Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pembroke — Spazji miftuħa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20609 dwar spazji miftuħa f’Pembroke, jista’ l-Ministru jgħid liem huma ż-żoni l-oħra li huma kkunsidrati bħala spazji miftuħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke li ż-żewġ żoni meqjusa bħala spazji miftuħa f’din il-lokalità huma: - Sit bejn Triq l-Imħallef William Harding u Triq Burma, u sit bejn Triq Manuel Buhagiar u Triq il-Mediterran.

Raħal Ġdid — Rapporti ta’ rwejjaħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22040, fejn intqal li saret laqgħa bejn il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), tista’ l-Ministru tgħid x’ser isir biex jiġu indirizzati l-irwejjaħ li qed ikun hemm f'Raħal Ġdid?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 22045, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kellha diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid rigward irwejjaħ fl-istess lokalità bil-għan li jiġu identifikati d-diversi sorsi li qed jikkontribwixxu għal dan l-inkonvenjent u jkomplu jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji. L-ERA se tkompli twettaq spezzjonijiet regolari kemm wara li jidħlu rapporti kif ukoll b’mod proattiv biex jiġi assigurat li l-operat fil-faċilitajiet tal-madwar ikun konformi mal-permess maħruġ mill-Awtorità jew mal-liġijiet relevanti.

Raħal Ġdid – Ġnien il-Mediterran

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-Ġnien il-Mediterran f'Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll meta u għal kemm żmien ingħatat din ir-responsabbiltà?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-ġnien imsemmi huwa mgħoddi lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Il-Fgura — Vjal Kottoner - Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jagħti data finali meta ser jibda l-proġett ta’ Vjal Kottoner fil-Fgura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fl-ewwel gimgħat tas-sena 2025, se jkun qed jibdew ix-xogħlijiet marbutin mat-tisħiħ tan-network elettriku fit-toroq biswit Vjal Kottoner il-Fgura. Dawn ix-xogħlijiet se jinvolvu wkoll it-tisħiħ tas-servizzi f’din it-triq. Din se tkun l-ewwel fażi tax-xogħlijeit fuq Vjal Kottoner.

Il-Fgura — Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl li tabelli li twaħħlu tul Triq il-Karmnu fil-Fgura u li kienu taw indikazzjoni li ser tibda r-rikostruzzjoni ta’ din it-triq, issa dawn reġgħu nqalgħu, jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-triq hux ser issir fl-immedjat? Jekk iva, meta hija ppjanata li tinbeda?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq talba tall-Kunsill Lokali, ntalab biex tingħata prijorità lir-rikostruzzjoni ta’ Vjal Kottner. Dawn il-proġetti ma jistgħux isiru konkurrenti minħabba li huma żewġ toroq kritiċi ta’ aċċess għal ġol-Fgura.

KNZ — Ħlas tal-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21908, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Segretarja tal-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ (KNZ) titħallasx mill-fond ta’ €25,000 li l-Aġenżija Żgħażagħ tagħti lill-KNZ u jekk iva, kemm hu l-ammont li titħallas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Bħal ma diġà ġie mtenni fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21908, il-KNZ jamministraw il-fondi b’mod indipendenti u awtonomu.

KNZ — Baġit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-fondi mogħtija lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNZ) fil-baġit għas-Sena 2025 ma żdiedux? Jista’ jgħid ukoll jekk jaħsibx li dawn il-fondi humiex biżżejjed għal din il-Kummissjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sports Scholarship Scheme – Fondi

Question

Fid-dawl li fis-sena 2023 intefqu €316,983 għal-Line Item 5630 Sports Scholarship Scheme u mill-2024 bdew jiġu allokati €200,000, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx allokati aktar fondi għas-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Digital Literacy Development — Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-fondi għal-Line Item 5708 - Digital Literacy Development minn €518,000 fl-2024 ġie mnaqqas għal €125,000 fl-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Fgura — Klinika tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Klinika tas-Saħħa tal-Fgura għandhiex linja tat-telefon sabiex il-pubbliku jkun jista’ jċempel? Jekk iva, jista’ jagħti n-numru konċernat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Primary HealthCare huwa mgħammar b’sistema ċentralizzata ta’ telefonija. Il-klijent għandu jċempel 21231231/21222444 u jaqbad mal-Client Support Centre fejn jiġi mgħoddi ma kull post li hemm bżonn fil-Primary HealthCare. Il-Klinka tal-Fgura tgħamel parti min din is-sistema.

