Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27800 u 28120 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Prim Ministru rispettivament u jgħid kemm ġiet tiswa l-karozza tal-linja li ġiet mikrija f’Għawdex għall-membri kollha tal-Kabinett, nhar it-Tnejn 7 ta’ April ta’ din is-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27800 u 28120 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Prim Ministru rispettivament u jgħid kemm ġiet tiswa l-karozza tal-linja li ġiet mikrija f’Għawdex għall-membri kollha tal-Kabinett, nhar it-Tnejn 7 ta’ April ta’ din is-sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza tal-linja li ntużat hija propjetà tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, u allura ma nkrietx. L-ispiża tal-operat kienet dik marbuta mas-sewwieq tal-istess karozza tal-linja u din ma taqbiżx Ewro 16.87.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27806 u 28250 u jgħid kif il-gvern qed jindirizza ż-żgħażagħ b’talent li qed jitilqu minn Malta għal opportunitajiet aħjar f’pajjiż ieħor? Jista’ jgħid ukoll hux qed isir xi studju dwar din il-problema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żgħażagħ u l-istudenti tagħna huma mħeġġa jieħdu opportunitajiet ta’ tagħlim u esperjenza barra minn Malta biex iwessgħu l-orizzonti tagħhom ffinanzjati mill-fondi Ewropej fosthom il-programm ERASMUS+. B’hekk student/a tista’ ittejjeb il-ħiliet akkademiċi u vokazzjonali tiegħu/tagħha, imma wkoll il-ħiliet transversali bħal kommunikazzjoni, l-ħsieb kritiku u analitiku, l-kreattività, li huma l-ħiliet tal-futur. Ma’ dawn hemm ukoll opportunitajiet li żgħażagħ Maltin ikomplu l-istudji fuq livelli post-terzjarji f’livelli ta’ Master u Dottorat f’pajjiżi oħra fi programmi akkademiċi speċjalizzati.
Infurmat li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet ser ikun qed jagħmel riċerka aktar profonda dwar l-emigrazzjoni ta’ talent Malti. L-iskop huwa li nidentifikaw kemm hi sinifikanti din it-tip ta’ emigrazzjoni, u jekk hiex marbuta ma’ xi settur speċifiku. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet jaħdem fuq mudell ta’ evidence-informed policy-making u għalhekk wieħed ma’ jistax jagħmel spekulazzjonijiet qabel ma jkollna f’idejna riċerka simili.
Skont data maħruġa mill-KE, Malta għandha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-UE kollha u dan iwassal għal aktar opportunitajiet għall-istudenti tagħna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28381 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid jekk hux qed isir xi xogħol fil-Bajja tal-Ġnejna? Jista’ wkoll jiżgura li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiġi evitat li jweġġa’ xi ħadd, peress li minkejja li hemm tabella li tindika fejn hemm periklu, xorta waħda jistgħu jidħlu n-nies li jkunu hemm?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa mhux qed isir xogħol mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-Bajja tal-Ġnejna.
Madwar erba’ snin ilu, id-Dipartiment kien installa
chainlink fence
f’parti mill-bajja sabiex tipproteġi lil min ikun qed jgħum f’dik iż-żona minn ġebel li jista' jaqa’ u jitgerbeb mill-irdum li hemm wara l-bajja. Twaħħlu wkoll diversi tabelli li jwissu lill-pubbliku li hemm periklu u li min jidħol wara l-fence jkun qed jagħmel dan riskju tiegħu.
