Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24120 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20335 u 23027, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet fl-intier tagħhom u jgħid meta se jkunu lesti kompletament il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li hemm f’Bormla?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-kuntrattur responsabbli mix-xogħlijiet f'dan il-proġett ma żammx l-iskadenzi maqbula meta ngħata l-kuntratt, ittieħdet id-deċiżjoni li l-imsemmi kuntratt jitwaqqaf u sussegwentement jingħata lil ħaddieħor. Dan wassal għal dewmien mhux mistenni. Huwa ppjanat li l-proġett jitlesta sal-aħħar ta' din is-sena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24070, jista' l-Ministru jgħid meta ġie mgħoddi Ġnien il-Mediterran lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid x'sar minn kemm ilu f'idejn il-Ministeru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’April tal-2024 il-Ministeru issottometta l-applikazzjoni lill-LANDS.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda fi Project Green minn kemm ilha miftuħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Project Green inkorporat fi ħdanha l-operat ta’ Parks Malta u bħalissa għandha 149 ħaddiem li minnhom 66 ġew ingaġġati fl-aħħar sentejn skont l-HR plan approvat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk inħarġux direct orders minn Project Green u jekk iva, għal kemm proġetti?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 24186, ninasb infurmata li l-aġenzija ħarġet 4 direct orders b’rabta ma’ proġetti li l-ebda waħda minnhom ma qabżet il-valur ta’ €10,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Sħubijiet Pubbliċi-Soċjali (PSPs) fis-seħħ bħalissa, bejn il-Gvern u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li joffru servizzi lill-persuni bla dar? Jista’ jgħid ukoll kif joperaw dawn il-PSPs, pereżempju: jekk humiex ibbażati fuq numru ta’ ljieli ta’ akkomodazzjoni (bed nights); numru ta’ persuni differenti li bbenefikaw (unique persons), jew xi metodu ieħor?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bħalissa l-Ministeru għandhu 4 PSPs ma’ għaqdiet non-governattivi li joffru sevizzi lill-persuni bla dar.
L-għajnuna li tingħata permezz ta’ dawn il-ftehimiet lill-għaqdiet ikkonċernati hija bbażata fuq numru ta’ ljieli ta’ akkommodazzjoni (bed nights).
Irid jingħad li ħafna drabi min jagħmel użu minn dawn is-servizzi ikun fuq bażi temporanja u għaliex ikun għaddej minn problemi soċjali jew ta’ natura oħra, u li mhux neċessarjament minħabba nuqqas ta’ mezzi.
Minbarra dan, l-Ministeru qiegħed jgħin ukoll permezz ta’ Grant Agreements, lil fondazzjoni bi sħubija bejn il-Gvern, il-Privat u l-Volontarjat li tmexxi xelters ta’ emerġenza għall-irġiel u għan- nisa.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-ammont allokat f’fondi lil kull organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) li toffri servizzi lill-persuni mingħajr dar fl-2024, permezz ta’ Sħubijiet Pubbliċi-Soċjali (PSPs)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fis-sena 2024, l-4 ftehimiet li l-Ministeru għandu ma’ 4 għaqdiet non-governattivi, bejniethom kellhom allokat budget ta’ €1.2 miljun.
Minbarra din in-nefqa, fl-2024 il-Ministeru alloka €0.8 miljun taħt Grant Agreement lil fondazzjoni magħmula bi sħubija bejn il-Gvern, il-Privat u l-Volontarjat.
Sħubijiet Pubbliċi-Soċjali (PSPs) — Servizzi għall-persuni mingħajr dar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kwalunkwe PSP ġdid li hemm ippjanat għall-futur qarib fil-qasam ta’ servizzi għall-persuni mingħajr dar, u jindika l-iskop u l-baġit allokat għal kull wieħed?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru qiegħed f’taħditiet ma’ għaqda non-governattiva, bil-għan li tiġi mwaqqfa dar li tilqa’ nies ħergin minn programmi ta’ vizzji u li jkunu għaddejjin minn instabbilita’ f’ħajjithom. Madanakollu, għadu kmieni biex wieħed jgħid x’ser tkun l-allokazzjoni finanzjarja fuq dan il-proġett.
