Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Fgura — Triq il-Liedna - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19163 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid għaliex Triq il-Liedna fil-Fgura, li ftit xhur ilu sar ir-rikostruzzjoni tagħha, qed terġa’ tinqala (jitqatta’ gandott)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

MCAST Malta – Studenti Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti Għawdxin li attendew kors fl-MCAST ta’ Malta, sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar 10 snin attendew total ta’ 2,164 student Għawdxi fl-MCAST ta’ Malta.

Studenti b’learning disabilities

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti b’learning disabilities lestew l-iskola sekondarja u komplew għal post-secondary? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma skont: dyslexia, dyscalculia, dysgraphia, attention deficit hyperactivity disorder (ADHD), developmental coordination disorder (DCD), developmental language disorder (DLD)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tali nformazzjoni hi ta’ natura sensittiva. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li jekk qed tirreferi għal statement of needs, dan il-proċess hu wieħed kontinwu u rigoruż.

Studenti b’learning disabilities

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti b’learning disabilities komplew għal MCAST, Università jew istituzzjoni edukattiva oħra u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma skont: dyslexia, dyscalculia, dysgraphia, attention deficit hyperactivity disorder (ADHD), developmental coordination disorder (DCD), developmental language disorder (DLD)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19146.

Il-Fgura — Triq il-Liedna - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Triq il-Liedna fil-Fgura, li ftit xhur ilu sar ir-rikostruzzjoni tagħha, qed terġa’ tinqala (jitqatta’ gandott)?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Taxis ipparkjati — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jista’ jagħti ċitazzjoni lil taxis li jkunu pparkjati fit-triq għal tul ta’ ħin? Jista’ jgħid ukoll x'għandu jagħmel resident sabiex jirraporta tali abbuż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Pulizija flimkien mal-Awtoritajiet tal-infurzar jistgħu jagħtu ċitazzjonijiet meta jkun hemm ksur tar-regolamenti, inkluż parkeġġ minn sidien jew xufiera ta’ vetturi żgħar għal ġarr ta’ passiġġieri u ta’ Taxis bojod. Ir-resident jista’ jċempel, jibgħat email jew juża’ l-mezzi soċjali sabiex jirrapporta kull abbuż.

MCAST Għawdex – Studenti li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw mill-MCAST ta’ Għawdex u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li ggradwaw mill-MCAST ta’ Għawdex matul dawn l-aħħar 10 snin s’issa hu ta’ 1,141.

MCAST Għawdex — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mill-kors tal-MCAST ta’ Għawdex u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li waqfu matul dawn l-aħħar 10 snin mill-MCAST t’Għawdex hu ta’ 257 student.

ITS – Studenti li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw minn xi kors mill-ITS u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

ITS – Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mill-kors fl-ITS u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sixth Form — Studenti li daħlu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li daħlu f’Sixth Form sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma għal kull istitut edukattiv post-sekondarju, individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li daħlu f’dawn l-aħħar 10 snin mill-Junior College, GEM 16+, Sir MA Refalo Għawdex u l-Giovanni Curmi Higher Secondary hu ta’ 39,692 student.

Università ta’ Malta – Studenti Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti Għawdxin li attendew kors fl-Università ta’ Malta sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar 10 snin attendew 10,244 student Għawdxi fl-Università ta’ Malta.

Università ta’ Malta — Studenti li gradwaw f’livell ta’ Baċellerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw skont kull fakultà u istitut individwali fil-livell ta’ Baċellerat fl-Università ta’ Malta? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul daw l-aħħar 10 snin f’livell ta’ Baċellerat gradwaw total ta’ 16,895 student.

Università ta’ Malta – Studenti li gradwaw f’livell ta’ Masters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw skont kull fakultà u istitut individwali fil-livell ta’ Masters fl-Università ta’ Malta? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul daw l-aħħar 10 snin f’livell ta’ Masters gradwaw total ta’ 11,188 student.

MCAST — Studenti li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw skont kull istitut individwali mill-MCAST? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1098, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li minn dakinhar l’hawn, l-ammont żdied għal 47,648 studenti li gradwaw mill-MCAST.

Università ta’ Malta – Livell ta’ Baċellerat — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mill-kors skont kull fakultà u istitut individwali fil-livell ta’ Baċellerat fl-Università ta’ Malta? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar 10 snin f’livell ta’ Baċellerat waqfu total ta’ 6,126 student.

MCAST – Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mill-kors skont kull istitut individwali mill-MCAST? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li waqfu matul dawn l-aħħar 10 snin kien ta’ 8,163 student.

Sixth Form — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsum għal kull istitut edukattiv post-sekondarju individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Xiri ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18119 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18041, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, u jgħid kemm hemm żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom f’dawn l-aħħar għaxar snin maqsumin sena b’sena u skont kull età? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn xtraw il-proprjetà waħedhom jew inkella ma’ xi ħadd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Karozzi reġistrati bil-Y plates — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija jistgħux jagħtu ċitazzjonijiet lil karozzi (taxis) bil-Y plates li jkunu pparkjati fit-triq? Jista’ jgħid ukoll x'inhi l-policy li qed tintuża mill-korp f'dawn iċ-ċirkostanzi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Pulizija jaġixxu skont dak li tiprovdi l-liġi. Nirreferi lill-Onor. Interpelant għal Liġi sussidjarja 65.33.