Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm proġetti taħt Project Green li bdew u għadhom ma tlestewx? Tista’ tgħid ukoll meta se jitlestew?
Response (DALLI, MIRIAM)
B'żieda mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23496, ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq is-sit ta’ dawn il-proġetti: Ġnien Kottoner (l-ewwel fażi) f'Bormla, Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija, Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far, Villa Portelli fil-Kalkara, Qajjenza f'Birżebbuġa, William Harding Garden f'Pembroke, Rainwater Harvesting Park f'Għajnsielem, Erba’ Mwieżeb (it-tieni fażi) f'San Pawl il-Baħar kif ukoll qed isir xogħol ta’ riġenerazzjoni f’numru ta' widien. Dan minbarra li nħarġu diġà seba’ tenders għal proġetti oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22031 dwar il-proġett imsejjaħ New Waters, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-lokalitajiet imsemmija għandhomx aċċess kontinwu? Jekk le, tista’ tgħid kemm-il darba jkollhom aċċess għall-ilma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġà ġie spjegat diversi drabi, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’dan il-proġett innovattiv li jitratta n-New Water fejn apparti li dan is-servizz qed jilħaq iktar bdiewa qiegħed ukoll isir investiment f’ water dispensers ġodda intelliġenti. Dan ifisser li kull fejn diġà ġew installati dawn id-dispensers, dan l-ilma huwa disponibbli għal 24 siegħa kuljum, dejjem provdut b’mod għaqli u skont l-allokazzjoni miftiehma mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali għal kull bidwi.
Santa Luċija — Parkeġġ biswit il-ground tal-futbol
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22041, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-risposta li ntbagħtet għall-ittra uffiċjali li ġiet ipprovduta fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23026 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16962 dwar il-ġebel kbir li hemm fix-Xatt tal-Kalkara li qed iwassal biex id-dgħajjes ma jistgħux jorbtu max-xatt, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi risposta? Jista’ jgħid ukoll kif din il-problema tista' tissolva?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi iktar dettalji rigward liema u x’tip ta’ ġebel qiegħed jiġi riferut, f’liema żona b’mod dettaljat u jekk mhux fuq l-art jew fil-baħar.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21689, 22550 u 23037 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament u tgħid minn meta nfetaħ Ġnien Kottonera f’Bormla f’2007, x’kienet il-manutenzjoni li saret f’dan il-ġnien u kemm intefqu flus sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Intepellanta li bħalissa qed isir proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Ġnien Kottoner, f’Bormla, li huwa maqsum fuq żewġ fażijiet. Aktar kmieni f’din il-leġiżlatura Parks Malta kienet nediet il-proċess ta’ preparazzjoni biex tkun tista’ ssir l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, li tikkonsisti f’bini ta’ ċnut mal-perimetru kollu tal-ġnien biex imbagħad jitwaħħal fencing li jassigura s-sigurtà tal-viżitaturi. Ix-xogħol fuq is-sit ta’ din l-ewwel fażi beda din is-sena minn Project Green (li ħadet post Parks Malta) u se tkun qed timplimenta wkoll it-tieni fażi li għandha l-għan li tiżviluppa spazju storiku u masġar, f’park attiv f’Bormla. Dan il-park mistenni jindirizza interessi diversi fi ħdan il-komunità lokali u lil hinn minnha, filwaqt li jixpruna r-rikreazzjoni fil-beraħ u l-għarfien ambjentali. Fost il-karatteristiċi proposti hemm mogħdijiet disinjati għall-użu rikreattiv tar-rota, kif ukoll spazji għall-annimali u logħob għat-tfal. It-tieni fażi se tinkludi wkoll tħawwil ta’ diversi siġar u arbuxxelli ġodda kif ukoll sistema ta’ irrigazzjoni biex jissaqqew is-siġar u l-pjanti. Ir-riġenerazzjoni tal-ġnien fl-intier tiegħu għandha stima preliminari ta’ madwar €2 miljun u mistennija tkun kompluta fl-2026. Barra minn hekk, isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’mod regolari fosthom it-tindif tal-passaġġi li jiswa madwar €300 fix-xahar. Is-sena li għaddiet sar tindif estensiv li nkluda wkoll it-tneħħija ta’ speċi invażivi, b’investiment ta’ madwar €19,000.
Ninsab infurmata li fis-snin preċedenti fl-istess ġnien saru xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Fl-2015 saret manutenzjoni ta’ strutturi li jipprovdu d-dell, fis-sena ta’ wara saru xogħlijiet fuq is-sistema tad-dawl, restawr ta’ ħitan u manutenzjoni ġenerali, waqt li fl-2021 sar restawr ta’ 60 bank u manutenzjoni ġenerali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21689, 22550 u 23037 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament u jgħid minn meta nfetaħ Ġnien Kottonera f’Bormla f’2007, x’kienet il-manutenzjoni li saret f’dan il-ġnien u kemm intefqu flus sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21991, 22835 u 23126 u jgħid kemm-il student hu intitolat għal LSE iżda għad ma għandux dan is-servizz preżenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess jirrikejdi ingaġġ ta’ LSEs skont il-ħtieġa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21990, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet imsemmija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'referenza għat-tweġiba li ntagħtat għall-mistoqsija parlamentari 21990, ix-xogħol fuq Blokk A5 fil-Fgura għandu jiġi konkluż fi xhur li ġejjin.
