Fgura – Triq il-Karmelitani – restawr tal-knisja l-qadima u tal-kunvent
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7766, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, u ċjoè: B’referenza għall-knisja l-qadima li tinsab fi Triq il-Karmelitani, il-Fgura, u li nbniet fil-bidu tas-snin 50 fuq pjanti tal-Perit Ġużè D’Amato, jista’ l-Ministru jikkonsidra li l-faċċata ta’ din il-knisja u l-kunvent aġġunt jiġu restawrati peress li dawn huma landmark ewlenin tal-lokalità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li la l-Knisja u lanqas il-kunvent inkwistjoni mhuma proprjetà tal-Istat.
Il-Fgura – Vjal Kottoner – parti minn triq li qed tisfronda
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3222 dwar periklu fi Vjal Kottoner fejn it-triq qed tisfronda u fejn il-Ministru fid-19 ta’ Ottubru 2022 ikkonferma li x-xogħol se jibda fil-ġimgħat li kienu ġejjin u s’issa, seba’ xhur u nofs wara, dan il-periklu għadu hemm, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitneħħa dan il-periklu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li pitgħada Infrastructure Malta se tkun qed tagħmel xogħol bil-hot asphalt fejn it-triq qed tisfronda bħala miżura temporanja sakemm jibda l-proġett ta’ bini mill-ġdid tat-triq, li se jkun qed jibda mit-Triq il-Kunsill tal-Ewropa sa Vjal il-Kottoner fil-Fgura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5566 u jgħid min kienu l-membri li ffurmaw il-Bord tal-Governanza fid-Direttorat tal-Kunsilli Lokali għas-sena 2022? X’kienet ir-remunerazzjoni tal-membri għas-sena 2022? Kemm-il darba ltaqgħu b’mod formali tul is-sena 2022 xahar b’xahar? Kemm daħlu każijiet ġodda tul is-sena 2022? Kemm każijiet ġew deċiżi tul is-sena 2022? Kemm kien hemm każijiet pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2022 u kemm ilhom pendenti? Min ser ikunu l-membri tal-istess bord għas-sena 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Membri tal-Bord tal-Governanza fid-Direttorat tal-Kunsilli Lokali għas-sena 2022, kif ukoll għas-sena 2023, kienu hekk kif ġej:
Chairman
Sur Simon Abela - €11,061.009 p.a.
Membri
Sur Duncan Hall - €4,096.79 p.a.
Sin. Sarah Lee Zammit - €4,096.79 p.a.
Sin. Speranza Chircop - €4,096.79 p.a.
Segretarju tal Board
Sur Pablo Cachia Belli - €4,096.79 p.a.
Intant infurmat li mit-twaqqif tal-Bord il-ġdid, l-istess bord iltaqa’ diversi drabi b’mod formali u kif ukoll informalment sabiex jiddiskuti u jixtarr numru ta’każijiet li sab li kienu pendenti u għadhom mhux magħluqa.
Intant infurmat ukoll li l-Bord għandu quddiemu 16 il-każ pendenti, li minnhom 8 kazijiet kienu infetħu qabel Marzu tas-sena 2022.
B’referenza għall-għeluq tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f’din id-Dar, kemm dawk impjegati mal-Gvern kif ukoll dawk mal-kuntrattur? Kemm ilhom jaħdmu f’din id-Dar? X’inhu l-grad tagħhom? Fejn se jkunu trasferiti dawn il-ħaddiema sakemm tkun magħluqa din id-Dar?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema kollha huma tal-kuntrattur li bħalissa qiegħed imexxi din id-dar.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa.
Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.
B’referenza għad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla jista’ l-Ministru jikkonferma li ħadd mill-ħaddiema, la dawk tal-kuntrattur u lanqas dawk tal-Gvern, mhuma se jitilfu x-xogħol tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 9315.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa.
Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod vojta fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel referenza għat-tweġibiet li ngħataw fis-seduta tal-bieraħ, b’referenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari 9309 u 9312.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa.
Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod vojta fid-djar kollha tal-anzjani f’Malta, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll sodod amministrati mill-Gvern fi djar privati jew tal-knisja, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti r-risposta tiegħu dar b’dar ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m'hemmx sodod vojta fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew fid-djar fejn il-Gvern għandu kuntratt ma’ operaturi privati jew mal-knisja, ħlief dawk li kien hemm fid-Dar ta’ Bormla. Sabiex jiġu rilokati r-residenti tad-dar ta’ Bormla, ġew akkwistati sodod ġodda li kienu disponibbli fis-suq u li huma liċenzjati.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa.
Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.
