Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu / Kalkara — Yacht Marina - Konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Birgu dwar dak li ssemma bħala Yacht Marina f’Kalkara Creek (fid-daħla bejn il-Birgu u l-Kalkara) u jekk iva, meta saret din il-konsultazzjoni u fiex kienet tikkonsisti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu illi l-Kunsill Lokali tal-Birgu kien ikkonsultat minn Transport Malta dwar l-organizazzjoni tal-mażżri fl-istess żona u kif ukoll sabiex l-istess mażżri jiġu regolarizzati u b'hekk kollox ikun skont il-liġi.

Birgu / Kalkara — Yacht Marina - Konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara dwar dak li ssemma bħala Yacht Marina f’Kalkara Creek (fid-daħla bejn il-Birgu u l-Kalkara) u jekk iva, meta saret din il-konsultazzjoni u fiex kienet tikkonsisti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li saru diskussjonijiet ma’ Transport Malta dwar l-organizzazzjoni tal-mażżri.

Fgura — Skola Primarja A u B - Kopji tad-dokumenti tal-Offerti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13966 fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull dokument tal-offerta, kemm jekk tender u anke jekk kwotazzjoni, li ġew ippubblikati f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Primarja Fgura – Palk tas-Sala Prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13968 u jikkonferma li l-palk tas-Sala tal-Iskola Primarja A/B tal-Fgura huwa sigur (safe) sabiex jintuża skont il-bżonn tal-iskola? Jista’ jgħid ukoll x’manutenzjoni saret fuq dan il-palk f’dawn l-aħħar għaxar snin u jipprovdi ċertifikazzjoni riċenti mingħand persuna awtorizzata u kompetenti fejn jiddikjara li dan il-palk huwa sigur (safe) sabiex jintuża u jitilgħu fuqu t-tfal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar għaxar snin, bħas-snin kollha ta’ qabel saru l-manutenzjonijiet neċessarji fiż-żewġ skejjel primarji tal-Fgura.

Skola Primarja tal-Fgura — Attendenza Breakfast Club

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13969 u jgħid kemm studenti jattendu kuljum għall-Breakfast Club fl-iskejjel A/B tal-Fgura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din is-sena skolastika s’issa hemm total ta’ 361 student li rreġistraw għall-breakfast club fl-iskejjel msemmija.

Skola Primarja tal-Fgura — Faċilitajiet Breakfast Club

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13970 u jgħid x’faċilitajiet hemm fl-Iskola Primarja A/B tal-Fgura bħal kċina u faċilitajiet oħrajn relattivi għal dawk l-istudenti li jattendu l-Breakfast Club? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex minnu li dawn l-istudenti, peress li m’għandhomx fejn jieklu, qed jittieħdu jieklu fil-Gym tal-Iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel imsemmija s-servizz tal-Breakfast Club huwa fuq sistema ta’ Grab and Go. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li flimkien mal-edukaturi, l-istudenti jmorru fi klassijiet apposta sabiex jieklu u kif ukoll jieħdu sehem f’logħob interattiv jew f’attivitajiet oħra sakemm isir il-ħin li tibda’ l-iskola.

Skola Primarja A Fgura – Tenders u kwotazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm ħarġu tenders / kwotazzjonijiet marbuta ma’ xogħlijiet fl-Iskola Primarja A tal-Fgura u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull dokument tal-offerta kemm jekk tender u anke jekk kwotazzjoni li ġew ppubblikati f’dan iż-żmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi kien hemm total ta’ 24 tender/kwotazzjoni fl-iskejjel Primarja A u B tal-Fgura.

Skola Primarja B Fgura – Tenders u kwotazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm ħarġu tenders / kwotazzjonijiet marbuta ma’ xogħlijiet fl-Iskola Primarja B tal-Fgura u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull dokument tal-offerta kemm jekk tender u anke jekk kwotazzjoni li ġew ppubblikati f’dan iż-żmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13966.

