Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jaħdmu full-time jew part-time ma’ dan il-Ministeru b’kuntratt jew bħala Persons of Trust jew Advisors jew Experts huma kif ġej:
Impjegati
'il fuq minn 65 sena
'il fuq minn 70 sena
'il fuq minn 80 sena
Full Time
4 fuq kuntratt ta’ Person of trust
1 fuq kuntratt ta’ Konslu
3 fuq kuntratt ta’ Ambaxxatur
1 fuq kuntratt ta’ Person of Trust
1 fuq kuntratt ta’ Advisor
2 fuq kuntratt ta’ Policy Consultant
Part Time
1 fuq kuntratt bħala Advisor
1 fuq kuntratt bħala Expert
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher hawn taħt:
- 3 impjegati fuq kuntratt full-time li għandhom ‘l fuq minn 65 sena
- 2 impjegati fuq kuntratt part-time li għandhom ‘l fuq minn 65 sena
- Impjegati wieħed fuq kuntratt full-time li għandhu ‘l fuq minn 70 sena; u
- 5 impjegati fuq kuntratt part-time li għandhom ‘l fuq minn 70 sena.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tieghi hemm 2 persuni ’l fuq minn 65 sena u 1 ’l fuq minn 70 sena li jaħdmu full-time jew part-time, b’kuntratt, bħala Persons of Trust, Advisors jew Experts.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10979, jista’ Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet totali tal-kanċer mit-twelid sa 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq għal kull sena matul dawn l-aħħar 15-il sena?
Jista’ jgħid ukoll:
i. Kemm mietu kull sena?
ii. Kemm kienet in-nefqa totali għall-kura tal-kanċer kull sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet sabiex jissewwew il-ħsarat u x-xogħol li sar ħażin fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibda dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix xogħol fuq it triq tal pjazza ta’ Raħal Ġdid mhux talli beda talli wasal biex jitlesta. Hekk kif assumejt ir-rwol il-ġdid tiegħi ftit tal-ġimgħat ilu, rajt illi jiġu intensifikati u konklu¿i id- diskussjonijiet illi kienu bdew bejn l- awtoritajiet ikkonċernati. Ovvjament se nieħdu l-opportunita’ biex nkomplu naħdmu biex intejbu d-dehra u se nkomplu ninvestu f’dan iċ-ċentru li huwa għal qalb ta’ ħafna nies.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża sabiex tissewwa l-ħsara li hemm fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Infrastructure Malta allokat budget ta’ 750,000 euro għal din is-sena biex ikunu jistgħu jsiru interventi ta’ titjib u tisbieħ fil-pjazza Ta’ Raħal Ġdid.
B’referenza għall-proġett hekk imsejjaħ ta’ tisbiħ tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-kuntratturi tħallsux kollha? Jista’ jgħid ukoll kemm inżammu flus għal xogħol ħażin li sar?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid mal-Gvern jew entitajiet oħrajn dwar il-problemi ta’ xogħlijiet ħżiena fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll:
i. Meta saru dawn il-laqgħat (dati)?
ii. Ma’ min kienu dawn il-laqgħat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li saru diversi laqgħat fosthom ma’ ufiċċjali minn Infrastructure Malta u Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li tinħoloq rotta ġdida għall-Fgura li tkun titlaq mill-Belt Valletta sal-Mina ta’ Hompesch u ddur lura lejn il-Belt Valletta?
Jista’ dan is-servizz jibda tal-inqas jingħata matul il-ġimgħa bejn is-6.00 a.m. u 9.00 a.m. u bejn 4.00 p.m. u 7.00 p.m. peress li f’dawn il-ħinijiet ikun hemm ħafna nies sejrin u ġejjin b’mod partikolari lejn u mix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Settembru 2023, wara stħarriġ fuq il-frekwenzi fl-użu ta’ bus stops ġewwa l-Fgura, żdiedu il-frekwenzi tar-rotot 91 u 92 lejn il-Belt Valletta.
Madanakollu, inżid li qed tittieħed nota ta’ dan is-suġġeriment u għaldaqstant, ser isir aktar stħarriġ fl-istess lokalità sabiex jiġi determinat jekk dawn iż-żidiet fil-frekwenzi kienux ekwi jew hemmx bżonn ta’ aktar interventi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm marru pazjenti il-GU clinic sena b’sena għal kull sena bejn l-2013 u l-2024?
Jista’ jgħid ukoll:
i. Kemm minn dawn ġew diagnosed pożittivi sena b’sena għal kull sena minn l-2013 sal-2024?
ii. Kemm minn dawn ġew pożittivi għall-HIV, Herpes, Chlamydia, Gonorrhoea, Syphilis, Trichomoniasis u HPV u jaqsam l-informazzjoni marda, b’marda?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15597 u 15598.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex wieħed juża l-GU clinic?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-proċedura biex wieħed juża il-GU clinic hija kif ġej:
Pazjenti jistgħu jew iċemplu jew jibgħatu imejl lill-GU clinic u l-appuntament jingħata skond kif deċiż mit-triage system u allura skont l-urġenza tal-każ.
