Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27416 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24126, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew jaħdmu ċ-Charging Points tad-dgħajjes fil-Kalkara?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’tip ta’ permess għandu kull każin f’Malta u Għawdex biex ikun jista’ jopera?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27800 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm ġiet tiswa l-karozza tal-linja li ġiet mikrija f’Għawdex għall-membri kollha tal-Kabinett, nhar it-Tnejn 7 ta’ April ta’ din is-sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-Pulizija kienu assenjati (detailed) fiż-żona tad-divertiment f’Paceville:
• fil-lejl bejn it-2 ta’ Mejju u t-3 ta’ Mejju, u
• fil-lejl bejn it-3 ta’ Mejju u l-4 ta’ Mejju?
Jista’ jgħid ukoll x’kien il-grad ta’ kull wieħed minn dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-Pulizija kienu assenjati fiż-żona tad-divertiment f’Paceville matul l-iljieli bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, kif ukoll bejn is-Sibt u l-Ħadd, mill-ewwel tmiem il-ġimgħa tas-sena 2025 sa nofs April 2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fiż-żona tad-divertiment f’Paceville il-korp tal-pulizija jkollu pulizija assenjati skont il-jiem u ċ-ċirkostanzi u jassigura dejjem li jkun imħejji għal dak kollu li jista’ jinqala. Dan in-numru jvarja skont il-bżonn u ċirkostanzi partikulari. Minbarra n-numru ta’ pulizija li jkunu assenjati speċifikament fiż-żona ta’ divertiment f’Paceville,
Kemm tad-distrett u Pulizija tal-komunità hemm ukoll ir-rondi tal-pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Dan minbarra skwadri oħra speċjalizzati li wkoll jassistu skont il-bżonn.
Infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li beda x-xogħol f’Paceville se jibda jopera proġett ta’ cameras li jkun imqabbad ma’ control room bil-għan li s-sorveljanza ssir waħda iktar intelliġenti fejn napprofittaw mill-vantaġġi u l-effiċjenza li tista’ tagħti t-teknoloġija. Dan mistenni jkun lest sas-Sajf li ġej.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26921 u jgħid jekk kienx hemm diskussjonijiet bejn il-Kummissarju għat-Tfal u l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija u/jew entitajiet oħra, dwar il-binja taċ-Ċentru Ċiviku f’Santa Luċija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma kienx hemm diskussjonijiet/laqgħat bejn il-Kummissarju għat-Tfal u l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija rigward il-binja taċ-Ċentru Ċiviku f’Santa Luċija.
Minkejja dan, kien hemm diskussjoni interna fuq il-materja mal-kunsill.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27412 dwar kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet din il-manutenzjoni u f’liema skejjel saret f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Edukazzjoni u ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26731 u 27413 u jgħid kif qed jiżgura li l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ tindirizza d-diskrepanza bejn l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ addottat l-għanijiet strateġiċi li hemm elenkati fil-politika nazzjonali taż-żgħażagħ u ħejjiet programmi għall-tran¿azzjonijiet speċifiċi fid-diversi livelli edukattivi liż-żgħażagħ jgħaddu minnhom matul it-traġit akkademiku tagħhom biex tibda tippreparhom sa mill-adoloxxenza. Il-programmi tat-tranżazzjoni jibnu fuq xulxin u jibqgħu jakkumanpjaw liż-żgħażagħ fi stadji aktar avvanzati fiż-żogħzija tagħhom.
L-Aġenzija Żgħażagħ tikkollabora m’entitajiet oħra li jassistu liż-żgħażagħ li ġejjin minn oqsma varji, sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u b’hekk iż-żgħażagħ jifhmu u jagħmlu għażliet infurmati dwar dak li joffri s-suq tax-xogħol. Permezz ta’ programmi dwar ħiliet il-ħajja ikunu jistgħu jerġgħu jidħlu f’taħrig u jsibu mpjieġ jew ikomplu bl-istudji tagħhom biex ikabbru l-għarfien akkademiku u jakwistaw il-ħiliet neċessarji skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u b’hekk b’mod realistiku jkunu jistgħu jidħlu wkoll fid-dinja tax-xogħol.
Barra minn hekk hemm diversi dokumenti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet, fosthom in-National Employment Policy u l-Pjan ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali tad-Dikjarazzjoni ta’ Osnabrück, kif ukoll f’S.L. 605.10, li tiddeskrivi l-funzjoni tiegħu bħala kunsill li jfassal politika biex inkunu preparati għad-dinja tax-xogħol t’għada u li nqarrbu aktar is-settur ta’ l-edukazzjoni mal-industrija.
Il-viżjoni tal-kunsill hija li jrawwem kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, biex nilħqu l-potenzjal sħiħ, f’dinja dinamika tax-xogħol, filwaqt li l-missjoni tiegħu huwa li mmexxu ‘l quddiem aġenda tal-ħiliet ibbażata fuq l-evidenza, b’enfasi fuq l-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali u l-ġid tal-individwu.
Kuntratti prekarji u nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27415 u jgħid kif il-Gvern qed jittratta l-kwistjoni tal-kuntratti prekarji u n-nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol li jolqtu b’mod sproporzjonat lill-ħaddiema żgħażagħ?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-AL 452.92, AL 452.108, AL 452.127 u r-Regolamenti tal-2022 dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli, għall-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452) u Regolamenti tal-2023 dwar Aġenziji tal-Impjieg li daħħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2024. Ma’ dawn wieħed irid iqis ukoll il-miżuri implimentati sa mill-2013, sabiex nindirizzaw ix-xoghol prekarju fil-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26751 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 27831.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26752 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28006.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26753 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26754 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 28007.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26755 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26756 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26745 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?