Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Gudja — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal-Gudja u x’hemm ippjanat li jsir jew qed isir sabiex jiġu kkreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali minn Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li hemm disa’ spazji miftuħa fil-lokalità. Informat li l-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni waħda (Ġnien John Mary Calleja) ma’ Project Green u qed jistenna l-eżitu ta’ din l-applikazzjoni.

Ħaż-Żabbar — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u x’hemm ippjanat li jsir jew qed isir sabiex jiġu kkreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali minn Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li hemm erbatax-il spazju miftuħ fil-lokalità u hemm il-pjan li jsiru (ġnien/bandli) fi Ġnien il-Mistrieħ u Misraħ San Nikola. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ma ssottomettiex applikazzjonijiet ma’ Project Green fil-parametri ta’ dak li ġejt mistoqsi.

Ħal Tarxien — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u x’hemm ippjanat li jsir jew qed isir sabiex jiġu kkreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali minn Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li hemm disa’ spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazzez fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali ma ssottomettiex applikazzjonijiet ma’ Project Green iżda għaddejjin diskussjonijiet ma' entitajiet oħra għal iktar spazji pubbliċi.

Ħ’Attard – Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħ’Attard u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba baqgħet ma waslitx sad-deadline intern li ġie mogħti.

Ħal Balzan — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità ta’ Ħal Balzan u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba baqgħet ma waslitx sad-deadline intern li ġie mogħti.

Il-Birgu — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal-Birgu u x’hemm ippjanat li jsir jew x’qed isir sabiex jiġu kkrejati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa eżistenti jew biex jiġu maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali mingħand din l-entità (Project Green)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba baqgħet ma waslitx sad-deadline intern li ġie mogħti.

Bormla — Binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu lesti kompletament il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li hemm f’Bormla? Jista’ jgħid ukoll meta ġew allokati dawn l-appartamenti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-għola livell ta’ Housing Soċjali ġewwa Bormla ser ikun lest lejn tmiem din is-sena. Sabiex nassiguraw li kull familja tippjana l-futur tagħha u ta’ wliedha aħjar, il-Bord tal-Allokazzjonijiet ħejja pjan biex dawn il-familji jkunu jafu liema appartament se jkun qiegħed ikun allokat lilhom. Din hija prassi li kienet addotta fl-aħħar snin għal kull proġett ta’ housing soċjali biex niżguraw li kull familja jkollha tranżizzjoni mingħajr xkiel.

Il-Kalkara — Proġett tax-Xatt

Question

Issa li ġie fi tmiemu l-proġett tax-Xatt tal-Kalkara, tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-proġett u fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-pjazza u x-xatt tal-Kalkara, xogħol li twettaq mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) sar b’investiment ta’ madwar €5.5 miljun. B’dan il-proġett inħoloq spazju miftuħ għall-familji ta’ 16,500 metru kwadru fil-qalba tal-komunità, żona pedonali ta’ 3,000 metru kwadru fl-istess pjazza, promenade imsebbaħ bi street furniture u sistema ta’ dawl aħjar, bandli ġdid u sistema ġodda ta’ servizzi flimkien ma’ tħawwil ta’ siġar u arbuxelli ġodda li komplew isebbħu d-dehra tal-qalba tal-Kalkara. Dan huwa proġett importanti fost proġetti oħra ta’ kwalità li għaddejjin fil-Kottonera għax nemmnu fil-potenzjal ta’ din iż-żona. Proġett li fuq kollox ipoġġi lill-familji fil-qalba billi ngħatat pjazza oħra lin-nies u post li kien okkupat mill-vetturi issa sar spazju għat-tgawdija tal-familji u fejn ix-xatt hu isbaħ biex jitgawda minn kulħadd. L-esiġenzi kummerċjali issa qed jinqdew b’service road waqt li t-traffiku normali qed jgħaddi minn triq ġdida li nbniet aktar viċin tal-baħar. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu wkoll sistemi ġodda għas-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ, waqt li f’parti sostanzjali taż-żona sar culvert biex minnu jgħaddu servizzi tal-elettriku. Il-promenade ġie mgħammar bi street furniture, railing, sistemi tad-dawl ġodda, bankijiet kif ukoll saret sistema ta’ irrigazzjoni għat-tisqija tas-siġar u l-arbuxxelli li tħawlu, waqt li l-pjazza ġiet attrezzata wkoll b’sistema ta’ CCTv cameras. Dan hu proġett ewlieni li permezz tiegħu il-Kalkara sbieħet, is-servizzi ġew immodernizzati u ngħata spazju li permezz tiegħu ċ-ċentru tal-lokalità sar tassew il-qalb tal-Kalkara. Proġett li huwa wkoll simbolu tal-impenn tagħna li nkomplu noħolqu aktar spazji miftuħa, fejn il-komunità, il-familji u n-nies jistgħu jiltaqgħu; fejn bl-attivitajiet ekonomiċi u kulturali, noffru mumenti ta’ serħan għar-residenti u anke lil min iżur il-gżejjer tagħna.

