B’referenza għat-trasport pubbliku ġewwa l-Kalkara, peress li x-Xatt huwa mblukkat kollu minħabba l-proġett u l-karozzi tal-linja qed jaslu biss sa tarf Triq il-Missjoni Taljana, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jdum dan l-inkonvenjent b’detriment għar-residenti, ħafna minnhom anzjani li jgħixu fl-inħawi tax-Xatt ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8273.
Kuntratti ta’ kirjiet ta’ proprjetà konklużi bejn il-Gvern u każini tal-baned
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7765, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kirjiet li ġew konklużi s’issa ma’ dawk il-każini/soċjetajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament għadu ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt ta’ kiri mal-każijiet/soċjetajiet relattivi u dan stante li f’dan l-istadju qegħdin jiġu konklużi b’mod definittiv l-akkwisti finali tal-propjetajiet ikkonċernati li dwarhom ġie ffirmat konvenju. Ghaldaqstant, id-domanda hija wahda intempestiva.
Madanakollu dan il-Gvern, bħala parti mill-impenn car u kontinwu li għandu lejn il-każini/soċjetajiet msemmija, diġà ta commitment ċar lill-istess każini/soċjetajiet illi ser ikunu jistgħu jkomplu b’titolu ta’ kera fil-fondi rispettivi u b’hekk ser ikunu protetti minn kwalsiasi theddida ta’ żgumbrament illi seta’ kellhom.
B’referenza għall-konċessjoni li jidher li ngħatat lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ingħatatx a tenur tal-Concession contracts regulations-subsidiary Legislation 601.09 jew kienet konċessjoni ta’ art mid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għall-culverts li saru madwar sena ilu mar-roundabout ta’ Triq Hompesch, kantuniera ma’ Triq is-Sur, fil-Fgura, u li minn meta saru sal-lum, uħud minnhom sfrundaw u ġew irranġati (apparti wieħed li għadu sfrundat), jista’ l-Ministru jgħid:
a. jekk il-kuntrattur li għamel dan ix-xogħol ħażin tħallasx;
b. jekk dan ix-xogħol meta kien komplut ġiex iċċertifikat mill-periti tal-Awtorità;
ċ. min qed iħallas sabiex dawn il-culverts jiġu rranġati;
d. jekk ħax xi passi kontra l-kuntrattur li għamel dan ix-xogħol ħażin u jekk ħa, x’kienu dawn il-passi; u
e. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li għaddiet bejn l-Awtorità u l-kuntrattur dwar dan ix-xogħol ħażin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba difetti fil-kwalità tax-xogħol kif innutati mill-periti ta’ Infrastructure Malta, inżamm ammont ta’ flus li jkopri dawn id-difetti skont il-proċeduri stabbiliti. Sadattant il-kuntrattur intalab jagħmel tajjeb għax-xogħol difettuż a spejjeż tiegħu. Infrastructure Malta qed iżżomm ukoll il-garanzija bankarja għal dawn ix-xogħlijiet skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ġiet mogħtija l-art tal-isptarijiet u artijiet oħrajn lill-kumpaniji, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jekk hux permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari, permezz ta’ direct allocation jew permezz ta’ tender? Jekk permezz ta’ tender, jista’ jgħid kemm kien hemm tenders u min tefa’ l-offerta?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għall-konċessjoni tas-servizzi lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid b’liema regoli ngħatat din il-konċessjoni, u jekk hux permezz ta’ concession regulations? Kemm kien hemm tenderers u min kienu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Fid-dawl tal-konċessjoni li jidher li ngħatat lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatatx a tenur tal-Concession Contracts Regulations (S.L. 601.09) jew kenitx konċessjoni ta’ art mid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ġiet mogħtija l-art tal-isptarijiet u artijiet oħrajn lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jekk hux permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari, permezz ta’ direct allocation jew