Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Eurovision Song Festival — Reklami tal-Malta Film Studios

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reklami tal-entità Malta Film Studios waqt il-Malta Eurovision Song Festival u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25486.

Malta Eurovision Song Festival — Reklami ta’ Heritage MaltaMalta Eurovision Song Festival - Reklami ta’ Heritage Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reklami tal-entità Heritage Malta waqt il-Malta Eurovision Song Festival u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25486.

Malta Eurovision Song Festival — Reklami tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm reklami tas-servizz pubbliku waqt il-Malta Eurovision Song Festival u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25486.

Segretarju Parlamentari – Ħaddiema fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ingaġġati fis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24852.

Malta Eurovision Song Festival — Reklami minn Visit Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm reklami tal-entità Visit Malta waqt il-Malta Eurovision Song Festival u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25486.

Il-Birgu — Proġett tal-Pjazza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22348, issa li qegħdin f’nofs Frar 2025, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Birgu tlestewx? Jekk le, jista’ jgħid fiex waslu dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25026.

Il-Fgura — Triq Mahatma Ghandi - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22845, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fi Blokk A5, Triq Mahatma Ghandi, il-Fgura humiex lesti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Blokk A5, Triq Mahatma Gandhi, fil-Fgura ġie konkluż.

2025-2030 — Strateġija annwali tas-saħħa sesswali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25456 u jgħid min ġie kkonsultat rigward l-istrateġija annwali tas-saħħa sesswali 2025-2030 u kemm se jiswa biex jitwettaq?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ċentru Sportiv tal-Kottonera — Pixxina - Residenti tal-Fgura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25319 u 25578 u jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti tal-Fgura ma jistgħux jużaw il-pixxina taċ-Ċentru Sportiv tal-Kottonera?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-residenti tal-Fgura jistgħu jgħumu fil-pixxina tal-Kottonera, billi jkolllhom reġistrazzjoni jew minn Klabb tal-għawm, jew ma’ OnTheMove Programmes, jew mal-Kunsill Lokali.

Ħaż-Żabbar — Triq Wied il-Għajn - Bus shelter

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25563, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bus shelter li kien hemm fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar tressaqx minn postu meta saru xi xogħlijiet fiha? Jista’ jgħid ukoll jekk dan tressaqx temporanjament jew le? U jekk le, x’inhi r-raġuni għalfejn tressaq?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.