Atleti ta’ livell nazzjonali — Skemi jew għajnuniet

Question

Jista’ l-Ministu jgħid xi skemi jew għajnuniet hemm ipprovduti jew ippjanati rigward atleti ta’ livell nazzjonali li jattendu xi istituzzjoni postsekondarja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ir-Rabat, Malta — Wied il-Qlejgħa - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta beda x-xogħol f’Wied il-Qlejgħa, fil-limiti tar-Rabat, Malta? Tista’ tgħid ukoll: i. X’sar s’issa? ii. Meta se jkun komplut dan il-proġett? iii. Kemm se jiswa? iv. Jekk hux minnu li x-xogħol ilu wieqaf? Jekk iva, għaliex? v. Meta se jitkompla?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fi proġetti ta’ restawr ekoloġiku u riabilitazzjoni ta’ siti sensittivi, bħalma hu l-każ ta’ Wied il-Qlejgħa, l-interventi li jsiru jridu jkunu sostnuti fuq numru ta’ snin b’mod li jirrispettaw l-esiġenzi staġjonali tas-sit. Fejn jikkonċerna l-parti ta’ fuq ta’ Wied il-Qlejgħa, l-ewwel interventi bdew fis-sena 2019 u x-xogħlijiet tlestew is-sena oħra. Il-proġett kien jinvolvi restawr ekoloġiku mifrux fuq tul ta’ madwar żewġ kilometri tal-wied, jiġifieri medda ta’ madwar 35,000 metru kwadru. Ix-xogħol li sar inkluda t-tneħħija ta’ materjal li nġema’ fil-wied matul is-snin, it-tneħħija ta’ flora u fawna invażivi, ir-ripristinar tal-ħażna tal-ilma wara kull waħda mit-tliet ilqugħ (dams) li għandu l-wied u t-tiswija ta’ ħitan tas-sejjieħ. Il-proġett ħa ħsieb ukoll l-element edukattiv, hekk kif fil-wied twaħħlu għadd ta’ panelli informattivi u ġie restawrat is-sit magħruf bħala Fiddien Box li llum jista’ jservi bħala Ċentru Edukattiv. Sadanittant minħabba ċediment li kien hemm fit-triq matul l-ilqugħ prinċipali ta’ Wied il-Qlejgħa, fl-2023, inbdew ukoll xogħlijiet biex din it-triq tinbena mill-ġdid. Dawn ix-xogħlijiet, li qed isiru bis-sehem ta’ Infrastructure Malta, jinvolvu l-bini ta’ struttura intensiva ta’ piles sabiex jankraw it-triq mal-blat u b’hekk din ikollha pedamenti sodi. Dawn ix-xogħlijiet jinsabu fi stadju avvanzat. Komplessivament, il-proġett ta’ riabilitazzjoni tal-parti ta’ fuq ta’ Wied il-Qlejgħa ġie jiswa €5 miljun, b’kofinanzjament mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF). Imbagħad, mat-tlestija tiegħu, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ffirmaw management agreement mal-għaqda volontarja Nature Trust Malta biex din tissokta bil-manutenzjoni ekoloġika tas-sit. Dan il-ftehim wassal biex fl-2023 tneħħew 14-il tip ta’ speċi invażivi, inklużi madwar 2,000 pjanta invażiva, 2.5 tunellati ta’ qasab u aktar minn 1,000 eżemplari tal-crayfish. Fis-sit tħawlu wkoll 20 speċi ta’ siġar u arbuxelli indiġeni li jammontaw għal madwar 150 pjanta. Minbarra l-interventi li saru fil-parti ta’ fuq tal-wied, f’Wied il-Qlejgħa issa se jinbdew xogħlijiet fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Speranza li tinsab ħdejn ir-roundabout ta’ Buqana. Hawnhekk se jitneħħew ukoll għadd ta’ speċi invażivi, fosthom il-qasab li qed jikkawża għargħar fl-għelieqi tal-madwar u qed iwassal ukoll biex jintilef ħafna ilma. Se jsiru wkoll interventi meqjusa ta’ tħammil minn wara l-iskontru biex tiżdied il-ħażna tal-ilma, jkun hemm perkolazzjoni akbar ta’ ilma tal-pjan u jiġi evitat għargħar viċin it-taħwil ġdid li se jsir matul il-wied. Dan l-intervent hu stmat li se jlaħħaq il-€1.6 miljun u hu mistenni li jkun lest is-sena d-dieħla.

