Persuni li nstabu ħatja jew ingħataw libertà proviżorja minħabba użu/traffikar ta’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew misjuba ħatja u ngħataw libertà proviżorja persuni minħabba użu/traffikar ta' droga f’dawn l-aħħar 15-il sena, sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu akkużati b'ħasil ta' flus fil-Qorti kull sena għal dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm kawżi ġew deċiżi u kemm għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Studenti bi bżonnijiet speċjali li jkollhom bżonn LSE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid dawk l-istudenti bi bżonnijiet speċjali fit-tagħlim, kemm idumu jistennew għal LSE minn wara li jiġu identifikati li għandhom bżonn l-għajnuna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu l-każijiet totali tal-kanċer mit-twelid sa 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq għal kull sena matul dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm mietu kull sena? Kemm kienet in-nefqa totali għall-kura tal-kanċer kull sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal sa 16-il sena u kemm persuni minn 16-il sena 'l fuq, mardu bil-leukemia u lymphoma f’dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm minn dawn fiequ kompletament, kemm mietu u kemm għadhom qegħdin jieħdu l-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu t-total ta’ persuni li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minn dawn huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 9612.
B’referenza għall-proġett tax-Xatt tal-Kalkara, peress li hemm l-għajdut li l-proġett se jieqaf għas-sajf, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta se tinfetaħ it-triq li mix-Xatt tagħti għall-Mina tal-Kalkara;
b. minn meta sa meta se jieqaf ix-xogħol;
ċ. liema partijiet se jkunu aċċessibbli għall-pubbliku u t-traffiku u liema le; u
d. peress li se jieqaf ix-xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett hux se jkun komplut sal-aħħar tas-sena 2023 jew hux se jerġa’ jipposponi d-data, peress li oriġinarjament kellu jkun lest qabel dan is-sajf ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mhux minnu li x-xogħol fuq dan il-proġett ser jieqaf fis-sajf.
Dwar ix-xogħlijiet, nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-twegibiet li tajt ftit ġimgħat ilu għall-Mistoqsijiet Parlamentari 8275 u 8273. Ma nbidel xejn minn dak li ntqal dakinhar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tqassmux Welfare hampers lill-anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern, inkluż ir-Residenza San Vinċenż De Paul, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jekk le, għaliex twaqqfu? Jekk iva, min kien/u l-fornitur/i? Kemm tqassmu hampers kull darba? Kemm-il darba tqassmu tul kull sena partikolari, sena b’sena? Kemm sewa kull hamper? Fiex kien jikkonsisti kull hamper? Kif intgħażlu l-fornituri, jekk hux b’tender jew modi oħrajn?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-hampers lill-anzjani f’San Vinċenz de Paul baqgħu jitqassmu mill-Welfare Committee f’okkażjonijiet annwali bħal Jum l-Omm, Jum il-Missier u l-Milied.
Ninsab infurmat biex l-Onor. Interpellanta tirreferri għall-Ministeru li taħtu taqa’ r-responsabbilità tal-Welfare Committee biex tingħata l-informazzjoni l-oħra mitluba.
B’referenza għaċ-ċekkijiet imqassmin għar-rifużjoni tat-taxxa kif ukoll peress li bid-deċiżjoni tal-Gvern pensjonanti li ma jaħdmux iżda għal raġuni jew oħra jħallsu t-taxxa, huma esklużi minn din il-miżura, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġaladarba dan iċ-cheque huwa għall-skop ta’ rifużjoni ta’ taxxa, għandux ikun eleġibbli għalih kull min iħallas it-taxxa, irrelevanti jekk hux pensjonant jew jaħdimx? Jista’ jgħid jekk din hijiex diskriminazzjoni bejn persuna u oħra peress li t-tnejn li huma jħallsu t-taxxa? Jista’ l-Ministru jirrevedi din id-deċiżjoni sabiex miċ-cheque li jmiss, kull min iħallas it-taxxa jieħu rifużjoni, irrelevanti minn fejn ġej id-dħul tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-iskop ta’ din il-miżura huwa simili ta’ negative income tax. L-għan ikun dak li min jaqla’ l-inqas jiġi megħjun l-aktar. Il-miżura dejjem kienet intenzjonata bħala parti mill-pakkett ta’ making-work-pay policies.
Bormla – Dar tal-Anzjani – infiq ta’ flus f’miljoramenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’miljoramenti fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, sena b’sena, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tista’ tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9232 (Seduta Nru 128 tat-30 ta’ Mejju 2023) għall-informazzjoni mitluba għall-perjodu 2019 sal-2023.
Informazzjoni dwar il-perjodu 2013 sal-2018 ma tistax tingħata minħabba li bdiet tintuża sistema ġdida taż-żamma tal-informazzjoni msejħa CFMS, fejn għad ma ġietx inkorporata fiha l-informazzjoni tas-snin qabel l-2018 meta kienet tintuża sistema differenti magħrufa bħala DAS.