Severe Schizophrenia — pensjoni tad-diżabilità severa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22029, f'każ li persuna tiġi mgħarrfa li ma tikkwalifikax għall-assistenza għad-diżabilità severa, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna tkunx mgħarrfa dwar x'inhi r-raġuni għala ma tikkwalifikax għal tali assistenza? Jista' jgħid jekk din il-persuna tkunx tista' tappella tali deċiżjoni? Jista' jgħid jekk din il-persuna tkunx eliġibbli għall-assistenza tad-diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-bord interprofessjonali jiddeċiedi jekk il-persuna tikkwalifikax wara li jsir l-assessjar tal-persuna permezz tal-ICF. Mill-persentaġġ tal-istess ICF questionnaire, il-persuna tiġi mgħarrfa jekk tikkwalifikax għall-Assistenza għal Diżabilità Severa jew Assitenza għal Diżabilità jew jekk għandhiex tinħareġ ċaħda. Mill-emendi fil-provożjonijiet tal-Artikolu 106 (g) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) li daħlu permezz tal-miżuri tal-Budget 2024, f’każ ta’ ċaħda l-persuna jkollha d-dritt li tappella.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16962 dwar il-ġebel kbir li hemm fix-Xatt tal-Kalkara li qed iwassal biex id-dgħajjes ma jistgħux jorbtu max-xatt, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi risposta? Jista’ jgħid ukoll kif din il-problema tista' tissolva?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20335 dwar meta se jkunu lesti kompletament il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li hemm f’Bormla, issa li wasalna fl-aħħar tas-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett hux lest u jekk le, meta hi d-data li ser jitlesta?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minħabba li nstabu fdalijiet storiċi, ix-xogħol qiegħed għaddej b’mod sensittiv u b’reqqa kbira.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21689 u 22550 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid minn meta nfetaħ Ġnien Kottonera f’Bormla f’2007, x’kienet il-manutenzjoni li saret f’dan il-ġnien u kemm intefqu flus sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21991 u 22835 u jgħid kemm-il student hu intitolat għal LSE iżda għad ma għandux dan is-servizz preżenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21909 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid x’inhu r-rwol tal-Youth Advisory Forum? Jista’ wkoll jagħti elenku fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta’ dan il-forum s’issa?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Youth Advisory Forum għandu struttura ta' kumitat tal-Kabinett u jiġbor fih grupp ta' ¿għa¿agħ li jaqsmu l-ħsibijiet u l-ideat tagħhom dwar diversi temi ta' importanza nazzjonali mal-Prim Ministru u membri tal-Kabinett. Il-Forum beda jiltaqa' f'Jannar 2024. Din l-informazzjoni u aktar dettalji dwar il-Forum jinsabu fuq: https://primeminister.gov.mt/youth-advisory-forum/ Qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21986 u 20654 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid jekk tqassmux Welfare hampers lill-anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern, inkluż ir-Residenza San Vinċenz De Paul, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
i. Jekk le, għaliex twaqqfu?
ii. Jekk iva, min kien/u l-fornitur/i?
iii. Kemm tqassmu hampers kull darba?
iv. Kemm-il darba tqassmu hampers matul kull sena partikolari, sena b’sena?
v. Kemm sewa kull hamper?
vi. Fiex kien jikkonsisti kull hamper?
vii. Kif intgħażlu l-fornituri, jekk hux b’tender jew b’modi oħrajn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-Kumitat tal-Welfare iqassam riġali f’Jum l-Omm, f’Jum il-Missier u fil-Milied jiġifieri (3) tlieta fis-sena. L-informazzjoni mitluba minn l-2013 sa’ Jum l-Omm u Jum il-Missier tal-2024 dawn ir-rigali dejjem tqassmu, u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21687, jista' l-Ministru jgħid meta uffiċjalment kellu jitlesta l-proġett tal-Ground Delceppo f'Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif diġà weġibt, il-Kunsill Lokali ta' Bormla informani li s'issa tlestiet kompletament il-fażi ewlenija u l-faċilitajiet infetħu għall-pubbliku. Il-fażi li jmiss tinkludi changing rooms u kafeterija u din hija ppjanata li titlesta fl-ewwel kwart tas-sena 2026.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21906, jista' jagħti l-informazzjoni mitluba maqsuma sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont statistika dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Ħajja (EU-SILC), l-istimi rigward ir-rata ta’ persuni li kienu f’riskju ta’ faqar (ARP) matul dawn l-aħħar għaxar snin huma pprezentati fit-tabella t’hawn taħt:
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
%
15.8
15.8
16.6
16.5
16.7
16.8
17.1
16.9
16.9
16.7
16.6
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21683, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażaġħ li applikaw u żgħażaġħ li bbenefikaw mill-iskema tal-artijiet agrikulturali msemmija f'paġna 78 tal-Budget tal-2024?
Response (REFALO, ANTON)
pB’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21657, ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li bħalissa għaddejjin il-konsultazzjonijiet bħala parti mill-ex-ante assessment li qed isir sabiex jara l-bżonnijiet u l-mudelli differenti ta' strumenti finanzjarji sabiex jindirizzaw dawn il-bżonnijiet tal-bdiewa u r-raħħala.
Ovvjament, sakemm isir l-istudju u eventwalment jitħabbru dawn l-istrument/i finanzjarji, hemm proċess li jrid jiġi segwit u allura sa issa ma jistax ikun hemm applikanti jew benefiċċjarji.