Parkeġġ riservat u personalizzat għal persuna b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna jkollha spazju ddedikat għaliha għall-parkeġġ tad-diżabilità u li fit-tabella tal-parkeġġ imsemmi jkun hemm in-numru tal-pjanċa tal-vettura tagħha, ikunx hemm bżonn li l-blue badge tkun fuq id-dashboard waqt li tkun ipparkjata? Jekk iva, ġaladarba n-numru tal-vettura jkun jaqbel man-numru li hemm indikat fuq it-tabella tal-parkeġġ, x'inhu l-iskop li jkun hemm ukoll il-blue badge fuq id-dashboard? Jista’ jgħid ukoll minn liema artiklu tal-liġi joħroġ dan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm it-tabella fuq il-post riservat tindika liema vettura hija eleġibbli għall-użu tiegħu, hija l-Blue Badge valida fuq id-dashboard tal-vettura li tikkonferma l-eleġġibbiltà tal-persuna għall-parkeġġ riservat personalizzat. Dan il-prinċipju huwa sostnut mil-liġi, b’mod partikolari Kapitlu 560 tal-Liġijiet ta’ Malta, Artikolu 8(2), li jiddikjara li l-Blue Badge għandha tkun esibita b’mod prominenti fuq il-windscreen tal-vettura li tkun qed tagħmel użu minn parkeġġ riservat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27817, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex iż-żgħażagħ telqu minn Malta? Jista’ jgħid ukoll dawk iż-żgħażagħ li ġew Malta, kenux Maltin jew barranin? Jekk huma Maltin, jista’ jgħid ukoll meta telqu minn Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nibda billi nirrimarka li l-Onor. Interpellant użat tweġiba għal mistoqsija parlamentari oħra biex tipprova tqarraq, u tiżgwida lill-pubbliku dwar data li hija diġà aċċessibbli għal kulħadd.
Ninnota wkoll illi, in-narrativa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet imgiddba wkoll mill-Fact Check tat-Times of Malta, ippubblikat il-Ħamis 16 ta’ Jannar 2025, li kopja ta’ dan l-artiklu qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Intant, ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-NSO ma tiġborx data dwar ir-raġuni kif qed jintalab fl-ewwel parti tal-mistoqsija tagħha. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, data li pprovda l-NSO tirreferi għas-snin kif indikat eż: persuna li tkun telqet minn Malta fi kwalunkwe perjodu matul l-2023, bl-intenzjoni li tibqa’ barra minn Malta għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar tkun meqjusa bħala emigrant għas-sena 2023.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28020 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27412 dwar kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet din il-manutenzjoni u f’liema skejjel saret f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27416 u 28043 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24126, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew jaħdmu ċ-Charging Points tad-dgħajjes fil-Kalkara?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għas-servizzi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28044 u 28045 li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika rispettivament u jgħid liema awtorità tirregola l-każini, u kif inhuma rregolarizzati l-każini f’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel u x-xorb?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dwar permessi ta’ Każini f’dawn il-gżejjer, il-Pulizija tipproċessa biss reġistrazzjoni ta’ postijiet bħala każini, abbażi tal-provedimenti tal-Artiklu 195, tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap 10, tal-Liġijiet ta’ Malta.
Dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni nitlob lill-Onor. Membru tirreferi għal Leġislazzjoni Sussidjarja numru 10.21. Permessi oħra li jkollhom il-każini dwar dak li għandu x’jaqsam mal-ikel u x-xorb mhux il-kompitu tal-Pulizija u għaldaqstant l-Onor. Interpellant mitluba tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28047 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jgħid x’tip ta’ permess għandu kull każin f’Malta u Għawdex biex ikun jista’ jopera?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tal-Birgu u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tal-Isla u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tal-Kalkara u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tax-Xgħajra u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Żgħażagħ b’correctional order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex iddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iż-żgħażagħ (tlieta li kellhom sittax-il sena u wieħed li kellu erbatax-il sena) li kellhom correctional order f’dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll f’liema diviżjoni kienu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Parkeġġ riservat u personalizzat għal persuna b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna jkollha spazju ddedikat għaliha għall-parkeġġ tad-diżabilità u li fit-tabella tal-parkeġġ imsemmi jkun hemm in-numru tal-pjanċa tal-vettura tagħha, ikunx hemm bżonn li l-blue badge tkun fuq id-dashboard waqt li l-karozza tkun ipparkjata? Jekk iva, ġaladarba n-numru tal-vettura jkun jaqbel man-numru indikat fuq it-tabella tal-parkeġġ, x'inhu l-iskop li jkun hemm ukoll il-blue badge fuq id-dashboard? Jista’ jgħid ukoll minn liema artiklu tal-liġi joħroġ dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità ta’ Santa Luċija u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tal-Gudja u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.