Skola Primarja Fgura – Palk tas-Sala Prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-palk tas-Sala tal-Iskola Primarja A/B tal-Fgura huwa sigur (safe) sabiex jintuża skont il-bżonn tal-iskola? Jista’ jgħid ukoll x’manutenzjoni saret fuq dan il-palk f’dawn l-aħħar għaxar snin u jipprovdi ċertifikazzjoni riċenti mingħand persuna awtorizzata u kompetenti fejn jiddikjara li dan il-palk huwa sigur (safe) sabiex jintuża u jitilgħu fuqu t-tfal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skola Primarja tal-Fgura — Faċilitajiet Breakfast Club

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’faċilitajiet hemm fl-Iskola Primarja A/B tal-Fgura bħal kċina u faċilitajiet oħrajn relattivi għal dawk l-istudenti li jattendu l-Breakfast Club? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex minnu li dawn l-istudenti peress li m’għandhomx fejn jieklu, qed jittieħdu jieklu fil-Gym tal-Iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Xatt tal-Kalkara — Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tax-Xatt tal-Kalkara? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett huwiex ser jintemm kompletament sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8275.

Applikazzjoni għal reserved parking tad-diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal reserved parking tad-diżabilità tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li din l-applikazzjoni ilha pendenti ħafna xhur? Jista’ xi ħadd mill-entità responsabbli jagħmel kuntatt mal-applikanta u tal-inqas jinfurmaha fiex waslet l-applikazzjoni tagħha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet kuntatt mal-persuna li isimha ntbagħat separatament u ġiet infurmata li l-applikazzjoni tagħha ġiet ipproċessata u approvata u fil-jiem li ġejjin ser isir ix-xogħol għall-parkeġġ riservat.

Il-Fgura – Triq il-Liedna k/m Triq il-Ġiżi – Arblu tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li arblu tad-dawl, li jinsab fi Triq il-Liedna kantuniera ma’ Triq il-Ġiżi, ġewwa l-Fgura, u li ma fadallu ebda funzjoni, għadu ma nqalax minkejja li l-applikazzjoni għall-qlugħ ilha li saret minn Frar li għadda? Tista’ tgħid ukoll meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-arblu indikat ser jitneħħa, bħalma jiġri normalment, hekk kif riċentement tneħħew l-aħħar servizzi li kien għadhom qed jagħmlu użu mill-istess arblu.

Kawżi pendenti fil-qrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qrati ta' Malta u Għawdex? Liema hija l-aktar kawża li ilha pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sa’ Settembru 2023.

Qrati — kawżi deċiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġiet deċiża fil-Qrati ta' Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar 15-il sena, sena b' sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Qrati — multi imposti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta’ multi li ġew imposti mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex f’dawn l-aħħar 15-il sena, sena b’sena, u kemm minn dawn tħallsu? Kemm hu l-ammont totali li huwa pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Qrati — ħlas ta’ manteniment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li suppost qed iħallsu l-mantiniment u talli mhux iħallsu l-manteniment qed jeħlu multa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020 kien hemm 4 persuni li ġew ikkundannati multa għal nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment, fl-2021 kien hemm 4 u fl-2022 kien hemm persuna waħda.

Wied il-Għajn — Triq Sant’Anna - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet tant meħtieġa fi Triq Sant’Anna, f'Wied il-Għajn, peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta li qiegħda taħdem mal-Kunsilli Lokali u x-xogħol tat-toroq jiġi allokkat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom. Ninsab infurmat li Infrastructure Malta u l-kunsilli lokali ta' Marsaskala għaddejjin b’diskussjonijiet dwar ix xoghol tat-toroq li jrid jigi allokat.

Għajnuna finanzjarja mill-UE għal Malta fi żmien il-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet għajnuna finanzjarja Malta mingħand l-Unjoni Ewropea biex tikkumbatti l-COVID-19? X’forma ta’ għajnuna oħra ħadet, apparti dik finanzjarja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 679. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi apparti dak li diġà ġie spjegat, kien hemm ukoll madwar €19-il miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali allokati għal spiża relatata direttament mal-pandemija u €11.1-il miljun mir-REACT-EU allokati għal spiża sabiex jinxtara apparat mediku għar-reżiljenza fis-sistema tal-kura tas-saħħa.