Legislature:
Category:
Reset
Active:

ITS – Studenti li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19141 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li gradwaw minn xi kors mill-ITS u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28392 (Leġiżlatura XII), u 6533, 6534 u 14135 ta’ din il-Leġiżlatura, ninfurmaha li n-numru ta’ studenti li se jigradwaw din is-sena jkun finalizzat aktar tard dan ix-xahar.

ITS — studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19142 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mill-kors fl-ITS u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li waqfu mill-istudji tagħhom ġewwa l-ITS huwa s-segwenti: Sena Akkademika Numru ta’ studenti 2017/8 59 2018/9 68 2019/0 139 2020/1 129 2021/2 94 2022/3 105 2023/4 111

Il-Birgu – Proġett tal-Pjazza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20556 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-proġett tal-Pjazza tal-Birgu se jkun kompletament lest? X’miżuri ser jittieħdu biex jiġi salvagwardjat ix-xelter? In vista wkoll li l-festi ġew rikonoxxuti bħala wirt intanġibbli tal-UNESCO, x’miżuri ser jittieħdu sabiex il-proġett propost ma jtellifx l-attivitajiet taż-żewġ festi u l-armar li jintrama għalihom? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex jiżdiedu l-parkeġġi fil-viċin in vista li l-pjanta proposta ser tneħħi l-parking spaces eżistenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi ghall-mistoqsija parlamentari 20786.

Severe Schizophrenia — Pensjoni tad-diżabilità severa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li jbatu mill-kundizzjoni ta’ Severe Schizophrenia humiex eleġibbli li japplikaw għall-pensjoni tad-diżabilità severa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) jipprovdi permezz ta’ Artikoli differeni l-intitolament għal diversi assitenzi / benefiċċji f’każ illi l-bord mediku, maħtur taħt l-istess Att jagħti l-kunsens tiegħu. Fost dawn il-benefiċċji hemm il-Pensjoni tal-Invalidità, l-Assitenza Medika mhux Kontributorja u l-Għajnuna Medika bla Ħlas. Permezz ta’ miżura fil-Budget tas-sena 2024, u permezz ta’ emendi fl-Artikolu 106 tal-istess Att, persuna b’tali kundizzjoni tista’ taplika għall-Assistenza għal Diżabilità Severa u jkun il-bord inter-professjonali li jiddeċiedi permezztat-tħaddim tal-ICF questionnaire.

Aġenzija Żgħazagħ — Għajnuna lill-KNZ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-għajnuna li l-Aġenzija Żgħażagħ tagħti lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNZ)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f'konformità man-National Youth Policy (NYP), l-entita Aġenzija Żgħażagħ hi mpenjata fl-iżvilupp ta' inizjattivi u attivitajiet ta' kollaborazzjoni mal-KNŻ biex trawwem l-għanijiet strateġiċi tal-NYP, partikolarment iċ-ċirkostanzi li dejjem jinbidlu, sfidi u opportunitajiet ġodda tal-vuċijiet u l-ħajja taż-żgħażagħ f’Malta. L-għan primarju tal-entita huwa li jgħin lill-KNŻ fil-ħolqien ta' pjattaformi ta' djalogu għaż-żgħażagħ permezz ta' mezzi differenti bħal; l-identifikazzjoni u r-riċerka xjentifika tal-bżonnijiet taż-żgħażagħ, l-iżvilupp ta' pjattaformi kreattivi, u l-ġbir u t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-edukazzjoni ċivika. Infurmat li l-appoġġ kollu mogħti joħroġ mill-Memorandum of Understanding iffirmat bejn iż-żewġ partijiet.