Jista’ l-Ministru jgħid il-kuntrattur/i li se jagħmel/ jagħmlu x-xogħol ta’ rinovar fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla jekk hux diġà ġie magħżul jew le? Jekk ġie magħżul, kif ġie magħżul? Jekk għadu ma ġiex magħżul, f’liema stadju wasal il-proċess tal-għażla?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur jiġi magħżul permezz ta’ sejħa pubblika.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa.
Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod bħalissa fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla u f’kemm kmamar jinsabu dawn is-sodod?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 136 sodda li huma mqassma f’79 kamra.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa.
Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura li 22 sena ilu nbniet b’livelli inferjuri ta’ konkos.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ anzjani residenti fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla għas-snin 2021, 2022 u 2023, xahar b’xahar?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani residenti fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla fis-snin 2021 u 2022 kien dejjem ta’ 136. Minn Jannar tas-sena 2023, meta twaqqfu l-ammissjonijiet l-ammont ta’ residenti kien kif ġej:
Jannar 135 resident
Frar 134 resident
Marzu 131 resident
April 129 resident
Mejju 128 resident
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu anzjani residenti ġodda fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla bejn Ġunju 2022 u Mejju 2023, xahar b’xahar?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani residenti ġodda li daħlu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla bejn Ġunju 2022 u Mejju 2023 kien kif ġej:
Xhar
Numru ta’ anzjani
Ġunju 2022
4
Lulju 2022
5
Awwissu 2022
0
Settembru 2022
0
Ottubru 2022
0
Novembru 2022
12
Diċembru 2022
2
Jannar 2023
0
Frar 2023
0
Marzu 2023
0
April 2023
0
Mejju 2023
0
B’referenza għall-istqarrija mill-Ministeru li ġiet ippubblikata ftit ġranet ilu dwar l-għeluq tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, jista’ l-Ministru:
1. jagħti d-data jew ix-xahar ta’ meta effettivament se tagħlaq id-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla;
2. meta se jibda x-xogħol ta’ rinovar;
3. fiex se jkun qed jikkonsisti dan ir-rinovar;
4. jgħid jekk hux diġà nġiebu l-permessi meħtieġa sabiex jibda x-xogħol u jekk le, liema permessi għadhom ma nġibux u f’liema stadju waslu;
5. meta huwa ppjanat li se jkun lest ix-xogħol kollu sabiex id-dar tkun lesta ħalli tilqa’ mill-ġdid l-anzjani; u
6. meta effettivament se tiftaħ il-bibien tagħha u tibda tirċievi l-anzjani mill-ġdid?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-kapaċità massima ta’ sodod illum fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla u kemm se tkun wara li jitlesta r-rinovar ippjanat?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kapaċità massima ta’ sodod illum fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla hija ta’ 136. Il-kapaċità massima eżatta ta’ sodod wara li jitlesta r-rinnovar tkun tista’ tiġi mogħtija wara li tiġi aġġudikata s-sejħa għall-offerti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li dik li llum hija d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, wara li jsir ir-rinovar imħabbar, l-istess dar fl-intier tagħha se tibqa’ sservi biss għall-istess skop u għall-ebda skop alternattiv?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dar fl-intier tagħha ser tibqa’ sservi biss biex takkomoda l-anzjani u servizzi relatati mal-anzjanità attiva u għall-ebda skop alternattiv.
B’referenza għall-anzjani li se jiġu trasferiti mid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla minħabba l-proġett tar-rinovar, jista’ l-Ministru jgħid fejn huwa ppjanat li se jiġu trasferiti r-residenti ta’ din id-dar? Se jkollhom opportunità li jagħżlu fejn jixtiequ jmorru jew se tkun imposta fuqhom deċiżjoni mill-Gvern?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani ġew infurmati b’mod individwali sabiex jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa. Ġew infurmati ukoll fejn hemm sodod disponibbli. L-anzjani ġew mitluba jindikaw it-tliet preferenzi personali tagħhom. Prijorità ser tingħata l-ewwel lil min ilu jirrisjedi l-aktar fid-dar ta’ Bormla. Fejn ma jkunx hemm post fid-Dar li tkun indikata bħala l-ewwel preferenza, sejrin jingħataw possibilità li jiġu rilokati aktar tard, hekk kif ikun hemm post disponibbli fid-Dar li tkun l-ewwel preferenza.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma tikkwalifikax għaċ-cheque ta' rifużjoni fuq it-taxxa mħallsa peress li meta ċċekkjat mad-dipartiment ikkonċernat ġiet informata li ma tikkwalifikax għal din ir-rifużjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni mitluba fuq persuna speċifika ma tistax tiġi pprovduta minħabba d-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza uffiċjali. Il-persuna inkwistjoni tista' tikkuntattja lit-Taxpayer Services, sabiex l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jkun jista' jassistih.
