Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

L-impjieg taż-żgħażagħ f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jippromwovi l-impjieg taż-żgħażagħ f’Għawdex, minkejja l-isfidi ekonomiċi uniċi tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

In-numru ta’ żgħażagħ ta’ bejn 15 u 29 sena li jaħdmu ma’ employer Għawdxi skonti ċ-ċifri ppubblikati sa Ottubru 2024 kien ta’ 2484, imqabbel ma’ 1830 fl-2012. Naturalment dan ma jfissirx li l-Gvern ma jibqax jaħdem biex jattira investiment ta’ kwalità u jkattar l-investiment u Ministri kollegi jistgħu jagħtu iktar tagħrif dwar dan tal-aħħar. Infakkar ukoll li l-Gvern, permezz ta’ Jobsplus qed jibqa’ jinvesti fil-Garanzija għaż-żgħażagħ inizjattiva ta’ €10 miljun kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi lokali. Dan il-programm għandu l-għan li jtejjeb l-opportunitajiet taż-żgħażagħ (bejn il-15 u d-29 sena li m’humiex f’xogħol, taħriġ jew edukazzjoni) fis-suq tax-xogħol, inkluż f’Għawdex.

Istituzzjonijiet edukattivi – Aċċess għal servizzi tas-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li s-servizzi tas-saħħa mentali jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ, inkluż fl-iskejjel u l-universitajiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Istituzzjonijiet edukattivi — numru ta’ konsulenti u psikologi disponibbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex in-numru ta’ konsulenti u psikologi disponibbli għaż-żgħażagħ fl-istituzzjonijiet edukattivi jiżdied?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Midja — Litteriżmu u detox diġitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra l-litteriżmu fil-midja u programmi ta’ detox diġitali fl-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-litteriżmu fil-midja u l-benesseri diġitali huma mdaħħla b’mod ċar fil-kurrikulu nazzjonali permezz ta’ suġġetti speċifiċi kif ukoll f’suġġetti obbligatorji. Permezz ta’ Pilastru 1: Inrawmu Ċittadini Diġitali Globali, li jinsab fl-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali, l-iskejjel qed jiġu mħeġġa jimplimentaw inizjattivi relatati mal-użu kritiku tal-midja, l-imġiba responsabbli online u bilanċ diġitali. Barra minn hekk, b’kollaborazzjoni mat-3CL Foundation, ġie żviluppat Fake News Manifesto, li qed jintuża bħala għodda edukattiva biex jgħin lill-istudenti jidentifikaw u jirrispondu għal informazzjoni falza b’mod kritiku u infurmat. Dawn l-isforzi huma f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE u jsaħħu l-ħiliet diġitali meħtieġa għall-parteċipazzjoni sigura u responsabbli fis-soċjetà diġitali.

Skema għax-xiri ta’ Electric Scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema fuq ix-xiri ta’ Electric Scooters li kien hemm is-sena li għaddiet, hiex ser terġa’ toħroġ din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema għax-xiri ta’ Electric Scooters ħarġet fl-4 t’April li għadda.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Santa Luċija — Ġnien taċ-Ċiniżi – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se tkun kompletament lesta l-estensjoni tal-Ġnien taċ-Ċiniżi ġewwa Santa Luċija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq parti minn Ġnien is-Serenità miexi kif ippjanat u huwa mmirat li din il-parti tinfetaħ għat-tgawdija tal-pubbliku fil-ġimgħat li ġejjin.

Klassijiet li m’għandhomx class aid jew LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn klassijiet f’kull skola ta’ Malta u Għawdex li għandhom iktar minn 18-il student u li m’għandhomx Class Aid jew LSE?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li filwaqt li klassi jista’ jkollha aktar minn 18-il student fil-klassi, bħalissa fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex hawn total t’erba’ (4) klassijiet li m’għandhomx Class Support jew LSE.

Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ – Edukazzjoni u ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiżgura li l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ tindirizza d-diskrepanza bejn l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Edukazzjoni vokazzjonali — Immodernizzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex l-edukazzjoni vokazzjonali (MCAST, ITS) tiġi mmodernizzata biex tirrifletti industriji ġodda bħal AI?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kuntratti prekarji u nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern qed jittratta l-kwistjoni tal-kuntratti prekarji u n-nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol li jolqtu b’mod sproporzjonat lill-ħaddiema żgħażagħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Intraprendituri żgħażagħ u negozji ġodda – Miżuri ta’ appoġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri hemm fis-seħħ biex jappoġġjaw lill-intraprendituri żgħażagħ u negozji ġodda, inkluż aċċess aħjar għall-finanzjament tal-Unjoni Ewropea u mentoring tan-negozju?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li biex tappoġġa lill-intraprendituri żgħażagħ u negozji ġodda, inkluż aċċess aħjar għall-finanzjament tal-Unjoni Ewropea, Jobsplus tamministra żewġ skemi li huma Aċċess għall-Impjiegi (A2E) u l-Investing in Skills. Għalkemm dawn iż-żewġ skemi m’humiex speċifikament għal negozji ġodda, dawn il-kumpaniji jistgħu xorta jibbenefikaw mis-sussidju provdut minn dawn l-iskemi jekk il-kriterji stabbiliti jkunu milħuqa. l-Aċċess għall-Impjiegi (A2E) tipprovdi sussidju finanzjarju lil min iħaddem talli jsir reklutaġġ ta’ impjegati vulnerabbli waqt li l-Investing in Skills tagħti sussidju finanzjarju lill-kumpaniji li jinvestu f’taħriġ għall-impjegati tagħhom. Iżjed informazzjoni dwar x’miżuri hemm fis-seħħ biex jappoġġjaw lill-intraprendituri żgħażagħ u negozji ġodda, inkluż aċċess aħjar għall-finanzjament tal-Unjoni Ewropea u mentoring tan-negozju, għandha tingħata mill-Ministeri responsabbli.

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom f’dawn l-aħħar 11-il sena? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn l-iskejjel u meta saret din il-manutenzjoni, maqsuma skola, skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Saħħa mentali — Żgħażagħ li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li talbu l-għajnuna fuq mard relatat mas-saħħa mentali f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Żgħażagħ b’correctional order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’correctional order f’dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll x’età kellhom meta kienu fil-Faċilità Korrettiva u f’liema diviżjoni kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm erba’ żgħażagħ b’correctional order. Tlieta kellhom 16-il sena waqt li l-ieħor kellu 14-il sena.