permezz ta’ tender? Jekk permezz ta’ tender, jista’ jgħid kemm kien hemm tenderers u min tefa’ l-offerta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għall-konċessjoni tas-servizzi lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid b’liema regoli ngħatat din il-konċessjoni, u jekk hux permezz ta’ concession regulations? Kemm kien hemm tenderers u min kienu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għall-proġett li qed isir fix-Xatt tal-Kalkara, peress li t-triq li tagħti mill-Mina tal-Kalkara sax-Xatt ilha magħluqa għal dawn l-aħħar xahrejn jew iktar, jista’ jgħid meta din it-triq se terġa’ tinfetaħ għat-traffiku sabiex ma tibqax tirrenja l-konfużjoni li qed ikun hemm fix-Xatt?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għall-proġett li qed isir fix-Xatt tal-Kalkara, b’mod partikolari għall-parti tax-Xatt fejn hemm l-ispiżerija u l-Każin tal-Banda, fejn din il-parti tax-xatt ilha b’aċċess ristrett ħafna ta’ madwar pied u nofs wisa’ għal tal-inqas xahrejn u peress li l-ispiżerija tax-Xatt tal-Kalkara hija l-unika waħda li hemm fil-lokalità u dawk kollha, inkluż anzjani u morda, li bilfors iridu jinqdew minn din l-ispiżerija qed ikollhom jgħaddu minn dan il-passaġġ perikoluż ta’ madwar pied u nofs wisa’ u b’tul ta’ madwar 100 pied, jista’ l-Ministru jindika meta ser jingħalaq il-gandott li hemm mitfuħ tul dan il-passaġġ u jkun hemm aċċess diċenti b’rispett lejn ir-residenti tal-Kalkara?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għall-proġett tax-Xatt tal-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid, skont it-tender/letter of acceptance, meta għandu jintemm ix-xogħol? Jista’ jikkonferma jekk ix-xogħol huwiex qiegħed skont l-iskeda jew le? U jekk le, jista’ jgħid għaliex? Jista' jgħid meta effettivament se jintemm il-proġett kompletament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kiri ta’ proprjetà bejn il-Gvern u l-każini tal-baned
Question
B’referenza għall-ftehim tal-kiri tal-proprjetà bejn il-Gvern u l-Każini tal-Baned li kienu mikrijin mingħand il-privat u issa qed jinxtraw mill-Gvern, jista’ l-Ministru:
a. jagħti lista tal-każini/soċjetajiet li ġie konkluż magħhom il-ftehim tal-kirja bejn il-Gvern u l-Każini rispettivi; u
b. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-kirjiet li ġew konklużi s’issa ma’ dawk il-każini/soċjetajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li preżentement il-Gvern qed jakkwista, kull fejn hu possibbli u fattibbli, il-proprjetajiet tal-każini tal-banda bit-titlu lokatizju f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex li jinsabu f’riskju ta’ żgumbrament. Dan bil-għan li jipproteġi t-tradizzjonijiet tal-każini tal-banda u l-valur kulturali tagħhom f’Malta.
Fil-fatt, intlaħaq ftehim ta’ akkwist mas-sidien tal-bini ta’ dawn is-soċjetajiet:
1. Każin Banda Stella Maris - Tas-Sliema,
2. Anici Banda & Social Club – Ħal Qormi,
3. Socjeta Fil. GM Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re – Paola,
4. Circolo San Giuseppe Sagra Familja - Kalkara,
5. La Stella Levantina – Ħ’Attard,
6. Każin Banda Marija Reġina – Marsa.
Fil-każ tal-Każin Banda Stella Maris, il-proċess ta’ akwiżizzjoni ġie totalment konkluż, waqt li fir-rigward tal-proprjetajiet l-oħrajn ġie ffirmat konvenju jew jinsabu fil-proċess li jiġi ffirmat konvenju mas-sidien rispettivi wara li ntlaħaq formalment qbil dwar il-kundizzjonijiet tal-bejgħ.
Tajjeb jiġi rrimarkat li dan sar permezz ta’ appoġġ finanzjarju permezz ta’ skemi varji u anke permezz ta’ impenn għall-akkwisti tal-proprjetajiet li bħalissa qed jintużaw mill-każini tal-banda rispettivi sabiex tkun tista’ tingħata assigurazzjoni ta’ kera fit-tul.
Filwaqt li rridu ngħinu lil dawn is-soċjetajiet, irid jiġi assigurat li jintlaħaq ukoll bilanċ mal-interessi tal-Gvern li jara li jkollu dħul xieraq għal dan l-investiment li qed isir.
