Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kaħwiela – Bankina ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16958 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid meta ser issir mill-ġdid il-bankina fi Triq il-Kaħwiela, f’Ħaż-Żabbar speċifikament bejn numru 39-61, hekk kif l-istat li tinsab fiha huwa perikoluż u ta’ inkonvenjent għar-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 16959.

Żgħażagħ li telqu minn Malta għal raġunijiet ta' studju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16964 u jgħid kemm żgħażagħ bejn l-età ta’ 18 u 30 sena telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju mis-sena 2013 l’hawn u kemm minn dawn irritornaw lura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont l-iskemi maħduma mit-Taqsima ta’ Boroż ta’ Studju, żgħażagħ bejn l-eta ta’ 18 u 30 sena li marru jistudjaw barra minn Malta għal raġunijiet ta’ studju bejn l-2013 u l-2023 jammonta għal 1312.

Kalkara — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16963 u jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa fl-Iskola Primarja tal-Kalkara, speċifikament fuq is-saqaf fejn hemm il-klassijiet tal-Kindergarten hekk kif l-istat li jinsab fih huwa ta’ periklu kbir għall-istudenti u għalliema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kalkara – Skola Primarja — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa fl-Iskola Primarja tal-Kalkara, speċifikament fuq is-saqaf fejn hemm il-klassijiet tal-Kindergarten hekk kif l-istat li jinsab fih huwa ta’ periklu kbir għall-istudenti u għalliema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Żgħażagħ li telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ bejn l-età ta’ 18 u 30 sena telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju mis-sena 2013 l’hawn u kemm minn dawn irritornaw lura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Żgħażagħ li telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ bejn l-età ta’ 18 u 30 sena telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju mis-sena 2013 l’hawn u kemm minn dawn irritornaw lura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NSO m’għandiex reġistru jew sors amministrattiv li jagħti informazzjoni dwar żgħażagħ li telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju.

“The UN Convention for the Child” — Liġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern inkorporax il-liġijiet ta’ “The UN Convention for the Child” bħala parti mil-liġijiet ta’ pajjiżna? Jekk ir-risposta hija le, jista’ jagħti raġuni għala dan ma seħħx?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi, l-prinċipji prinċipali tal-UNCRC fil-Kap. 602 ġiet inkorporata fil-2020.

Fgura – Vjal Kottoner — Xogħlijiet

Question

Minkejja d-diversi wegħdi li saru li fi Vjal Kottoner ser jibda x-xogħol tant meħtieġ inkluż li jitwaħħlu t-tabelli li jindikaw li l-proġett ser jibda u li dawn wara ftit reġgħu nqalgħu, jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda r-rikostruzzjoni ta’ din it-triq anke fid-dawl tal-periklu li jeżisti f’parti ta’ din it-triq proprju k/m Triq il-Gallu u Triq Mondion?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet infrastrutturali fi Vjal il-Kottoner ser jibdew wara li jintemmu x-xogħlijiet fi Triq San Tumas. Vjal il-Kottoner bħalissa qed isservi ta’ diversion u ma jkunx għaqli li jibdew ix-xogħlijiet f’din it-triq biex tiġi evitata konġestjoni tat-traffiku. Ix-xogħlijiet fi Triq San Tumas mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin u ix-xogħlijiet fi Vjal il-Kottoner mistennija jibdew ftit wara.

Fgura – Proġett tal-Ġnien tal-Foss

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-Ġnien tal-Foss li l-aċċess għalih huwa minn Triq Romano Carapecchia u minn Triq il-Foss, fil-Fgura, liema proġett ser isir minn Projects Green Malta? Tista’ wkoll telenka x-xogħlijiet li ser isiru u tippreżenta l-pjanti tal-Proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bħalissa qed isir id-disinjar ta’ dan il-proġett li se jkun finanzjat minn Fondi Ewropej. Id-disinn qed isir b’konsultazzjoni ma’ diversi għaqdiet li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ fil-lokalità, li jinkludu l-Fgura Scout Group u Fgura United Football Club. Sadanittant, qed titfassal ukoll is-sejħa għall-offerti marbuta max-xogħlijiet li jirrigwardaw dan il-proġett biex dawn jiġu pubblikati malli jinħarġu l-permessi meħtieġa.

