Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xatt tal-Kalkara – Proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15499 u 15817 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u ċjoè: Minkejja d-diversi wegħdiet tal-Gvern li l-proġett tax-Xatt tal-Kalkara u t-toroq tal-madwar ser ikun lest sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 u minkejja li wasalna fl-aħħar ta’ Jannar tas-sena 2024 u dan il-proġett għadu lura milli jkun lest, jista’ l-Ministru jgħid: a. x'fadal isir f'dan il-proġett sabiex ikun kompletament lest? b. meta dan il-proġett ser ikun kompletament lest?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Xatt tal-Kalkara – Proġett

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15499 u 15817 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u ċjoè: Minkejja d-diversi wegħdiet tal-Gvern li l-proġett tax-Xatt tal-Kalkara u t-toroq tal-madwar ser ikun lest sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 u minkejja li wasalna fl-aħħar ta’ Jannar tas-sena 2024 u dan il-proġett għadu lura milli jkun lest, tista’ l-Ministru tgħid: a. x'fadal isir f'dan il-proġett sabiex ikun kompletament lest? b. meta dan il-proġett ser ikun kompletament lest?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 16007, li hija l-istess mistoqsija.

Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità – Applikazzjoni ta’ individwu

Question

Peress li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ilu disa’ xhur li applika għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, jista’ l-Ministru jara fiex waslet din l-applikazzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li għaddejjin diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Aġenzija Sapport sabiex ikunu aġġornati l-policies dwar il-kriterji li għandhom jitqiesu biex persuna jkollha parkeġġ riservat personalizzat, l-applikazzjonijiet ser ikunu qedin jiġu ikkunsidrati abbażi ta’ dawn id-diskussjonijiet.

Is-Swieqi – Artijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16013 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid kemm hemm artijiet tal-Gvern fis-Swieqi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tiċċara dak li qed jintalab fil-mistoqsija.

Is-Swieqi – Spazji pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16014 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u jgħid kemm hemm spazji pubbliċi fis-Swieqi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi li stante l-fatt li t-terminu “spazji pubbliċi” huwa wiesa’ ħafna u jista’ jirreferi għall-diversi kategoriji, ikun aktar għaqli li jiġi speċifikat liema spazji pubbliċi jridu jkunu ikkwantifikati.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tagħha b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: iv. ’l fuq minn 65 sena? v. ’l fuq minn 70 sena? vi. ’l fuq minn 80 sena? Tista’ taqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bħalissa hemm sitt impjegati full-time li għandhom bejn 65 u 69 sena.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: ETAFULL-TIMEPART-TIME l fuq minn 65 sena21 l fuq minn 70 sena13 l fuq minn 80 sena00

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament fil-Ministeru hawn wiehed l’fuq minn 70 sena part time bħala person of trust u tlieta fis-Segretarjat li huma fil-medda tal-etajiet imsemmija.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għandu żewġ persuni li jaħdmu fuq bażi part-time li l-età tagħhom hija bejn il-65 u s-70 sena.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li fi ħdan il-Ministeru hemm persuna waħda li għanda ’l fuq minn 65 sena.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Full-Time Part-Time ’l fuq minn 65 sena 5 1 ’l fuq minn 70 sena / 1 ’l fuq minn 80 sena / /

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli ma hemmx persuni jaħdmu bl-etajiet indikati.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninformal lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi hemm dawn l-persuni kif indikati: ’il fuq minn 65 sena 1 ’il fuq minn 70 sena 0 ’il fuq minn 80 sena 0

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tagħha b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena? ii. ’l fuq minn 70 sena? iii. ’l fuq minn 80 sena? Tista’ taqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat hemm dawn l-persuni kif ġejjin: ’il fuq minn 65 sena 3 ’il fuq minn 70 sena 2 ’il fuq minn 80 sena Nil

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar hemm ingaġġjati dawn il-persuni - fl-irwoli indikati mill-Interpellant - skont l-etajiet kif turi din it-tabella; il fuq minn 65 sena 5 ’il fuq minn 70 sena 2 ’il fuq minn 80 sena 0

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-Ministeru, li jinkludi s-Segretarjat Parlamentari hemm 4 persuni ’l fuq minn 65 sena; 3 persuni ’l fuq minn 70 sena; u ma hemm l-ebda persuna ’l fuq minn 80 sena.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika hemm żewġ persuni li għandhom ’il fuq minn 65 sena.

Raħal Ġdid – Xogħlijiet fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar informazzjoni li għandu l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid dwar x’ser jiġri mill-ħsarat li hemm fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll: i. Għandux informazzjoni dwar x’hemm bżonn isir bħala tiswija/tiswijiet? ii. Għandux informazzjoni dwar meta ser jibdew dawn ix-xogħlijiet? iii. Għandux informazzjoni dwar kemm ser jiswew tali xogħlijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li x-xoghlijiet relattivi sabiex jiġi mibdul wiċċ it-triq diġà beda mill-entità kkonċernata.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, hemm dawn il-persuni li għandhom l-etajiet kif mitluba minnu: 'il fuq minn 65 sena 1 ’il fuq minn 70 sena 1 ’il fuq minn 80 sena -

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Ministeru, fit-totalità sħiħa tiegħu, għandu disa’ persuni li għandhom inqas minn 80 sena imma għandhom iktar minn 65 sena li jaħdmu full time jew part-time b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts. Minn dan il-grupp ta’ disa’ persuni l-etajiet huma kif ġej: 66 sena (1), 67 sena (1), 69 sena (1), 70 sena (2), 71 sena (1), 73 sena (1), 76 sena (1) u 77 sena (1). M’hemm ħadd ta’ iktar minn 80 sena. Inċidentalment nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lil dawn il-persuni tas-servizz li jwettqu, b’mod partikolari lill-persuna l-iktar anzjan minn dan il-grupp, l-espert tat-teatru Lino Farrugia, li jwettaq xogħol tajjeb ħafna f’dan il-kamp u l-kamp artistiku in ġenerali.