Rigward il-kriterji biex persuna tikkwalifika għaċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa mħallsa, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġibiet mogħtija fil-PQs numri 8694 u 8918.
Kalkara – Proġett tax-Xatt – Ftuħ mill-ġdid tat-triq li tagħti mill-mina sax-Xatt
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7762, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: B’referenza għall-proġett li qed isir fix-Xatt tal-Kalkara, peress li t-triq li tagħti mill-Mina tal-Kalkara sax-Xatt ilha magħluqa għal dawn l-aħħar xahrejn jew iktar, jista’ jgħid meta din it-triq se terġa’ tinfetaħ għat-traffiku sabiex ma tibqax tirrenja l-konfużjoni li qed ikun hemm fix-Xatt?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol imsemmi kellu jieħu numru ta’ ġimgħat aktar milli ppjanat minħabba diversi imprevvisti li rriżultaw fiż-żona. Issa x-xogħol qabad ritmu li għandu jwassal biex it-triq tinfetaħ fi ftit ġimgħat oħra.
B’referenza għall-proġett li qed isir fix-Xatt tal-Kalkara, b’mod partikolari għall-parti tax-Xatt fejn hemm l-ispiżerija u l-Każin tal-Banda, peress li din il-parti tax-xatt ilha b’aċċess ristrett għal tal-inqas xahrejn u peress li l-ispiżerija tax-Xatt tal-Kalkara hija l-unika waħda li hemm fil-lokalità u dawk kollha, inkluż anzjani u morda, li bilfors iridu jinqdew minn din l-ispiżerija qed ikollhom jimxu tul esaġerat f’periklu kbir, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun hemm aċċess bil-karozzi imqar għall-bżonn f’din il-parti tax-Xatt?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7764, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: B’referenza għall-proġett tax-Xatt tal-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid, skont it-tender/letter of acceptance, meta għandu jintemm ix-xogħol? Jista’ jikkonferma jekk ix-xogħol huwiex qiegħed skont l-iskeda jew le? U jekk le, jista’ jgħid għaliex? Jista' jgħid meta effettivament se jintemm il-proġett kompletament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal diversi proġetti oħra, dan tal-Kalkara kellu jibda fi żmien li d-dinja kollha esperjenzat il-miżuri tal-COVID19.
Dan wassal biex il-programm oriġinali inkluż fis-sejħa għall-offerti kellu jiġi totalment rivedut.
Apparti dan, waqt il-kors tax-xogħlijiet u minħabba l-fatt li hawnhekk kellha tinbena sistema kompletament ġdida u ħafna ikbar tad-drenaġġ, inqalgħu diversi sfidi relatati mal-fatt li din iż-żona hija kollha art riklamata mill-baħar. Dan wassal biex max-xogħol previst kellu jsir ħafna xogħol ieħor biex tiġi indirizzata l-problema tal-ingress tal-baħar. Fil-fatt parti minn dan ix-xogħol kellu jsir fil-baħar permezz ta għaddasa apposta.
Dan il-fattur wassal għal dewmien fl-eżekuzzjoni tal-proġett. Huwa ppjanat li l-proġett ikun lest kompletament sal-aħħar tas-sena, għalkemm partijiet minnu diġa nfetaħ għall-pubbliku u parti sostanzjali minnu ser ikun aċċessibbli fi ftit ġimgħat oħra.
Il-Fgura – Restawr tal-Knisja l-qadima u tal-Kunvent
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7766, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: B’referenza għall-knisja l-qadima li tinsab fi Triq il-Karmelitani, il-Fgura, u li nbniet fil-bidu tas-snin 50 fuq pjanti tal-Perit Ġużè D’Amato, jista’ l-Ministru jikkonsidra li l-faċċata ta’ din il-knisja u l-kunvent aġġunt jiġu restawrati peress li dawn huma landmark ewlenin tal-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr jagħmel proġetti ta’ restawr fuq bini storiku fil-lokalitajiet permezz ta’ Skema għall-Kunsilli Lokali li toħroġ darba fis-sena.
Infurmat ukoll li l-Kunsilli Lokali jkollhom l-opportunità li jressqu proġetti fil-lokalitajiet tagħhom għall-konsiderazzjoni taħt din l-iskema.
Intant, infurmat li l-proġetti jiġu magħżula fuq kriterji stabbiliti mill-istess Skema.