Legislature:
Category:
Reset
Active:

Paola Regional Health Centre — Ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm pool ta' ambulanzi fil-Paola Regional Health Centre sabiex iservu lil-lokalitajiet tal-viċin? Jekk iva, jista’ jara li, sakemm ma jkunx strettament neċessarju, dawn l-ambulanzi ma jgħaddux minn Triq Mater Boni Consilii fil-Fgura / Paola li hija triq residenzjali dejqa sabiex ma jkunx hemm inkonvenjent għar-residenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-ambulanza li illum qeda stazzjonata quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid ħa tiġi rilokata quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Vincent Moran meta jinfetaħ. L-ambulanzi huma iggwidati min teknoloġija ta’ GPS u algorithms li jisapportjaw din is-sistema. Skond il-proċeduri operattivi is-sewwieq irid isegwi d-direzzjoni li tingħata min din is-sistema skond is-sitwazzjoni tat-traffiku ta’ dak il-ħin u l-urġenza tal-kas.

Paola Regional Health Centre – Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun jesa’ karrozzi l-parkeġġ ta' Paola Regional Health Centre? Minħabba l-problema ta' parkeġġ li teżisti fl-inħawi, huwa possibbli li toħroġ direttiva lill-ħaddiema kollha li se jkunu assenjati hemmhekk sabiex meta jkunu xogħol, jipparkjaw f'dan il-parkeġġ u b’hekk iħallu l-parkeġġ tat-triq liberu għar-residenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-parkeġġ se jkun jesa 224 post. L-impjegati li se jkunu assenjati fiċ-Ċentru Reġjonali għas-Saħħa Vincent Moran se jkollhom aċċess esklussiv biex jużaw dan il-parkeġġ ħalli ma jkunux ta’ piż fuq il-parkeġġi li hemm fiż-żona għal residenti.

Fgura – Triq l-14 ta’ Diċembru 1945 — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16970, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu l-Kunsill Lokali jitlob sabiex Triq l-14 ta’ Diċembru 1945, il-Fgura ssir mill-ġdid

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li għaddejjin taħdidiet mal-Awtoritajiet ikkonċernati.

Parkeġġi għal persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16377 li ngħatat fit-28 ta’ Frar 2024, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal parkeġġi ta’ persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid ukoll jekk sadanittant l-applikazzjonijiet pendenti humiex jiġu pproċessati jew inkella humiex kollha miżmuma?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet dwar applikazzjonijiet għal parkeġġi ta’ persuni b’diżabilita’ jinsabu avvanzati. Dawk l-applikazzjonijiet li huma konformi mal-avviż legali 174 ta’ l-2018 għadhom qed jiġu proċessati.

GU Clinic – Stennija għal appuntamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm idumu jistennew il-persuni li jitolbu appuntament għall-GU Clinic minn meta japplikaw sa meta jingħataw l-appuntament? Jista’ jgħid ukoll dawk li applikaw f’Diċembru 2023 u f’Jannar u Frar 2024 kemm damu jistennew sabiex ingħataw appuntament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16018.

Fgura – Triq Mahatma Ghandi – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16957 dwar xogħlijiet fi Blokk A5, Triq Mahatma Ghandi, il-Fgura, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Blokk A5 il-Fgura huwa previst li jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju 2024 skont il-programm ta’ xogħlijiet.

Kunsill Lokali Xgħajra – Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra qattx applika għal fondi Ewropej f’dawn l-aħħar 20 sena? Jekk iva, għal-liema fondi applika u minn kemm fondi bbenefika? Jekk le, għaliex qatt ma ħass il-ħtieġa li japplika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li sad-data tad-deadline intern ma ġietx l-informazzjoni kollha rikjesta.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – Spiża fuq manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol s’issa li sar bħala manutenzjoni fil-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid (Paola)? Jista’ jgħid ukoll x’jonqos jiġi rranġat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ix-xogħolijiet riċenti kienu jinkludu - · Tneħħija ta’ pavimentar u kxif tal-art tal-konkos ta’ taħt il-karregjata ewlenija biex saret bl-asfalt. · Formazzjoni ta’ travi tal-konkos biex izommu fil-post l-porzjon tal-pavimentar li nżamm. · Formazzjoni tal-parkeġġi u spazju ta’ ‘bus lay-by’ b’konkos mwitti bi żrar espost. · Tqaxxir u tibdil għall-wiċċ ġdid t’asfalt flok eżistenti, fil-konfini li jmissu mal-pjazza. · Sinjali tat-toroq · Bdil ta’ sistema ta’ belishia lights, u dwal eżistenti. Dan l-intervent ġie jiswa madwar €480,000 (exc VAT).

Karozzi tal-linja li ma waqfux

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ April 2024 u t-12 ta’ April 2024 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa) bejn il-ħinijiet tas-6.00am u 9.00am, kemm-il karrozza tal-linja ma waqfitx fuq l-istage (bus stop) għaliex kienet mimlija bil-passiġġieri? Jista’ jaqsam l-informazzjoni ġurnata b’ġurnata u liema stage/s ġew affettwati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta ma tiġborx statistika dwar kemm-il darba karrozza tal-linja ma tieqafx fuq bus stop għax tkun mimlija bil-passiġġieri. Madanakollu, qatt ma ġew irrappurtati kazijiet fejn bus stops ġew maqbuża ripetutament.

Ix-Xgħajra – Reklamazzjoni tal-Art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex issir reklamazzjoni tal-art fix-Xgħajra? Jekk iva, x’jinkludu dawn il-proġetti u xi ħsibijiet hemm fuqhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda pjan ta’ żvilupp approvat taħt id-diversi Atti tal-Ippjanar tal-Iżvilupp, ma jinkludi reklamazzjoni tal-art fix-Xgħajra.