Il-Fgura — Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji miftuħa li jinkludu ġonna u pjazez fil-lokalità tal-Fgura u x’hemm ippjanat li jsir jew qed isir sabiex jiġu kkreati iktar spazji miftuħa f’din il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu ameljorati spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda? Jekk iva, x’kien il-feedback li rċieva l-Kunsill Lokali minn Project Green?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li hemm ħames spazji miftuħa fil-lokalità. Wara li sottometta applikazzjonijiet għall-Community Greening ma’ Project Green il-Kunsill Lokali għaddej b’diskussjonijiet biex jiġu mtejba spazji miftuħa eżistenti jew sabiex jinħolqu spazji miftuħa ġodda.

Ta’ Qali — Concert Area

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-ewwel kunċert li ġie organizzat (il-kunċert ta’ Ed Sheeran) wara li saret il-concert area f’Ta’ Qali, sar f’żona oħra ta’ Ta’ Qali u mhux f’dan is-sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

MARAM

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20128 u ċjoè: B’referenza għall-Multi Agency Risk Assessment Meeting Board (MARAM), li jevalwa u jiddiskuti każijiet li jitqiesu ta’ riskju għoli ta’ vjolenza domestika, jista’ l-Ministru jgħid: i. kemm irċieva referrals minn meta ġie mwaqqaf sal-aħħar tas-sena 2023; ii. kemm minn dawn ir-referrals ġew evalwati mill-bord sal-aħħar tas-sena 2023; iii. kemm irċieva referrals minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; iv. kemm evalwa referrals minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; v. jekk id-DASH hijiex l-għodda li qed juża l-bord fl-assessjar tar-riskju (risk assessment tool)? Jekk le, liema għodda (risk assessment tool) qed tintuża; u vi. x’kienet l-ispiża ta’ dan il-bord għas-sena 2023 u kif inhuma mqassmin dawn l-ispejjeż?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-Multi Agency Risk Assessment Meeting (MARAM) Board rċieva 268 referrals minn meta ġie mwaqqaf sal-aħħar tas-sena 2023, li kollha ġew diskussi u evalwati. B’żieda ma’ dan, ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-MARAM irċieva u evalwa 278 referral minn Jannar 2024 sad-data li fiha qed titwieġeb din l-Interpellanza. Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, L-assessment tools huma użati mir-risk assessors/ħaddiema soċjali biex jassessjaw ir-riskji preżentati mill-vittmi ta` vjolenza domestika. Il-Board tal-MARAM ma juża l-ebda assessment tool iżda jiġi ppreżentat bil-każijiet li jirriżultaw bħala “high risk cases”. L-ispejjeż involuti inkonnessjonali mal-Bord tal-MARAM, għall-2023 kienu kif ġej: - Salarji ta’ 2 Koordinaturi li jaħdmu mal-MARAM; liema spejjeż kienu jammontaw għal EUR 38,232, bejn Ġunju 2023 u Diċembru 2023; - Training dwar Women Aid Training, fl-Ingilterra, liema spejjeż tat-training, titjiriet u per diem allowance b’kollox kienu jammontaw għal EUR10,005, għal 4 minn nies. - Ħlas fuq translations u proof reading dwar l-emendi fuq Cap581, li jammontaw għal EUR 158.69