Fgura – Triq Mahatma Ghandi – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa fi Blokk A5, Triq Mahatma Ghandi, il-Fgura? Jista’ jgħid ukoll fiex ser ikun qed jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ riġenerazzjoni fuq Blokk A5, Triq Mahatma Ghandi l-Fgura nbeda fil-bidu ta’ Frar 2024. Ix-xogħlijiet meħtieġa jikkonsistu f’xogħol fil-komun, fuq il-bjut kif ukoll manutenzjoni tal-faċċati.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kaħwiela – Bankina ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir mill-ġdid il-bankina fi Triq il-Kaħwiela, f’Ħaż-Żabbar speċifikament bejn numru 39-61, hekk kif l-istat li tinsab fiha huwa perikoluż u ta’ inkonvenjent għar-residenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kaħwiela — Bankina ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ser jagħmel mill-ġdid il-bankina fi Triq il-Kaħwiela, speċifikament bejn numru 39-61, hekk kif l-istat li tinsab fiha huwa perikoluż u ta’ inkonvenjent għar-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-parti indikata fi Triq il-Kaħwiela hija meqjusa bħala triq ġdida li għadha ma ġietx asfaltata u għaldaqstant il-bankina ma nbnietx.

Kalkara – Drenaġġ fil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu kif ukoll għad iridu jittieħdu biex tissolva l-problema tad-drenaġġ fil-baħar tax-Xatt tal-Kalkara?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li għalkemm fil-preżent id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali m’għandu l-ebda lment fir-rigward, iżda wara li saret id-domanda parlamentari, fl-4 ta’ Marzu uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali wettqu spezzjoni matul il-kosta kollha tax-Xatt tal-Kalkara li jkopri ż-żewġ naħat tax-Xatt u dan l-lment ma ġiex kkonfermat peress li ma rriżulta l-ebda żbroff tad-drenaġġ kemm fil-baħar jew fuq ix-xatt.

Kalkara – Drenaġġ fil-baħar

Question

B’referenza għad-drenaġġ li qed ikun hemm fil-baħar fix-Xatt tal-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tal-Kalkara rrapurtax lill-Awtoritajiet ikkonċernati dwar dan l-inkonvenjent? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid : a. lil liema awtorità / dipartiment irrapporta u meta? b. jekk sarux follow ups? ċ. jekk irċeviex xi feedback jew ittieħdet xi azzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li kien għadda r-rapport lil Water Service Corporation dwar dan il-likwidu li qiegħed jiskula fil-baħar. Minn stħarriġ li sar jirriżulta li din hija nixxiegħa t’ilma naturali u mhux drenaġġ.

Kalkara – Ġebel kbir li hemm fix-xatt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi sabiex jitneħħew il-ġebel kbir li hemm fix-Xatt tal-Kalkara li qed iwassal biex id-dgħajjes ma jistgħux jorbtu max-xatt hekk kif dan il-ġebel qed jikkawżalhom ħsara kbira jekk id-dgħajjes jolqot ma’ dan il-ġebel?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed nieħdu nota tagħha u ser nitkellmu mal-awtoritajiet ikkonċernati.

Studenti bi bżonnijiet speċjali li jkollhom bżonn LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dawk l-istudenti bi bżonnijiet speċjali fit-tagħlim, kemm idumu jistennew għal LSE minn wara li jiġu identifikati li għandhom bżonn l-għajnuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ huwa uniku u speċifiku.

Każijiet tal-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16020 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10979, jista’ Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet totali tal-kanċer mit-twelid sa 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq għal kull sena matul dawn l-aħħar 15-il sena? Jista’ jgħid ukoll: i. Kemm mietu kull sena? ii. Kemm kienet in-nefqa totali għall-kura tal-kanċer kull sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li n-numri ta’ persuni li mardu b’ kanċer qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid – Tisbiħ tal-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16023 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm sewa l-proġett hekk imsejjaħ ta’ tisbiħ li kien sar fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi ghat-tweġiba li ngħatat ghall-mistoqsija parlamentari 16589.

Raħal Ġdid – Tisbiħ tal-Pjazza — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16024 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u ċjoè: B’referenza għall-proġett hekk imsejjaħ ta’ tisbiħ tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-kuntratturi tħallsux kollha? Jista’ jgħid ukoll kemm inżammu flus għal xogħol ħażin li sar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta kien responsabbli għall-proġett msemmi. Il-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta kien jaqa’ taht ir-responsabbilita' ta' Ministeri varji sakemm ġie taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru de quo. Intant infurmat illi l-pagamenti li saru minn dan il-Ministeru kienu ta’: § €14,750 bħala Xogħlijiet ta’ Tiswija u Upgrades re: Pjazza Antoine de Paule - Ċertifikat tax-Xogħlijiet; § €22,688.57 bħala extra Works u § Termination Agreement ta’ €84,011.50 bħala Final Settlement tal-kuntratt CT2090/2016. Fuq nota finali, infurmat illi inżammu circa sittax fil-mija (16%) tar-retention money relatati mal-istess xogħlijiet.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Full-Time Part-Time ’l fuq minn 65 sena NIL NIL ’l fuq minn 70 sena 1 NIL ’l fuq minn 80 sena NIL NIL