B’referenza għall-għeluq tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jgħid qabel ma ħareġ l-istqarrija fejn ħabbar li se tingħalaq din id-Dar, jekk il-Kunsill ta’ Bormla qattx kien ikkonsultat dwar dan jew tal-inqas ġiex uffiċjalment informat? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġie kkonsultat/informat u kif, jekk hux permezz ta’ laqgħat, jekk hux b’korrispondenza uffiċjali jew b’xi forma oħra? Jista’ jagħti d-data/i meta seħħet din il-konsultazzjoni/informazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li jien ma ħriġt ebda stqarrija fis-sens indikat mill-istess Onor. Interpellanta.
B’referenza għall-għeluq tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jgħid qabel ma ħareġ l-istqarrija fejn ħabbar li se tingħalaq din id-Dar, jekk il-Kunsill ta’ Bormla qattx kien ikkonsultat dwar dan jew tal-inqas ġiex uffiċjalment informat? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġie kkonsultat/informat u kif, jekk hux permezz ta’ laqgħat, jekk hux b’korrispondenza uffiċjali jew b’xi forma oħra? Jista’ jagħti d-data/i meta seħħet din il-konsultazzjoni/informazzjoni?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tħabbira li se jsir xogħol estensiv biex din id-dar tkun waħda li tilħaq il-livelli tal-lum, kienet meħtieġa fl-interess tar-residenti ta’ din id-dar li jixriqilhom li jgħixu f’ambjent sigur u ta’ livell għoli.
Il-Gvern iħoss li jkun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura b’nuqqas serju ta’ standards u f’periklu ċar ta’ sigurtà.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ġimgħat sar kuntatt mas-Sindku tal-lokalità ta’ Bormla, u saret ukoll laqgħa li għaliha kienu mistiedna s-Sindki tal-Kottonera.
B’referenza għad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti rġiel u nisa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X’inhi l-età tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dar tal-Anzjani ta’ Bormla hemm 93 mara li l-età tagħhom tvarja bejn il-56 u 102 sena, filwaqt li rġiel hemm 35, li l-età tagħhom tvarja bejn l-54 u 98 sena.
Iż-żewġ residenti li huma iżgħar minn 60 sena għandhom diżabilità u daħlu jgħixu fid-dar ta’ Bormla għax ma setgħux jgħixu waħedhom id-dar wara li mietu l-kustodji tagħhom.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li d-deċiżjoni dwar l-għeluq tad-Dar ta’ Bormla ttieħdet wara li ġew ikkunsidrati l-fatturi kollha inklużi l-linji gwida maħruġa mill-Awtorità tal-Istandards u Ħarsien Soċjali. Ir-residenti ta’ din id-dar jixirqilhom ambjent aħjar għal ħajja aħjar u huwa għalhekk li ser tingħalaq għal rinovar estensiv.
Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura b’livelli inferjuri ta’ konkos.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa r-rinovar tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-figura tkun tista’ tingħata wara li tiġi aġġudikata s-sejħa għall-offerti għar-rinnovar tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li dak kollu li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jagħmel hu għax l-anzjani residenti jixirqilhom ħafna aħjar u sabiex ma jibqgħux ikunu akkomodati f’residenza li ma tilħaqx il-livelli xierqa.
Il-Gvern iħoss li, wisq aktar minn hekk, ikun irresponsabbli kemm-il darba jippermetti li xi ħadd taħt ir-responsabbiltà tiegħu jgħix fi struttura b’livelli inferjuri ta’ konkos.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7767 dwar tiswija tal-culverts fi Triq Hompesch li hija t-triq prinċipali tal-Fgura, minkejja li l-Ministru fis-17 ta’ April 2023 wiegħed li x-xogħol se jibda fil-ġimgħat li ġejjin u sal-lum għadu ma bediex, jista’ jgħid meta huwa ppjanat li jibda u jintemm dan ix-xogħol? Peress li fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju se tkun iċċelebrata l-festa tal-parroċċa fejn it-triq tkun magħluqa u ovvjament jgħaddu n-nies mit-triq, u peress li l-pjanċi temporanji li hemm bħalissa żgur se jkunu ta’ periklu għan-nies għaliex faċilment jistgħu jaqgħu fihom, f’każ li jweġġa’ xi ħadd min se jkun responsabbli, il-Gvern, il-kuntrattur jew xi entità oħra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru qed tagħmel l-almu tagħha biex tikkoordina bl-aħjar mod dawn ix-xogħlijiet previsti flimkien mal-kuntrattur, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti kollha, il-partijiet interessati u n-negozji sabiex tara t-tlestija b’suċċess tax-xogħlijiet ta’ tiswija maħsuba filwaqt li jkun hemm l-inqas tfixkil possibbli u b’miżuri siguri fit-toroq kollha, għal utenti u attivitajiet kummerċjali fiż-żona.
Sadanittant aħna se niżguraw li s-setup temporanju magħmul minn pjanċi tal-azzar ma joħloqx periklu għall-attivitajiet li ġejjin.