Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mogħtija permessi lil nies barranin biex jaħdmu f’Malta u f’Għawdex fl-aħħar 15-il sena, sena b’sena? Ta’ liema nazzjonalità kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Fondi Ewropej 2014-2021 – Proġetti li tlestew sal-2021
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm proġetti rnexxilhom jingħalqu kompletament sal-2021 li ġew iffinanzjati mill-pakkett ta’ Fondi Ewropej għall-perjodu 2014-2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-perjodu ta’ programmar li għadu kif għalaq nirreferu għalih bħala perjodu ta’ programmar 2014-2020. Il-fondi allokati għal dan il-programm jaqgħu taħt qafas hekk imsejjaħ N+3. Dan ifisser li fondi kommessi fis-sena ta’ referenza ‘N’ iridu jiġu minfuqa sa tlett snin wara i.e. N+3.
Fondi Ewropej 2014-2021 – Proġetti li tlestew sal-2023
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm proġetti rnexxilhom jingħalqu kompletament saż-żmien estiż sa Diċembru 2023 li ħa jiġu ffinanzjati mill-pakkett ta’ Fondi Ewropej għall-perjodu 2014-2021?
Fondi Ewropej 2014-2021 – Proġetti li ma tlestewx sal-2023
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm proġetti ma laħqux tlestew saż-żmien stipulat jew anke sal-estensjoni ta’ Diċembru 2023?
Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn il-proġetti u kemm kellu Fondi Ewropej marbuta miegħu kull proġett?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li ġew approvati taħt il-perjodu ta’ programmar 2014-2020, setgħu jibqgħu jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2023. Matul dan il-perjodu, Malta se tkun qiegħda tuża l-allokazzjoni ta’ fondi sħiħa li ngħatat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm intilfu fondi Ewropej mill-pakkett ta’ Fondi Ewropej għall-perjodu 2014-2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu ta’ dan l-ipprogrammar, Malta se tkun qiegħda tuża l-allokazzjoni ta’ fondi sħiħa li ngħatat.
Fondi Ewropej 2014-2021 – Proġetti li ma tlestewx sal-2023 – Fondi mitlufa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm intilfu fondi Ewropej mill-pakkett ta’ Fondi Ewropej tal-perjodu 2014-2021 minħabba li proġetti ma ngħalqux kompletament sa Diċembru 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14581.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-telephone box ta’ Żmien l-Ingliżi li kien hemm fix-Xatt tal-Kalkara hijiex ser terġa’ teħel fil-post fejn kienet jew fil-viċinanzi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-telephone box li qed issir riferenza għaliha ser tiġi rranġata. Filwaqt li m’hemm xejn x’jimpedixxi milli din terġa teħel fil-pjazza, hemm kommunikazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara biex jiġi identifikat fejn din tista’ tkun ta’ l-aħjar użu għall-komunità tal-Kalkara.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn meta nqagħlet it-telephone box ta’ Żmien l-Ingliżi sal-lum, sarx xi restawr jew xogħlijiet oħrajn fuq din il-booth? Jekk iva, x’tip ta xogħol sar u jekk le, hemmx ippjanat li jsir xi tip ta’ restawr fuqha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14252.
Ħal Tarxien — Pjazza ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali ta’ Ħal Tarxien? Jista’ wkoll jikkonferma li dan ix-xogħol kellu jibda wara li għaddiet il-festa tad-Duttrina f’Lulju 2023 u s’issa għadu ma sar xejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dan il-progett jinsab fil-fażi ta’ konsultazzjoni u abbozzar biex ikun ippjanat b’mod komplut. Malli l-fażi tad-diżinn dettaljat jitlesta, tkun ippublikata sejħa għall-offerti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx pjanijiet li ssir Yacht Marina bejn il-Kalkara u l-Birgu proprju fiż-żona msejħa Kalkara Creek, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u/jew dokumenti oħrajn li jeżistu dwar dan il-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda ħsieb li tiġi żviluppata xi Marina oħra f’din iż-żona msemmija. Bħalma diġà ġie spjegat f’okkażjonijiet oħra, l-uniku Marina li hemm u li se jkun hemm fid-daħla tal-Kalkara hi dik preżenti.
Fl-istess waqt ninnota li hemm ippjanat proġett għar-riorganizzazzjoni tal-mażżri u bagi f’dawn l-inħawi, sabiex titjieb l-estetika taż-żona kif ukoll li l-ispazju jintuża aħjar filwaqt li jinħolqu spazji ġodda għal aktar irmiġġi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jagħti r-raġunijiet għalfejn il-kuntratt tal-Eks CEO tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta (SEM), li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġiex imġedded?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-raġuni għaliex il-kuntratt tal-Eks CEO tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) ma ġiex imġedded hija li ma kienx hemm qbil bejn il-partijiet fuq il-kundizzjonijiet tal-imsemmi kuntratt.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid x’kien il-pakkett finanzjarju tal-Eks CEO tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pakkett finanzjarju tal-Eks CEO tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta, skont il-kuntratt iffirmat fl-1 ta’ Frar 2020.
Attachments:PQ 14259 - Employment Contract of Ms.Mandy Falzon.pdf
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid jekk il-proġett tal-Flyovers tal-Marsa, li parti minnu saret minn Fondi Ewropej, hux qed jiġi investigat mill-Uffiċċju Indipendenti tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Unjoni Ewropea (EPPO)? Jista’ jgħid ukoll fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Unjoni Ewropea (EPPO) huwa korp indipendenti tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, l-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru m’għandux l-informazzjoni li qed tiġi mitluba.
Apparti l-proġett tal-flyovers tal-Marsa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u jgħid jekk hemmx proġetti oħrajn li saru jew qegħdin isiru b’fondi tal-Unjoni Ewropea u li qed jiġu investigati mill-Uffiċċju Indipendenti tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Unjoni Ewropea (EPPO) jew xi aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, liema huma dawn il-proġetti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14261.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm Malta bbenefikat mill-EU Centralized Funds bejn l-2014 u l-2020, maqsuma sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Fondi Ċentralizzati huma ġestiti direttament mill-Kummissjoni Ewropeja mingħajr l-involviment tal-Istat Membru. Għaldaqstant, il-Ministeru responsabbli mill-Fondi Ewropej ma jistax jipprovdi din l-informazzjoni.
Il-Birgu — Proġett fil-Pjazza Prinċipali - Xogħlijiet
Question
B’referenza għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fil-Pjazza tal-Birgu, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitlesta l-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li riċentament ġiet ippublikata sejħa għall-offerti, u x-xogħol hu previst li jiġi konkluż għall-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn klassijiet f’kull skola ta’ Malta u Għawdex li għandhom iktar minn 18-il student li m'għandhomx 'class aid'?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-class aid jingħata lil kull skola skont in-numru ta’ studenti fil-klassi permezz tal-Class Support LSEs. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li dan is-servizz qed ikun introdott sena b’sena, u għas-sena skolastika li qegħdin fiha, klassijiet eliġibbli mill-Kinder 1 sat-Tielet Sena tal-Primarja huma ntitolati għal tali servizz.
B’referenza għall-Baġit għas-sena 2024, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser tkun in-nefqa ppjanata għal din is-sena f’termini ta’ persentaġġ u li għaliha ser jagħmlu tajjeb fondi Ewropej?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-baġit għas-sena 2024, minn nefqa kapitali totali ta’ €904,515,000, huwa stmat li s-somma ta’ €182,570,000, jew 20.2%, se jkunu iffinanzjati minn fondi Ewropej.