzjonalità Maltija, li kellhom impjieg f’Malta jew Għawdex bejn is-snin 2013 u 2022, u kellhom l-età ta’ bejn is-16 u 30 fil-perjodu rispettiv kien ta’ 114,751. Kull persuna ngħaddet darba biss.
Minn dawn il-persuni 18,015-il persuna m’għandhomx impjieg irreġistrat u lanqas kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol sal-aħħar ta’ Diċembru 2022. Ir-ragunijiet għal dan jistgħu jkunu diversi, inkluż li jkunu komplew bl-istudji tagħhom.
B’referenza għall-bini ġdid ta’ appartamenti tal-Gvern f’Bormla li għadu qed jinbena, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Dawn l-appartamenti diġà ġew allokati?
b. Meta ġew allokati?
c. Meta kienu mwegħdin l-inkwilini l-ġodda li se jkollhom iċ-ċwievet tal-appartamenti?
d. Peress li l-bini għadu mhux lest, meta huwa mistenni li dan il-proġett jintemm u l-inkwilini l-ġodda jingħataw iċ-ċwievet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-Bord tal-Allokazzjoni fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka appartamenti f’diversi blokok f’Bormla matul is-sena 2022. Iċ-ċwievet u l-kuntratt finali huma taħt ir-responsabbiltà tal-Malita Investments.
B’referenza għall-proġett ta’ djar li qed jinbena ġewwa Bormla, jista’ l-Ministru jgħid jekk parti minn dan il-proġett tikkonsistix f’numru ta’ garaxxijiet? Kemm hemm garaxxijiet? Kif ser ikunu allokati dawn il-garaxxijiet u meta? L-inkwilini li ngħataw appartament fl-istess blokka se jkollhom xi forma ta’ right of first refusal jew xi privileġġ ieħor?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tad-Djar li qed jinbena ġewwa Bormla jikkonsisti minn 30 garaxx. Dawn il-garaxxijiet ser ikunu qed jiġu mqassma mill-uffiċjali tal-kumpanija Malita Investments.
Pazjenti li ntalbu xi forma ta’ ħlas għal servizzi fl-isptarijiet tal-Istat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra, sena b’sena għas-snin 2019, 2020 u 2021, kemm kien hemm pazjenti li ntalbu xi forma ta’ ħlas għas-servizzi li ngħataw fl-isptarijiet tal-istat? X’kienet in-nazzjonalità tagħhom? Kemm kien l-ammont globali mitlub għal kull sena? X’kien il-perċentwal ta’ dawn il-fatturi li ġew imħallsin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal iċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid li qed jinbena f’Raħal Ġdid (ex Pace Grasso Ground)? Meta hu ppjanat li se jkun lest u jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3485.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra x’servizzi se jkun qed joffri ċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid f’Raħal Ġdid? Jista' jikkonferma jekk hux se jkun hemm Renal Unit sabiex il-pazjenti min-naħa t'isfel ta' Malta jkunu jistgħu jagħlu użu minn dan iċ-ċentru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid Ċensu Moran, f’Raħal Ġdid ser joffri s-servizzi kollha offruti bħalissa fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid u barra minn hekk huwa ppjanat li jkun hemm servizz ta’ dipartiment ta’ emerġenza 24 siegħa u dipartiment ta’ X-ray 24 siegħa. Se jkun hemm 2 teatri tal-operazzjoni fejn huwa ppjanat li jsiru operazzjonijiet minuri taħt anestesija lokali kif ukoll proċeduri Ophthalmic u Endoscopy . Paola Hub se joffri wkoll faċilitajiet ta’ Ultrasound, Echocardiogram, ECG kif ukoll stress ECG. Se jkun hemm ukoll laboratorju f’Paola Hub.
B’referenza għall-omiċidju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment li seħħ fit-22 ta Novembru 2022 ġewwa Kordin, jista’ l-Ministru:
a. jagħti d-dati tar-rapporti li saru mill-vittma f’dawn l-aħħar sentejn, f’liema għassa saru dawn ir-rapporti u x’passi ttieħdu fuq kull wieħed minn dawn ir-rapporti;
b. jgħid min kien responsabbli li jinvestiga u jmexxi ’l quddiem kull rapport li sar mill-vittma u/jew minn qraba tagħha; u
ċ. jgħid x’passi ttieħdu fuq l-allegat rapport li sar nhar it-Tnejn, 21 ta Novembru 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-Dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra numru 943 fis-Seduta Numru 60 tat-23 ta’ Novembru 2022.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku, sena b’sena u skont is-sess, ta’ kemm inqatlu persuni f’Malta u Għawdex bejn is-sena 2000 u s-sena 2022? Jista’ jagħti l-età tagħhom? Fejn inqatlu? F’liema ċirkostanzi nqatlu? Fejn hu possibbli, jista’ jagħti informazzjoni dwar dak li jidher li kien il-mottiv ta’ kull qtil?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dettalji dwar każi ta’ omicidju li seħħew sena b’sena f’dawn il-gżejjer, b’informazzjoni dwar is-sess kif ukoll l-eta tal-vittmi, għall-perjodu mis-sena 2000 sat-23 ta’ Novembru 2022, jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. F’dan il-perjodu kien hemm mija u erbgħa u għoxrin (124) vittma, fejn minnhom erbgħa u erbgħin (44) kienu nisa u tmenin (80) kienu rġiel.
Attachments:PQ 4355 - Omicidji Kazi minn 2000 sa 2022 Nov.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena bejn is-snin 2012 u 2022:
a. kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika;
b. x’kien is-sess ta’ dawn il-vittmi u l-età tagħhom;
ċ. x’passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti; u
d. kemm minn dawn ir-rapporti ġew riferuti lill-Pulizija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw maqtula? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw imweġġgħa, abbużati u/jew feruti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.