Djar soċjali — Applikanti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21904, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li kienu qed jistennew housing soċjali mill-2014 sal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Kalkara — Charging Points tad-dgħajjes

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibdew jaħdmu ċ-Charging Points tad-dgħajjes ġewwa l-Kalkara peress li ilhom imwaħħlin sentejn u għadhom ma jaħdmux?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Baġit 2024 — Project Green - Infiq fuq proġetti

Question

Fid-dawl li fil-Baġit ippreżentat mill-Gvern għas-sena 2024, il-fondi tal-Project Green żdiedu għal €9,000,000, tista’ l-Ministru tagħti lista fuq liema proġetti se jkunu qed jintefqu dawn il-Fondi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Intepellanta li d-€9 miljun huma relatati mal-ispejjeż rikorrenti tal-aġenzija, jiġifieri l-operat tagħha. Il-baġit għas-sena 2025 allokat għall-proġetti huwa ta' €30,850,000. Huwa mmirat li matul is-sena li ġejja, Project Green tlesti 19-il proġett filwaqt li jkun inbeda x-xogħol fuq 22 proġett ieħor.

Santa Luċija — Triq Dawret it-Torri - Sleeping police

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir sleeping police fil-bidu ta’ Triq Dawret it-Torri, int u dieħel f’Santa Luċija?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta m’għandiex talbiet pendenti għal traffic calming measures fi Triq Dawret it-Torri, Santa Luċija.

Raħal Ġdid — Triq l-Arkata - Tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba titnaddaf Triq l-Arkata f’Raħal Ġdid f’perjodu ta’ xahar? Jista’ jindika l-ġranet meta jsir dan it-tindif?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li skond l-iskeda maqbula bejn il-kuntrattur u l-Kunsill Lokali, Triq l-Arkata tinkines kif ġej: Mit-Tnejn sal-Ħadd – Minn Pjazza Antoine de Paule sa Triq Sant’ Ubaldeska. It-Tlieta u l-Ġimgħa – Minn Triq Sant’ Ubaldeska ‘l isfel.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif intefqu l-fondi tal-Ministeru tiegħu fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll x’intefaq s’issa fl-2024 u kif se jintefqu l-kumplament tal-fondi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tkun iżjed speċifika fid-domanda tagħha.

MICAS — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-ftuħ tal-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) fil-25 ta’ Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti dan l-infiq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispiża relatata mal-ftuħ tal- Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) fil-25 ta’ Ottubru 2024 hija kif ġej: Loġistika (Set up) €80,245.07 Attivita’ għall-okkażjoni: €79,060.00 Elementi Artistiċi €45,445.70 Kuratur €5,310.00 Awdjoviżiv €11,865.10 Servizzi ta’ ġestjoni (sigurta, tindif etc) €917.40 Saħħa u Sigurta €1,568.04 Oħrajn €1,012.00 Irrid infakkar lill-Onor. Interpellant dwar l-importanza tal-MICAS u l-għan għal dan l-avveniment, li fil-fatt kien li jkun imniedi investiment ta’ €30 miljun parti minnu huwa ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja. IL-MICAS ser ikun qed isaħħaħ l-infrastruttura kulturali ta’ Malta billi jipprovdi pjattaforma għall-arti kontemporanja u l-internazzjonalizzazzjoni. Permezz tiegħu, Malta se tkun qed tieħu pass importanti ’l quddem b’dan l-ispazju, u se ssir protagonista proattiva tad-dinja tal-arti kontemporanja. Il-programm artistiku tal-MICAS se jinvolvi ruħu f’arti u kultura kontemporanja kemm globali kif ukoll lokali, u permezz ta’ hekk jippreżenta skeda ta’ esibizzjonijiet ta’ livell modjali minn artisti rinomati. L-għan tal- MICAS hu li jenerġizza pożittivament l-ekoloġija kulturali ta’ Malta u jħalli impatt fuq ir-reġjun Ewro-Mediterranju. Il-MICAS ser jippromwovi l-arti kontemporanja billi joħloq kuxjenza pubblika lejn is-sinifikat tal-arti viżiva fuq il-ħajja kontemporanja, u billi jpoġġi fuq quddiem nett il-mod kif l-arti u l-artisti jikkontribwixxu għal kif niżnu u ninterpretaw id-dinja li ngħixu fiha.

Project Green — Xiri ta’ Art pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk inxtratx art pubblika minn Project Green minn meta ġiet imwaqqfa u jekk iva, tista’ tgħid f’liema lokalitajiet u kemm ġew jiswew (każ b’każ)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Project Green se tkun qed tagħmel proġetti fuq erba’ siti li setgħu ġew żviluppati imma flok ma nbnew, dawn ġew mgħoddijin lilha mill-Awtorità tal-Artijiet biex titrasformahom fi spazji miftuħa għat-tgawdija mir-residenti. Dawn l-artijiet, b’valur stmat ta’ €20 miljun, jinsabu f’żoni urbani f’Ħal Lija, Ta’ Giorni, Ħal Kirkop u Ħal Luqa u jġibu total ta’ 8,000 metru kwadru.