Aġenzija Żgħażagħ — Attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka lista tal-attivitajiet kollha li ġew organizzati mill-Aġenzija Żgħażagħ mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mandat tal-entità msemmija jmur lil hinn mill-avvenimenti, li huma l-aspett ta’ tixrid tas-servizzi kollha ta’ ħidma maż-żgħażagħ li l-entità nazzjonali taż-żgħażagħ tipprovdi fuq livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonalment. Madanakollu l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Żgħażagħ — Fondi ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm akkwistat fondi ewropej l-Aġenzija Żgħażagħ mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti lista ta’ kull akkwist u għal liema skop intużaw il-fondi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti Għawdxin — Sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdied is-sussidju tal-istudenti Għawdxin minn meta beda jingħata dan is-sussidju sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-figuri sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Studenti Għawdxin — Sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdied is-sussidju tal-istudenti Għawdxin minn meta beda jingħata dan is-sussidju sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-figuri sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenż De Paul — Welfare hampers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20654 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid jekk tqassmux Welfare hampers lill-anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern, inkluż ir-Residenza San Vinċenz De Paul, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? i. Jekk le, għaliex twaqqfu? ii. Jekk iva, min kien/u l-fornitur/i? iii. Kemm tqassmu hampers kull darba? iv. Kemm-il darba tqassmu hampers matul kull sena partikolari, sena b’sena? v. Kemm sewa kull hamper? vi. Fiex kien jikkonsisti kull hamper? vii. Kif intgħażlu l-fornituri, jekk hux b’tender jew b’modi oħrajn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni, għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Djar soċjali — Applikanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti bħalissa għal dar soċjali (Housing)? Jista’ wkoll jagħti lista minn fejn huma l-applikanti, lokal b’lokal?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni f’riskju ta’ faqar

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm hawn persuni f’Malta li huma identifikati li qegħdin f’riskju ta’ faqar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi skont statistika dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Ħajja (EU-SILC) ta’ l-2023, l-istima rigward in-numru ta persuni li huma f riskju ta’ faqar (ARP) hija ta’ 88,462. Din iċ-ċifra tirrelata biss ma’ faqar monetarju, jiġifieri dawk il-persuni li jaqgħu taħt il- poverty line (li fl-2023 kien ta’ €11,364), ekwivalenti għal 60 fil-mija tal- median national equivalised income ta’ persuni li jgħixu fi djar privati.

KNZ — Baġit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNZ) f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-baġit tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNZ) f’dawn l-aħħar ħames snin jammonta għal €103,000 maqsum kif ġej: · Sena 2020 - €14,000 · Sena 2021 - €14,000 * · Sena 2022 - €25,000 · Sena 2023 - €25,000 · Sena 2024 - €25,000 *Nota: Fis-sena 2021, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNZ) kien jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja.

KNZ — Ħlas tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-ħaddiema tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNZ) jitħallsu direttament minnhom u mhux mill-Aġenzija Żgħażagħ jew mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Aġenzija Żgħażagħ tgħati sapport kontinwu lil KNZ. Infurmat li l-KNZ jiġu allokati fondi pubbliċi sabiex jamministrawhom b’mod indipendenti u awtonomu.

Youth Advisory Forum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-Youth Advisory Forum? Jista’ wkoll jagħti elenku fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta’ dan il-forum s’issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sajjieda li għandhom iktar minn bastiment wieħed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sajjieda li ddikjaraw li għandhom aktar minn bastiment wieħed tas-sajd?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 95 sajjied professjonali u 128 sajjied rikreazzjonali li ddikkjaraw li għandhom iżjed minn bastiment wieħed tas-sajd.

Skema tas-sajd — Ħaddiema żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażaġħ li mill-iskema tas-sajd applikaw biex ikollhom impjieg f’dan is-settur? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm sajjieda li qed jibbenefikaw talli qed iħaddmu dawn iż-żgħażagħ?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21667.

Ħal Tarxien — Xogħlijiet fil-pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa jibdew ix-xogħlijiet fil-pjazza ta’ Ħal Tarxien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix-xogħol fil-pjazza ta’ Ħal Tarxien jibda’ fl-ewwel kwart ta’ 2025, wara li tagħlaq is-sejħa għall-offerti li qed tiġi mħejjija għall-pubblikazzjoni.

Bormla — Ground Delceppo

Question

B’referenza għall-proġett tal-Ground Delceppo f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid: i. Meta suppost tlesta l-ground il-ġdid ta’ Bormla? ii. F’liema stadju wasal dan il-proġett? iii. Meta ħa jkun uffiċjalment lest minn kollox u miftuħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħol fuq l-imsemmi proġett għadu għaddej. S'issa tlestiet kompletament il-fażi ewlenija u l-faċilitajiet infetħu għall-pubbliku. Il-fażi li jmiss tinkludi changing rooms u kafeterija hija ppjanata li titlesta fl-ewwel kwart tas-sena 2026.