Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15229 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jgħid kemm hawn industiji/kumpaniji li jħallsu 35% taxxa fuq il-profitt? Kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji? X’inhu l-ammont ta’ taxxa li tħallset minn dawn il-kumpaniji sena b’sena għal dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Ħaddiema barranin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15234 u jgħid kemm hemm barranin jaħdmu ma’ dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed minnhom? F’liema entità qed jaħdmu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 15235 u jgħid kemm pazjenti attendew il-GU clinic sena b’sena fl-aħħar għaxar snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-GU Clinic, in-numru ta’ attendenzi (visti mat-tabib) fil-GU Clinic ta’ Malta mis-sena 2013 sas-sena 2023 huwa kif ġej
Year
Attendenza
2013
3035
2014
1687
2015
3969
2016
5428
2017
5864
2018
6255
2019
6399
2020
4113
2021
6516
2022
6483
2023
7280
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tal-gaming għalqet minn mindu twaqqfet il-liġi dwar il-gaming? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tispecifika xi trid tfisser meta tgħid Kumpaniji li għalqu u kumpanija tal-gaming.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta ġie stabbilit il-Malta Shipping Registry, kemm kien in-numru ta’ reġistrazzjonijiet sena b’sena sal-aħħar tas-sena 2023? Kemm kien it-tunnellaġġ totali tal-vapuri reġistrati kull sena, sena b’sena? Kemm kien id-dħul minn dawn ir-reġistrazzjonijiet sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġistru tal-Bastimenti Merkantili ġie istitwit fis-sena 1973. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tirrapreżenta l-figuri fl-aħħar ta' kull sena, mis-sena 1973 sas-sena 2023 u li turi n-numru ta' reġistrazzjonijiet għal kull sena u t-tunellaġġ totali tal-vapuri reġistrati.
Attachments:Copy of Data for Ships registered under Merchant Shipping Act.pdf
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Ħaddiema barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm barranin jaħdmu ma’ dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed minnhom? F’liema entità qed jaħdmu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm min-nies li marru l-GU clinic ġew diagnosed pożittivi? Kemm minn dawn ġew pożittivi għall-HIV, Herpes, chlamydia, gonorrhoea, syphilis, trichomoniasis u HPV? Jista’ jagħti l-informazzjoni marda b’marda?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ sussidji li ngħataw mill-Gvern lill-kumpaniji Arriva u Auto Busss Urbanos de Leon minn mindu bdew joperaw sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, l-operatur tat-trasport pubbliku tħallas l-ammont ta’ €41,830,322.40 bħala Public Service Obligation. Ghas-sena 2022 nirreferi lil Onor. Interpellant ghal Mistoqsija Parlamentari Numru 5721. Nirreferi ukoll l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3683 ghas snin bejn 2015 u 2021.
Nirreferi ukoll għar-risposta ta’ Mistoqsija Parlamentari li saret fl-2016 bin-Numru 28413 ghas-snin 2012 sa 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-telf li għamlet il-Malta Dockyard fl-aħħar ħames snin qabel ma għalqet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-telf li għamlet il-Malta Shipyards Ltd fl-aħħar ħames snin qabel ma ġiet ipprivatizzata kien dan li ġej:-
2006Liri Maltin -3,160,296
2007Liri Maltin -13,880,535
2008Euro-22,305,709
2009Euro-13,075,640
2010 (up to 26.07.10)Euro-4,054,687
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu full-time u part-time mal-Gvern b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
a. ’il fuq minn 65 sena;
b. ’il fuq minn 70 sena; u
ċ. ’il fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm dawn l-persuni kif ġejjin:
’il fuq minn 65 sena
3
’il fuq minn 70 sena
6
’il fuq minn 80 sena
1
Kumpaniji u Industriji barranin li jgwadu minn taxxa ta’ 5%
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn industriji u kumpaniji barranin li qegħdin igawdu mit-taxxa ta’ 5% (wara li jiġu rifużi 30% mit-taxxa li jħallsu)? Kemm huwa l-ammont totali ta’ taxxa li tħallset minnhom, sena b’sena fl-aħħar 15-il sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn industiji/kumpaniji li jħallsu 35% taxxa fuq il-profitt? Kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji? X’inhu l-ammont ta’ taxxa li tħallset minn dawn il-kumpaniji sena b’sena għal dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta bdiet topera l-liġi dwar il-gaming companies, kemm kien hawn kumpaniji tal-gaming sena b’sena u kemm minnhom kienu Maltin? Kemm huwa l-ammont ta’ taxxa li ħallsu mill-profitt kull sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-domanda għandha tkun iktar speċifika u ċara, u jiġi speċifikat x’wiehed jifhem meta jgħid kumpanija Maltija u għal liema tip ta’ taxxa wieħed qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn carers reġistrati li jieħdu ħsieb u joqogħdu ma’ anzjani/ morda fid-djar tagħhom? Kemm minn dawn human barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont il-formoli tal-bidu ta’ l-impjieg li tirċievi Jobsplus, in-numru ta’ Care Workers, Personal (Home-Based) li jaħdmu fis-settur tal-attivitajiet ta' persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu persunal domestiku 97.0 (Activities of households as employers of domestic personnel), fl-aħħar t’Awwissu 2023 kien ta’ 305. Minnhom kien hemm 281 li huma barranin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema barranin li kienu qegħdin jaħdmu f’Malta f’dawn l-aħħar 13-il sena, sena b’sena? F’liema industriji/kumpaniji kienu qegħdin jaħdmu (eż. Catering, saħħa, eċċ.)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex fl-aħħar 30 sena, sena b’sena? Kemm minn dawn it-trabi twieldu minn nisa barranin fl-istess snin, sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni li għandu l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tmur lura sal-1996, jiġifieri ftit anqas minn dak mitlub. Mill-2006 kien hemm bidla fid-definizzjoni ‘tat-twelidiet ħajjin’; fil-lista, hemm mehmuza nota addizzjonali dwar dan. Informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza ta' persuni li welldu hija disponibbli mill-2007 ’il quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid minn mindu daħal id-divorzju f’Malta, kemm persuni ddivorzjaw sena b’sena? Fl-istess perjodu, kemm ġew reġistrati separazzjonijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-17 ta’ Jannar 2024.