Għall-każijiet urġenti teżisti sistema walk-in fejn il-pazjenti jiġu nvistati fl-istess ġurnata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10980, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal sa 16-il sena u kemm persuni minn 16-il sena 'l fuq, li mardu bil-leukemia u lymphoma f’dawn l-aħħar 15-il sena? Jista' jg]id ukollk emm minn dawn fiequ kompletament, kemm mietu u kemm għadhom qegħdin jieħdu l-kura?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ tfal sa 16-il sena li mardu bil-leukemia bejn is-sena 2007 u s-sena 2021 kien ta’ 52. Dawn il-każi ġew segwiti u sal-31 ta’ Diċembru 2023, mietu 5 u 47 huma ħajjin.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’ tfal sa 16-il sena morda bil-lymphoma bejn is-sena 2007 u s-sena 2021 kien ta’ 22. Dawn ġew segwiti u sal-31 ta’ Diċembru 2023 u kollha huma ħajjin.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’persuni minn 16-il sena 'l fuq, li mardu bil-leukemia bejn is-sena 2007 u s-sena 2021 kien ta’ 608. Kull każ ġie segwit u sal-31 ta’ Diċembru 2023 kienu mietu 405 u 203 huma ħajjin.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’persuni minn 16-il sena 'l fuq, li mardu bil-lymphoma hu ta’ 1,600. Dawn ġew segwiti u sal- 31 ta’ Diċembru 2023, mietu 691 u huma 909 ħajjin.
Finalment, ninsab infurmat li statistika mill-2021 ’il quddiem għadha tiġi miġbura, ikkodifikata, verifikata u analiżżata.
Rigward in-numru ta’ tfal sa 16-il sena li bħalissa qed jieħdu trattament ta’ kemoterapija, hemm 13-il pazjent bil-leukemia u ebda pazjent bil-lymphoma.
Rigward in-numru ta’persuni minn 16-il sena 'l fuq li bħalissa qed jieħdu trattamenti ta’ kemoterapija, hemm 119-il pazjent bil-leukemia u 125 pazjent bil-lymphoma.
Fid-dawl li minkejja d-diversi wegħdiet tal-Gvern li l-proġett tal-Kalkara u t-toroq tal-madwar ser ikunu lesti sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 u minkejja li bdejna Frar 2024 u dan il-proġett għadu mhux lest, tista’ l-Ministru tgħid:
i. x’fadal isir f’dan il-proġett sabiex ikun kompletament lest; u
ii. meta dan il-proġett ser ikun kompletament lest?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li waqt li kien qed isir tħaffir biex jgħaddu servizzi ġodda tad-dawl, tal-ilma u tad-drenaġġ min-naħa tal-pjazza li twassal sat-tarf tat-telgħa fid-direzzjoni lejn l-Esplora, il-kuntratturi ltaqgħu ma’ diffikultajiet li kienu dovuti b’mod partikolari għal dħul kontinwu tal-ilma baħar fit-trinek li kien ġej minn taħt it-triq li nbniet fuq art li kienet riklamata mill-baħar snin ilu. Sadattant, tlestew ix-xogħlijiet ta’ natura strutturali fiż-żona tal-pjazza u t-toroq madwarha nfetħu mill-ġdid. Tħawlu wkoll siġar maturi u ġiet installata s-sistema ta’ CCTV.
Fil-jiem li ġejjin għandu jibda x-xogħol fuq l-asfaltar tat-triq il-ġdida u tkun installata sistema ta’ street lighting tul il-prominad kollu kif ukoll fil-pjazza, u anke se jiġu installati bandli ġodda. Sakemm ma jinqalgħux diffikultajiet oħrajn mhux mistennija, huwa mmirat li x-xogħol fuq dan il-proġett jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15499 dwar dewmien tal-proġett tal-Kalkara li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi fejn wieġeb biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat, jista’ l-Prim Ministru jgħid taħt liema Ministeru jaqa’ dan il-proġett?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-proġett jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda?
Jekk fl-affermattiv:
i. kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali u liema huma dawn il-proġetti;
ii. kemm hija l-istima għal kull proġett sottomess; u
iii. kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li Project Green ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-iskema Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel kwart tas-sena li għaddiet l-Aġenzija estendiet il-Park ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar b’madwar 2,000 metru kwadru. Din iż-żona tal-park saret picnic area u fiha tħawlu 250 siġra u arbuxelli kif ukoll ġew installati bankijiet magħmula b’materjal sostenibbli.
Barra minn hekk, ftit tax-xhur ilu ġewwa l-istess park infetħet l-ewwel korsa tal-ostakli pubblika. Din il-korsa mifruxa fuq medda ta’ 2,700 metru kwadru għandha 10 ostakli differenti. Il-korsa fiha sekwenza ta’ sfidi interkonnessi li huma mmirati biex irawmu s-saħħa fiżika, l-aġilità u l-kordinazzjoni.
F’Ħaż-Żabbar is-sena l-oħra saru wkoll tliet proġetti f’żoni urbani minn Greenserv, fejn ir-residenti qegħdin igawdu minn tliet żoni mħaddra li nħolqu fi Triq is-Santwarju, Triq Biċċieni u Triq Santa Duminka.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Swieqi issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda?
Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid:
i. Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali u liema huma dawn il-proġetti?
ii. Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess?
iii. Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mressqa mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi lil Project Green kienet relatata mal-iskema ta’ tħawwil ta’ siġar fejn hu ambjentalment possibbli. Filwaqt li għad iridu jiġu determinati siti li fihom possibilment jistgħu jitħawlu siġar, l-Aġenzija għamlet interventi ta’ tindif u anke tneħħew siġar invażivi minn Wied Mejxu li jagħmel parti mill-konfini ta’ din il-lokalità.