Fgura – Triq il-Karmelitani – restawr tal-knisja l-qadima u tal-kunvent
Question
B’referenza għall-knisja l-qadima li tinsab fi Triq il-Karmelitani, il-Fgura, u li nbniet fil-bidu tas-snin 50 fuq pjanti tal-Perit Ġużè D’Amato, jista’ l-Ministru jikkonsidra li l-faċċata ta’ din il-knisja u l-kunvent aġġunt jiġu restawrati peress li dawn huma landmark ewlenin tal-lokalità?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għall-culverts li saru madwar sena ilu mar-roundabout ta’ Triq Hompesch kantuniera ma’ Triq is-Sur, il-Fgura, u li wieħed minnhom jinsab sfrundat u ilu mgħotti bil-pjanċi madwar erba’ xhur, jista’ l-Ministru jgħid meta dan il-culvert se jissewwa? Minbarra dan, temporanjament jista’ jara li l-pjanċi li hemm ma jibqgħux jagħmlu ħsejjes kbar kull darba li tgħaddi karozza minn fuqhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ tiswija fuq il-culverts kollha madwar ir-roundabout ta’ Triq Hompesch, mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Bħalissa qed jitħejjew l-arranġamenti kollha meħtieġa biex tingħalaq it-triq kif ukoll l-immaniġġar tat-traffiku li eventwalment irid jiġi approvat minn Transport Malta. Ix-xogħol hu ppjanat li jiġi esegwit matul il-lejl sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent tat-traffiku matul il-ġurnata. Madanakollu, il-kuntrattur responsabli mix-xogħol ħa jiġi infurmat biex jara li l-pjanċa li hemm fuq il-post tiġi rranġata b’tali mod li jitnaqqas l-inkonvenjent tal-istorbju li qed jiġi riferut għalih f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Trasport Pubbliku – Servizz bejn il-Fgura u l-Isptar Mater Dei Moniteraġġ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3138, jista’ l-Ministru jgħid x’ri¿ultat kien hemm minn dak il-monitoraġġ li wiegħed li ser isir? F’liema perjodu sar dak il-monitoraġġ? Fuq liema bus stops sar? Hemm il-ħsieb li wara dan il-monitoraġġ isir xi titjib fis-servizz?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni neċessarja sabiex isir il-monitoraġġ qed tinġabar u qed isir studju fuq numru ta’ rotot.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3086 fejn staqsejt lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ u l-Innovazzjoni dwar il-proġett tal-Fgura Adventure Park li kien ġie mħabbar u mwiegħed mill-Gvern lejliet l-elezzjoni tal-2017 u ċjoè fl-aħħar ta’ Mejju 2017, peress li l-Ministru rrisponda li m’hemmx pjanijiet li dan il-proġett isir fil-Fgura, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li dan il-proġett f’dak is-sit, li anke ssemma f’diversi estimi tal-budgets ġie skartat? Jista’ jgħid jekk hemmx xi proġett ieħor maħsub għaż-żona indikata u ċjoè ż-żona ħdejn is-swar ta’ Bormla, biswit il-ground tal-Fgura FC? Huwa ġust li r-residenti tal-Fgura jiġu ttrattati b’dan il-mod?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif m’għandix dubju li taf l-Onor. Interpellanta, il-Gvern għaddej bl-ikbar proġett ta’ investiment fi spazji miftuħa. Dan hu proġett li se jkun mifrux mal-pajjiż kif imwiegħed fil-manifest elettorali.
Għal aktar dettalji speċifiċi nistieden lill-Onor. Interpellanta tagħmel id-domanda tagħha lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3221, jista’ l-Ministru jgħid:
a. il-Kunsill Lokali għamilx inkjesta mal-awtoritajiet ikkonċernati sabiex din it-triq tinbena mill-ġdid? Jekk iva, meta saret din it-talba u x’kien l-eżitu ta’ din it-talba; u
b. minn Ottubru 2022 sa Jannar 2023 x’interventi saru fuq din it-triq mill-Kunsill Lokali u kemm swew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi saret talba mill-Kunsill mal-awtorità kkonċernata sabiex l-imsemmija triq tinbena mill-ġdid u l-istess Kunsill kellu konferma verbali illi Triq San Tumas ser tinbena mill-gdid.
Kif ben konxja l-Onor. Interpellanta, il-bini mill-ġdid ta’ toroq mhuwiex fil-kompetenza ta’ Kunsill Lokali u għaldaqstant l-azzjoni li ħa l-kunsill kien li għamel it-talba appozita mal-awtorità kkonċernata.
Fgura – Triq Hompesch u Triq Żabbar – Ċitazzjonijiet lil Vetturi Kummerċjali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3349, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Pulizija u l-LESA lill-vetturi kummerċjali li għaddew mit-toroq Hompesch/Żabbar fil-Fgura u ma kinux se jagħtu servizz fil-lokalità fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2022? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mis-sistema elettronika jidher illi ngħataw tliet taħrikiet mill-Pulizija u l-LESA fil-perjodu indikat mill-Onor. Membru bejn Novembru u Diċembru 2022 lill-vetturi kummerċjali li għaddew mit-toroq Hompesch/Żabbar fil-Fgura u ma kinux se jagħtu servizz fil-lokalità.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri li ffurmaw il-Bord tal-Governanza fid-Direttorat tal-Kunsilli Lokali għas-sena 2022? X’kienet ir-remunerazzjoni tal-membri għas-sena 2022?
Kemm-il darba ltaqgħu b’mod formali tul is-sena 2022 xahar b’xahar? Kemm daħlu każijiet ġodda tul is-sena 2022? Kemm każijiet ġew deċiżi tul is-sena 2022? Kemm kien hemm każijiet pendent fil-31 ta’ Diċembru 2022 u kemm ilhom pendenti? Min ser ikunu l-membri tal-istess bord għas-sena 2023?