Ix-Xgħajra – Tiswija ta’ plakka tal-inawgurazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18045, jista’ l-Ministru jara li l-plakka tal-inawgurazzjoni tal-proġett tax-xatt li inawgura l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, li tinsab fuq ix-xaqliba ta’ Smart City u hija magħmula miċ-ċaqquf, tingħata l-attenzjoni meħtieġa u tiġi rranġata?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Kbira – Dewmien fix-Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta Triq il-Kbira ġewwa Ħaż-Żabbar li ilha magħluqa għat-traffiku u maqlugħa ammont ta’ xhur u jidher li x-xogħol miexi bil-mod? Jista’ jgħid ukoll x’wassal għal dan id-dewmien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba s-sensittività taż-żona fejn għaddejjin ix-xogħlijiet fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żabbar, u kif obbligati f’kundizzjonijiet maħruġa mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, ix-xogħlijiet qed isiru bl-inġenji magħrufa bħala gerriema, minflok bil-musmar. Dan wassal biex ix-xogħlijiet jieħdu aktar żmien minn kemm oriġinarjament skedat. F’dan il-proġett tlesta t-tqegħid tas-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita tul it-triq kollha u nbiddlu s-soqfa tat-tappiera tad-drenaġġ. Bħalissa l-kuntrattur qiegħed ibiddel il-bankini u l-water house connections. Wara dawn ix-xogħlijiet, jibda x-xogħol ta’ tqaxxir u jingħata l-asfalt. Ix-xogħlijiet mistennija jkunu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin.

Is-Swieqi – Art li hija proprjetà tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16549 dwar artijiet fis-Swieqi, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni (u pjanti) dwar liema art li tagħmel fil-konfini tas-Swieqi hija proprjetà tal-Gvern? Jista’ jidentifika wkoll liema art mhijiex allokata lil terzi permezz ta’ qbiela, kera jew mod ieħor?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.

Fgura — Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16969, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu l-Kunsill Lokali jitlob sabiex Triq il-Karmnu, il-Fgura ssir mill-ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li għaddejin taħdidiet ma’ l-Awtoritajiet ikkonċernati.

Xiri ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18041, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, u jgħid kemm hemm żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom f’dawn l-aħħar għaxar snin maqsumin sena b’sena u skont kull età? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn xtraw il-proprjetà waħedhom jew inkella ma’ xi ħadd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħaż-Żabbar — Triq ix-Xgħajra - Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18052 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitwaħħal ix-shelter tal-bus stop ta’ Triq ix-Xgħajra ġewwa Ħaż-Żabbar bl-isem “Burbur” peress li ilu madwar tliet snin li mhux hemm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-imsemmi bus shelter ġie installat u l-Kunsill Lokali qed jistenna mingħand il-kumpanija inkarigata sabiex twaħħal il-ħġieġ tiegħu.

Ix-Xgħajra – Day Centre għall-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra għandux xi ħsieb li jinfetaħ Day Centre għall-Anzjani fix-Xgħajra? Jekk iva, hemm xi post indikat u meta ser jiftaħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li għalissa m’għandux ħsieb li jinfetaħ Day Centre għall-Anzjani fil-lokalità.

Ix-Xgħajra – Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadhiex tinfetaħ l-għassa tal-pulizija tax-Xgħajra? Jekk iva, kemm-il darba tinfetaħ din l-għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-lokalità tax-Xgħajra hija koperta bis-servizz mill-Pulizija tal-Komunita’ kif ukoll minn Uffiċjali tal-RIU waqt ir-rondi b’vetturi tagħhom fiż-żona, u mill-Pulizija ta’ Ħaż-Żabbar, li jkopru wkoll il-ħtiġijiet fl-istess post. Infurmat li l-għassa prinċipali li tkopri x-Xgħajra hija dik ta’ Ħaż-Żabbar, u li l-għassa tal-Pulizija tax-Xgħajra hija għassa sekondarja li tinfetaħ skond l-esiġenzi tas-servizz.

Ix-Xgħajra – Community Policing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fix-Xgħajra hemmx servizz ta’ Community Policing? Jekk iva, fejn hu l-uffiċċju tagħhom? F’liema ġranet jingħata dan is-servizz? Kemm jagħmlu sigħat fil-ġimgħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tal-Komunita’ ilhom joperaw ix-Xgħajra, flimkien ma Haż-Żabbar, għal dawn l-aħħar sena u nofs. Huma joperaw mill-għassa principali f’Haż-Żabbar u hemm uffiċjal mit-taqsima dedikat fil-lokalita’. Il-ħinjiet koperti minn uffiċjali tal-Pulizija tal-Komunita’mhumiex uniformi u jvarjaw, mhux possibli li jiġi kkalkulat l-ammont ta’ ħin f’servizzi koperti minnhom. Barra mill-Pulizija tal-Komunita’ sorveljanza ssir ukoll waqt rondi minn-uffiċjali tal-RIU bil-vetturi tagħhom, kif ukoll mill-Pulizija ta’ Haż-Żabbar, li jkopru wkoll il-ħtiġijiet fl-istess post. Nitlob lill Onorevoli Membru tirreferi wkoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18050.

Ħaż Żabbar — Triq ix-Xagħjra – Bus Shelter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitwaħħal ix-shelter tal-bus stop ta’ Triq ix-Xgħajra ġewwa Ħaż-Żabbar bl-isem “Burbur” peress li ilu madwar tliet snin li mhux hemm?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.