Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26746 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirefferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27935.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Infiq fuq reklamar

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26747 u tgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tagħha fl-entitajiet li jaqgħu taħtha fl-2024? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27936.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26748 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 27937.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26749 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27938.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Infiq fuq reklamar

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26750 u tgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet li jaqgħu taħtha fl-2024? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27783.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Żgħażagħ b’correctional order

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26725, jista’ l-Ministru jgħid għal xiex iż-żgħażagħ imsemmija fl-istess tweġiba ddaħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Santa Luċija — Ġnien taċ-Ċiniżi - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26729, tista’ l-Ministru tgħid meta se jkun lest kollu l-Ġnien taċ-Ċiniżi f’Santa Luċija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ġnien li qed tirreferi għalih fil-mistoqsija parlamentari huwa Ġnien l-Iskultura. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR 250723) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar it-2 ta’ Mejju 2025 li fiha dettalji dwar dan il-proġett li ġie inawgurat dakinhar, jiġifieri 17-il ġurnata ilu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Infiq fuq reklamar

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26741 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali. Fir-rigward tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, din tagħmel użu wkoll minn mezzi tax-xandir internazzjonali sabiex tkun tista’ tirreklama l-prodott turistiku Malti.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26742 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tagħmel referenza għal mistoqsija parlamentari nru 27832.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26743 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 27834.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26744 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor .Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26744.

Ġonna ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew kreati ġonna ġodda f’dawn l-aħħar għaxar snin? Tista’ tispeċifika liema huma dawn il-ġonna u meta ġew riġenerati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni fir-rigward ta’ ġonna ġodda kif ukoll ġonna u siti oħrajn li ġew riġenerati fil-perjodu indikat mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.

Sigurtà taż-żgħażagħ u tfal online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-gvern se jaħdem biex jiżgura s-sigurtà taż-żgħażagħ u tfal online fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jieħu diversi miżuri biex jiżgura sigurtà akbar għaż-żgħażagħ u t-tfal online, b’mod partikolari fuq il-midja soċjali. Dawn jinkludu; 1. Promozzjoni tal-eSafety – Skont il-Pilastru “Inrawmu Ċittadini Diġitali Globali” tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2025–2030, qed jitrawmu ħiliet ta’ sigurtà online minn età bikrija. 2. Żvilupp ta’ Kompetenzi Kritiċi – Żgħażagħ qed jiġu mgħallma kif jidentifikaw riskji, inkluż fake news u kontenut ta’ riskju, permezz ta’ inizjattivi bħall- Fake News Manifesto li għadna kif nedejna flimkien mat- 3CL Foundation . 3. Linji gwida Ewropej fuq l-AI u d-Data – Qed jiġu applikati gwidi etiċi għall-użu ta’ teknoloġiji ġdida sabiex jiġi żgurat l-użu responsabbli ta’ data personali u AI, b’sensibilizzazzjoni partikolari dwar il-privatezza. 4. Proġetti Ewropej u Sensibilizzazzjoni – Permezz ta’ programmi bħal eTwinning u kampanji ta’ edukazzjoni diġitali, qed jinħoloq ambjent edukattiv aktar sigur u konxju għall-użu tal-midja soċjali. Dawn l-inizjattivi qed jikkontribwixxu sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jgawdu b’mod sigur u responsabbli mid-dinja diġitali.

Żgħażagħ li telqu mill-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu żgħażagħ minn pajjiżna f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: SENAŻGĦAŻAGĦ LI TELQU MINN MALTAŻGĦAŻAGĦ LI ĠEW MALTA 20192,30510,905 20203,7915,199 20213,3866,581 20223,95814,447 20236,71617,645 L-iktar statistika riċenti ppubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar in-numru ta’ żgħażagħ li telqu minn u ġew pajjiżna hija għas-sena 2023. It-tabella tinkludi persuni li kienu ilhom jgħixu Malta minn tal-inqas sena kif ukoll tinkludi persuni li għandhom il-ħsieb li jgħixu Malta minn tal-inqas sena u għalhekk jiġu meqjusa bħala residenti ta’ Malta. Għaldaqstant, dawn iċ-ċifri jinkludu kemm persuni ta’ nazzjonalità Maltija kif ukoll dik barranija. Id-definizzjoni ta’ żagħżugħ skont il-Kummissjoni Ewropea tirreferi għal persuni ta’ bejn il-ħmistax u d-disgħa u għoxrin sena. Huwa importanti li kwalunkwe interpretazzjoni ta’ din id-data issir bl-għarfien li din id-data hija ibbażata fuq stimi maħdumin fuq reġistri u sorsi alternattivi b’ margin of error li jvarja skont il-kwalità tas-sorsi użati.

Project Green — Proġetti li għadhom ma tlestewx

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23497, tista’ l-Ministru tgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet imsemmija fl-istess tweġiba?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpelllanta li x-xogħlijiet imsemmija fit-tweġiba li qed issir referenza għaliha tlestew, ħlief għar-Rainwater Harvesting Park f'Għajnsielem. Sadattant, inbeda x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-ġnien f’Villa Portelli.