Sixth Form — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19138, 19329, 19903 u 20169 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma għal kull istitut edukattiv postsekondarju individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

FEANTSA – Nies klassifikati homeless

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies klassifikati homeless, skont id-definizzjoni tal-FEANTSA (European Federation of National Organisations Working with the Homeless), fis-sena 2022 u fis-sena 2023 rispettivament u jipprovdi din id-data skont l-età, il-ġeneru, l-istatus u n-nazzjonalità ta' kull persuna? Jista' jipprovdi wkoll din id-data skont it-tip ta' "shelters" u ċjoè: i. Roofless/emergency; ii. Homeless (inkluż shelters għan-nisa); iii. Nies li huma f'istituzzjonijiet (tas-saħħa, penali, eċċ.); iv. Postijiet irregolari (unconventional dwellings); v. Nies li jgħixu temporanjament mal-familja u/jew mal-ħbieb?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

MARAM

Question

B’referenza għall-Multi Agency Risk Assessment Meeting Board (MARAM), li jevalwa u jiddiskuti każijiet li jitqiesu ta’ riskju għoli ta’ vjolenza domestika, jista’ l-Ministru jgħid: i. kemm irċieva referrals minn meta ġie mwaqqaf sal-aħħar tas-sena 2023; ii. kemm minn dawn ir-referrals ġew evalwati mill-bord sal-aħħar tas-sena 2023; iii. kemm irċieva referrals minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; iv. kemm evalwa referrals minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; v. jekk id-DASH hijiex l-għodda li qed juża l-bord fl-assessjar tar-riskju (risk assessment tool)? Jekk le, liema għodda (risk assessment tool) qed tintuża; u vi. x’kienet l-ispiża ta’ dan il-bord għas-sena 2023 u kif inhuma mqassmin dawn l-ispejjeż?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Sixth Form — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19138, 19329 u 19903 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma għal kull istitut edukattiv postsekondarju individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Sixth Form — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19138 u 19329 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma għal kull istitut edukattiv postsekondarju individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Il-Fgura — Triq il-Liedna - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19163 u 19459 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament u jgħid għaliex Triq il-Liedna fil-Fgura, li ftit xhur ilu sar ir-rikostruzzjoni tagħha, qed terġa’ tinqala’ (jitqatta’ gandott)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Tajjeb nippreċiża li l-bini mill-ġdid tat-triq indikata issa ilu li sar mill-2021, jiġifieri aktar minn tliet snin ilu u mhux “ftit xhur ilu”. Ix-xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta kienu jinkludu fost oħrajn bdil tas-servizzi kollha għad-distribuzzjoni tal-ilma. Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħtiġilha tagħmel xogħlijiet t’emerġenza biex sewwiet ħsara li rriżultat f’parti minn din l-infrastruttura tagħha.

Sixth Form — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19138 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsum għal kull istitut edukattiv post-sekondarju individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.