Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm rapporti fuq xi rampi jostakolaw il-bankina fi Triq in-Nevew ġewwa Ħaż-Żabbar? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dawn jitranġaw biex ikunu aċċessibbli għar-residenti?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar li l-Kunsill Lokali m’għandu l-ebda rapport uffiċjali dwar rampi li qed jostakolaw il-bankina fi Triq in-Nevew, Ħaż-Żabbar.
Il-Kalkara – Triq il-Kanun tal-Milja – Żieda fid-dawl
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan biex jiżdied id-dawl fi Triq il-Kanun tal-Milja, il-Kalkara, b’mod partikolari fl-inħawi fejn jinsabu l-bus stops, sabiex ikun hemm aktar viżibilità u sigurtà għall-passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku, speċjalment matul il-ħinijiet ta’ filgħaxija?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li Triq il-Kanun tal-Milja hi mdawla permezz t'arbli li ilhom is-snin fil-post. Il-parti li qed issir referenza għaliha hi parti qasira ta' ftit metri. Intant lura għas-sena l-oħra,
fl-estensjoni ta' din it-Triq li llum jisimha Triq Wied Għammieq, ġew installati numru t' arbli ġodda biex iż-żona ddawlet għall-ewwel darba wara tant snin fid-dlam.
Il-Kalkara – Triq il-Kanun tal-Milja – Żieda fid-dawl
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex jiżdied id-dawl fi Triq il-Kanun tal-Milja, il-Kalkara, b’mod partikolari fl-inħawi fejn jinsabu l-bus stops, sabiex ikun hemm aktar viżibilità u sigurtà għall-passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku, speċjalment matul il-ħinijiet ta’ filgħaxija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 3590.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Community Police f’lokalitajiet fejn hemm dan is-servizz, matul l-aħħar sena, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika s-siegħat ta’ rondi mwettqa mill-Pulizija tal-Komunità f’Malta u Għawdex bejn Jannar u Settembru 2026, kif ukoll il-kilometri koperti waqt rondi bir-roti, li juru l-ħidma preventiva ta’ din it-taqsima.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-bandli tal-Fgura, li jinsabu fejn il-Club tal-Boċċi fi Triq Mater Boni Consilii, jingħalqux kompletament wara ċertu ħin?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li l-bandli msemmija ma jingħalqux.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li qed isiru fl-appartament f’Bormla li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħolijiet strutturali ppjanati li jibdew f’nofs Ottubru 2026 hekk kif iż-żona hi waħda definita skont SL 623.08 (third Schedule 1c) bħala waħda turistika fejn ma setgħux isiru xogħolijiet ta demolition sat-30 ta’ Settembru 2026.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li se tkun l-ispiża biex, wara x-xogħlijiet li bħalissa qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u li minħabba fihom qed jerġa’ jitħaffer wiċċ it-triq, Triq Għajn Dwieli terġa’ tiġi asfaltata u rrestawrata għall-istat li kienet fih wara r-resurfacing li sar aktar kmieni din is-sena?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għar-resurfacing ta’ Triq Għajn Dwieli, li tgħaqqad Raħal Ġdid man-naħa tal-Kottonera, li sar aktar kmieni din is-sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba relatata mal-Mistoqsija Parlamentari numru 3090.
Il-Fgura – Triq Mater Boni Consilii – Sleeping policemen
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li jsir sleeping policeman fi Triq Mater Boni Consilii jew fl-akkwati tagħha, fil-Fgura?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li fit-triq imsemmija hemm il-ħsieb li jsiru żewġ sleeping policeman. Waħda ser issir mill-Kunsill Lokali u oħra se ssir minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati inċidenti tat-traffiku din is-sena fi Triq il-Kapuċċini, Ħaż-Żabbar, b’mod partikolari fiż-żona ta’ salib it-toroq li tgħaqqad Triq il-Kapuċċini mat-toroq tal-inħawi ta’ Sant’Andrija? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux studji jew risk assessment dwar is-sigurtà ta’ dan is-salib it-toroq, u x’miżuri konkreti ttieħdu jew qed jiġu kkunsidrati sabiex titjieb is-sigurtà f’dan il-punt, inkluż jekk hemmx pjanijiet għal tibdil fit-toroq, fis-sinjali tat-traffiku, markings, traffic calming, dawl jew miżuri oħra ta’ prevenzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għall-mekkaniżmu mħabbar mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) sabiex tingħata assistenza finanzjarja sa massimu ta’ €15,000 lil terzi li jsofru ħsarat fil-proprjetà tagħhom b’rabta ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jista’ l-Ministru jgħid speċifikament jekk hux se jintużaw, direttament jew indirettament, fondi mid-Development Planning Fund (DPF) jew minn xi fond ieħor amministrat mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hu l-ammont li se jiġi trasferit jew allokat, taħt liema dispożizzjoni legali se jsir dan, u minn liema allokazzjonijiet jew lokalitajiet se jittieħdu dawn il-fondi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux ser jintużaw ebda fondi mid-Development Planning Fund (DPF) jew minn xi fond ieħor amministrat mill-Awtorità tal-Ippjannar. Iżda l-fondi li ser jintużaw se jiġu mill-kontribuzzjonijiet li jagħmlu l-iżviluppaturi ma’ kull applikazzjoni. Barra minn hekk, il-flus maħruġa lit-terżi mir-Riserva, se jerġaw jiġu rkuprati mill-iżviluppaturi li allegatament ikunu kkawzaw il-ħsarat.
B’referenza għall-mekkaniżmu mħabbar mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) sabiex tingħata assistenza finanzjarja sa massimu ta’ €15,000 lil terzi li jsofru ħsarat fil-proprjetà tagħhom b’rabta ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fond jew sors finanzjarju se tkun iffinanzjata r-riżerva li minnha se jitħallsu dawn il-kumpensi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 3019.
Skema biex iċċedi l-liċenzja tas-sewqan – Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 908 u jgħid kemm-il-żagħżugħ u żagħżugħa applikaw għall-iskema biex iċedu l-liċenzja tas-sewqan għal €25,000?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 900 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u jgħid liema avvenimenti saru fil-concert area l-ġdida f’Ta’ Qali minn meta nfetħet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 900 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u tgħid liema avvenimenti saru fil-concert area l-ġdida f’Ta’ Qali minn meta nfetħet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 897, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-proċess tar-restawr tal-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja fix-Xgħajra u meta hu mistenni li dan il-bieb jitlesta u jerġa’ jitwaħħal?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ppreparat rapport tal-kundizzjoni (
conditional report)
preliminari, kif ukoll
restoration method statement.
Is-Sovrintendenza qiegħda f’diskussjonijiet rigward il-proċess tar-restawr.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 896 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u jgħid kemm-il persuna applikat għall-iskema ‘Buying Energy-Efficient Homes’ sa issa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 895 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u tgħid meta ser titwaħħal l-istop sign fi Triq Baldassare Lanċi, il-Fgura, peress li kienet maqlugħa?