Ħaż Żabbar — Housing Estate - Manutenzjoni tas-saqaf

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26717, jista’ l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol imsemmi fl-istess tweġiba?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol biex jitneħħa l-periklu ġie ċertifikat f’nofs Settembru 2024. Sadanittant, il-permess għax-xogħol ta’ tibdil tas-saqaf inħareġ, u x-xogħol ġie mogħti lill-kuntrattur. L-ordni tax-xogħlijiet, li tinkludi dan il-każ fost diversi xogħlijiet oħra, għandha titlesta sa mhux aktar tard minn nofs Lulju 2025.

Artificial Intelligence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex jiżgura li ż-żgħażagħ ikunu litterati b’mod diġitali u ppreparati għall-karrieri tagħhom speċjalment fejn tidħol teknoloġija bħal Artficial Intelligence (AI)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru qed jaħdem b’mod attiv biex jiżgura li ż-żgħażagħ Maltin ikunu litterati diġitalment u ppreparati għall-karrieri futuri, speċjalment f’oqsma ġodda bħall-Intelliġenza Artifiċjali (AI). Biex jintlaħaq dan l-għan, hemm dawn l-inizzjattivi kollha: 1. Strateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2025–2030 – qed tiżviluppa kompetenzi diġitali minn età bikrija, inkluż għarfien fuq l-użu responsabbli tal-AI. 2. Proġetti Pilota fuq l-AI – ġiet introdotta pjattaforma ta’ tagħlim personalizzat fil-matematika, bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ AI b’kollaborazzjoni mal-MDIA u UoM. 3. Parteċipazzjoni f’Proġetti Ewropej – permezz tal-Proġett Paideia , qed jiġu mħarrġa l-edukaturi dwar l-użu etiku tal-AI fil-kurrikulu tal-istudenti. 4. Gwidi Etiċi fuq l-AI – qed jiġi promoss użu ta’ AI fil-klassi li hu responsabbli u mmexxi mill-valuri Ewropej. 5. Allinjament ma’ Qafas Ewropew u Malti – l-inizjattivi huma bbażati fuq DigComp 2.2 u fuq ir-roadmap nazzjonali Digital Decade 2023–2030 . 6. Titjib tal-Ħiliet Diġitali – permezz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-eSkills 2022–2025, qed jitrawmu ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati. 7. Sensibilizzazzjoni u Involviment Komunitarju – kampanji bħall- Fake News qed isaħħu l-ħiliet kritiċi u diġitali fost iż-żgħażagħ speċjalment fejn jidħol l-AI. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi, il-Gvern qed jiżgura li ż-żgħażagħ ikunu lesti għal sfidi u opportunitajiet ġodda fil-qasam diġitali u tal-AI.

Cyber bullying u fastidju online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif bħala pajjiż qed nindirizzaw is-cyber bullying u l-fastidju online fost iż-żgħażagħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi s-Cyber Crime Unit (CCU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, regolarment immorru fi skejjel primarji, sekondarji u post sekondarji, kif ukoll entitajiet akkademiċi oħra, fejn jorganizzaw taħdidiet lill-istudenti dwar cyber bullying, fastidju online, u l-użu xieraq ta’ pjattaformi diġitali. Dan barra l-kampanji ta’ għarfien li jixxandru fuq it-televiżjoni nazzjonali u programmi fuq ir-radju, bil-għan li tintlaħaq udjenza iktar wiesgħa, b’enfasi partikolari fuq theddid attwali u l-impatt tiegħu fuq il-minuri. Sezzjonijiet speċjali jsiru lill-ġenituri u persuni li jkollhom tutela tat-tfal, li fihom jiġi enfasizzat li rwol tagħhom relatat mal-ħarsien tat tfal fuq l-internet, fejn fost materja oħra fejn tiġi spjegata ir-responsabiltà tagħhom dwar miżuri ta’ prekawzjoni u superviżjoni, għal ġid ta’ wliedhom. Dan kollu jsir b’koperazzjoni ma NGO’s u entitajiet oħra dedikati għal ħarsien tat-tfal, biex jiġi assigurat koordinament u rispons adegwat fejn jirrigwardja riskju sostanzjali ta’ abbuż onlajn b’detriment għal minuri u teenagers. Dawn huma uħud mill-inizjattivi, minn impenn aktar wiesgħa, biex jitnaqqas dan l-abbuż.

Fastidju online — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ fastidju online fost iż-żgħażagħ f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija hemm elenkat ir-reat ta’ fastidju online, liema data hi disponibbli mis-sena 2022, u tinkludi l-każi kollha inkluż dawk li jikkonċernaw minuri. L-ammonti ta’ tali reati u cioe’ ta’ fastidju online mis-sena 2022 sal-aħħar ta’ Marzu 2025, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt. Reat ċibernetiku ta’ fastidju online Sena Ammont 2022 53 2023 47 2024 24 2025 sa Marzu 11