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għat-tħawwil ta’ arbuxelli, mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għall-manutenzjoni tal-ġonna operati minn Project Green, mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ġenerali tal-ispazji miftuħa mmaniġġjati minn Project Green issir fuq bażi regolari mill-impjegati tal-aġenzija stess. Dan filwaqt li tenders għax-xogħlijiet marbuta ma’ spazji miftuħa ġodda maħruġa minn Project Green jinkludu l-manutenzjoni tat-tali spazju sa massimu ta’ ħames snin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23500 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid meta se jibdew jaħdmu ċ-Charging Points tad-dgħajjes ġewwa l-Kalkara peress li ilhom imwaħħlin sentejn u għadhom ma jaħdmux?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet prinċipali huma lesti. Qed nistennew li jiġi mgħoddi cable tal-elettriku biex ikun jista’ jigi kkummisjonat is-servizz ġol-feeder pillars tax-Xatt tal-Birgu.
Fid-dawl li l-ġimgħa li għaddiet il-Ministru ħabbret li tħawlu 6,000 siġra u arbuxell fis-sena 2024, tista’ l-Ministru tgħid kemm minnhom kienu siġar u kemm minnhom kienu arbuxelli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nippreċiża li sal-aħħar tal-2024 tħawlu aktar minn 8,000 siġra u 25,000 arbuxell. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR 242111), maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar il-31 ta’ Diċembru 2024, li fiha tagħrif aġġornat dwar tħawwil ta’ siġar u arbuxelli ġodda li sar matul is-sena li għaddiet b’investiment ta’ €237,302 bħala parti minn diversi proġetti u inizjattivi kkordinati mill-entitajiet taħt il-gwida tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.
Project Green — Tħawwil ta’ siġar u arbuxelli - Nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm siġar tħawlu mill-bidu ta’ Project Green sa issa, kif ukoll x’kienet in-nefqa totali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-bidu tal-leġiżlatura sal-aħħar ta’ Diċembru 2024, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika ħawlu 44,363 siġra u 49,147 arbuxell b’investiment totali ta’ €713,834. Dawn apparti siġar u arbuxelli oħrajn li tħawlu minn entitajiet li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn.
Fil-każ ta’ Project Green, bħala parti mid-diversi proġetti li wettqet fis-sentejn li ilha mwaqqfa, l-aġenzija ħawlet 2,337 siġra u 6,447 arbuxell, b’investiment ta’ madwar €158,000.
Project Green — Manutenzjoni u l-irrigazzjoni tas-siġar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-pjan għall-manutenzjoni u l-irrigazzjoni tas-siġar li tħawlu mill-bidu ta' Project Green sa issa, kif ukoll l-ispejjeż sa issa u spejjeż proġettati għall-futur?
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ tenders li ħarġu minn Project Green għat-tħawwil ta’ siġar mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll liema minnhom kienu direct orders?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20335 u 23027, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet fl-intier tagħhom u jgħid meta se jkunu lesti kompletament il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li hemm f’Bormla?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.s
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Residenti li għandhom 35 sena jew inqas
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22033, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ tal-età ta’ 35 sena jew inqas fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi għal dawn l-aħħar 10 snin u f’liema diviżjonijiet kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din it-tip ta' informazzjoni bdiet tinġabar mis-sena 2019. Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16959 dwar bankina fi Triq il-Kaħwiela, f’Ħaż-Żabbar li tinsab fi stat perikoluż, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti tal-bankina li kienet nieqsa saritx jew le? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li din issir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-bankina fi Triq il-Kaħwiela saret riċentament minn Infrastruttura Malta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16968, tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-Ġnien tal-Foss, fil-Fgura u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fir-rigward tal-proġett li qiegħda ssir referenza għalih, dak tad-District Park fil-Fgura, Project Green qed tistenna l-approvazzjoni min-naħa tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) biex tissottometti l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-proġett se jkun qed jiġġenera żona fi ħdan il-fortifikazzjonijiet tal-Port il-Kbir fi spazju miftuħ bil-għan li jtejjeb l-estetika tal-post, jintegra l-konservazzjoni ekoloġika, u fl-istess waqt joħloq opportunitajiet rikreattivi.