Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Żgħażagħ b’correctional order

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28431 u 29099 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid għal xiex iddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iż-żgħażagħ (tlieta li kellhom sittax-il sena u wieħed li kellu erbatax-il sena) li kellhom correctional order f’dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll f’liema diviżjoni kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27876.

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28020, 28735 u 29134 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27412 dwar kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet din il-manutenzjoni u f’liema skejjel saret f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn l-2024 u l-2025 saret manutenzjoni f’110 binja differenti. Il-manutenzjoni tvarja skont in-neċessita ta’ kull binja.

Ix-Xgħajra — L-art madwar il-grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art li tinsab madwar il-grawnd tal-futbol fix-Xgħajra hix tal-Gvern jew ta’ xi entità oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Art indikata fil-mistoqsija parlamentari hija tal-Gvern fejn biċċa tidher li mhix mikrija dokument immarkat Land 2 u biċċa oħra hija mikrija lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra dokument immarkat Land 1. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti indikati.

Ix-Xgħajra — L-art madwar il-grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art li tinsab madwar il-grawnd tal-futbol fix-Xgħajra hix tal-Gvern jew ta’ xi entità oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ix-Xgħajra — L-art madwar il-grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għall-art ta’ madwar il-grawnd tal-futbol fix-Xgħajra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Sport Malta applikat għall-allokazzjoni ta’ dan is-sit, liema applikazzjoni ġiet approvata u qegħdin fil-proċess tad-drafting tal-agreement. Sadanittant daħlet applikazzjoni mingħand il-Kunsill lokali tax-Xgħajra sabiex jitolbu Grant Consent biex japplikaw għall-PA Permit biex jagħmlu embellishment f’dan is-sit. Peress li l-Awtorità tal-Artijiet approvat li dan is-sit jigi allokat lil Sport Malta, l-istess Awtorità talbet lil Kunsill Lokali tax-Xgħajra sabiex jiksbu no objection mingħand Sports Malta.

Sindki u l-Kunsilliera Lokali — Żieda fl-onorarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29075 li orġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid meta se tidħol fis-seħħ iż-żieda fl-onorarja tas-Sindki u tal-Kunsilliera Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nifhem li ż-żieda li l-interpellant qiegħda tirreferi għaliha hija probabbilment iż-żieda ta’ €1,000 fl-allowance li jitħallsu inter alia lis-Sindki, Viċi Sindki u Kunsilliera. Din se tidħol fis-seħħ fil-ġranet li ġejjin hekk kif ikun ippubblikat f'waħda mill-edizzjonijiet li jmiss tal-Gazzetta l-Gvern l-avviż legali relattiv.

Sindki u l-Kunsilliera Lokali — Żieda fl-onorarja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29075 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid meta se tidħol fis-seħħ iż-żieda fl-onorarja tas-Sindki u tal-Kunsilliera Lokali?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29179.

Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28989 u jgħid kemm hemm bus shelters f’Malta u Għawdex li huma magħmula biex jipprovdu kenn adegwat u liema huma dawn il-bus shelters?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mill-kunsilli lokali rispettivi u mgħoddija lili.

Bus stages

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28991 u jgħid kemm hemm bus stages f’Malta u Għawdex fejn persuni ma jkunux jistgħu jistkennu fihom u liema huma dawn il-bus stages?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mill-kunsilli lokali rispettivi u mgħoddija lili.

Ix-Xgħajra — Ċentru ta’ Matul għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jinfetaħ Ċentru ta’ Matul il-Jum (Day Centre) għall-Anzjani ġewwa x-Xgħajra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li s-suġġett inkwistjoni ġie diskuss fid-dawl ta’ interess ġenwin, iżda d-diskussjonijiet għadhom pendenti u mistennija jkomplu fil-futur qrib.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Żgħażagħ b’correctional order

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28431 u jgħid għal xiex iddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iż-żgħażagħ (tlieta li kellhom sittax-il sena u wieħed li kellu erbatax-il sena) li kellhom correctional order f’dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll f’liema diviżjoni kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28020 u 28735 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27412 dwar kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet din il-manutenzjoni u f’liema skejjel saret f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28387 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm hemm bus shelters f’Malta u Għawdex li huma magħmula biex jipprovdu kenn adegwat u liema huma dawn il-bus shelters?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28387 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm hemm bus shelters f’Malta u Għawdex li huma magħmula biex jipprovdu kenn adegwat u liema huma dawn il-bus shelters?

Response (BONNICI, OWEN)

Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.

Bus stages

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28388 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm hemm bus stages f’Malta u Għawdex fejn persuni ma jkunux jistgħu jistkennu fihom u liema huma dawn il-bus stages?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Bus stages

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28388 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm hemm bus stages f’Malta u Għawdex fejn persuni ma jkunux jistgħu jistkennu fihom u liema huma dawn il-bus stages?

Response (BONNICI, OWEN)

Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.

Ix-Xgħajra — Kunsill Lokali - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fil-Kunsill Lokali tax-Xgħajra? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħaddiema minnhom li jaqgħu taħt l-iskema tal-Community Workers Scheme?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tax-Xgħajra għandu 16-il ħaddiem u li 12 minnhom huma parti mill-Community Workers scheme.

Sindki u l-Kunsilliera Lokali — Żieda fl-onorarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tidħol fis-seħħ iż-żieda fl-onorarja tas-Sindki u tal-Kunsilliera Lokali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Każini — Permessi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28047 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jgħid x’tip ta’ permess għandu kull każin f’Malta u Għawdex biex ikun jista’ jopera?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28754.