Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Interpellant illi ġejt infurmat li hemm 9 impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Sindki u Kunsilliera
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tagħha, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Tista’ tgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li hemm impjegat wieħed (1) fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħti li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li hemm għaxar (10) impjegati fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsilli Lokali.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Sindki u Kunsilliera
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tagħha, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Tista’ tgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, inklużi d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, hemm 23 impjegat li fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f'xi rwol f'xi Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29681 u jagħti rendikont ta’ kif intefqu l-€5,000,000 għall-Mediterrane Film Festival?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-element predominanti tal-infiq kollu relatat mal-Mediterrane Film Festival sar permezz ta’ sejħiet għal offerti pubbliċi (tenders), b’konformità mar-regolamenti dwar il-provvista ta’ servizzi fi ħdan il-Kummissjoni Maltija għall-Films. Spejjeż relatati ma’ vjaġġi, akkomodazzjoni u trasport lokali kienu kollha inklużi fl-istess sejħiet pubbliċi.
Ta’ min isemmi li din is-sena ’l fuq minn 11,500 parteċipant attendew it-tnejn u tmenin attività pubblika li ġew organizzati bħala parti mill-Mediterrane Film Festival. Aktar dettalji jkunu mħabbra fiż-żmien li ġej f’rapport pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm total ta' 10 kunsilliera lokali (8 eletti f'isem il-Partit Laburista u 2 eletti f'isem il-Partit Nazzjonalista) li huma impjegati taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li jinkludi is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, is-Segretarju Parlamentari għar-Riforma u l-Ugwaljanza u l-entitajiet li jaqgħu taħthom.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi ġejt infurmat li hemm seba’ (7) impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li hemm 17-il impjegat full time, u 2 impjegati part-time fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li taħt il- Ministeru, entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, hemm 4 impjegati li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi ġejt infurmat li hemm għaxar (10) impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħti li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28753, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jibdew jaħdmu ċ-Charging Points tad-dgħajjes fil-Kalkara?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejna infurmati li l-meters tas-servizzi ser ikunu qed jitwaħħlu fil-ġimgħat li ġejjin. Tajjeb ninfurmaw li l-operat ta’ dawn iċ-charging points ser ikun f’idejn il-MAFA.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29536 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25403, dwar xogħlijiet fil-Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar minn April 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.
Meta l-Aġenzija Sapport tapprova li persuna tingħata parkeġġ bi Blue Badge bin-numru tal-pjanċa tal-vettura, jista’ l-Ministru jgħid x’ikun jonqos isir iktar minn Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm idum il-proċess minn meta persuna tikkwalifika għal parkeġġ bi Blue Badge, biex ikun jista’ jsir il-parkeġġ quddiem il-bieb?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li l-Aġenzija Sapport tinforma lil Transport Malta bir-rakkomandazzjoni tagħha li l-applikant huwa eliġibbli għal parkeġġ personalizzat riservat, Transport Malta torganizza spezzjoni fuq il-post fil-preżenza tal-applikant jew ta’ rappreżentant tal-applikant. Jekk l-ispezzjoni msemmija tkun sodisfaċenti, Transport Malta tapprova l-post fejn għandu jsir il-parkeġġ u tibda l-proċess sabiex tinħareġ ordni lill-kuntrattur sabiex iwettaq ix-xogħol meħtieġ.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ġonna li għaddejjin ix-xogħlijiet fihom u tispeċifika x’tip ta’ xogħol qed isir f’kull ġnien?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28715, ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet li qegħdin isiru bħalissa f’diversi ġonna mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika huma kif ġej:
Fi Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq, fil-Belt Valletta, qed jiġu installati sistemi ġodda għall-irrigazzjoni, kif ukoll qegħdin isiru tiswijiet tas-sistema tad-drenaġġ u interventi ta’ lqugħ tal-ilma biex jitnaqqas iċ-ċans ta’ perkolazzjoni tal-ilma fl-istrutturi ta’ taħt il-ġnien. Se tinbidel ukoll is-sistema tal-elettriku u se jiġu installati pompi, filtri tal-ilma u dawl ġdid. Barra minn hekk, se tiġi installata għamara ġdida bħal bankijiet u reċipjenti tal-iskart.
Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Park Ġdid f’Marsaskala li se jieħu post l-impjant ta’ Sant’Antnin - F’dan il-post inbeda proġett ta’ madwar €37 miljun fejn qegħdin isiru xogħlijiet preparatorji. Dawn jinkludu t-tindif tas-sit, l-iskavar ta’ ġibjun ġdid, rotta ġdida għas-servizzi eżistenti, trasferiment tal-materjal skavat għal żoni oħra fl-istess sit u l-kostruzzjoni ta’ ħitan ta’ lqugħ għal-landscaping u strutturi oħra futuri. It-tħaffir tal-lag u t-twaqqigħ tal-bini eżistenti huma mistennija jibdew fix-xhur li ġejjin.
Fi Ġnien Romeo Romano, f’Santa Venera, qed isir xogħol ta’ restawr ta’ ħitan filwaqt li għaddej ir-restawr ta’ razzett antik u t-trasformazzjoni tiegħu f’ċentru edukattiv inklussiv.
Għaddej ix-xogħol fuq ġnien ġdid fil-Birgu fejn qabel kien hemm it-tankijiet tal-ħażna taż-żejt. F’dan is-sit ta’ madwar 1,500 metru kwadru li fl-aħħar snin kien jikkonsisti biss f’pjattaforma tal-konkos, se jitħawlu madwar 1,500 siġra u 38 arbuxell, isiru faċilitajiet għall-ħażna tal-ilma u se tinħoloq ukoll żona għall-attivitajiet.
Bħalissa qed issir ukoll riġenerazzjoni tal-Ġnien tal-Marina, f’Tal-Pietà, fuq medda ta’ 4,400 metru kwadru. Inħolqot green way ta’ 210 metri għar-roti u għall-ġiri, ġew riabilitati l-passaġġi kollha, inbidlu s-servizzi fosthom id-dawl tal-ġnien, twaħħlet għamara ġdida u ġiet irranġata l-funtana.
Fil-Park tal-Familja f’Bengħajsa għaddej ix-xogħol fuq estensjoni ta’ 7,000 metru kwadru. Qed isir ukoll il-proġett tar-Rainwater Harvesting Park f’Għajnsielem fejn qed jinħoloq spazju multifunzjonali b’diversi attrazzjonijiet, kif ukoll għaddej xogħol fuq Ġnien l-Appoġġ, f’Raħal Ġdid, fejn se jinħoloq spazju inklussiv u interattiv fuq medda ta’ 5,000 metru kwadru.
Bħalissa qed isiru wkoll interventi ta’ tisbiħ fi Ġnien tal-Gardjola, fl-Isla, li jinkludu t-tneħħija ta’ speċi aljeni u invażivi, it-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli ġodda u estensjoni tas-sistema tal-irrigazzjoni.
Proġetti oħrajn li hemm għaddej ix-xogħol fuq is-siti rispettivi tagħhom huma dawk tal-Valley Walkway li tgħaqqad Wied Speranza ma’ Wied il-Qlejgħa, ir-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Saver Zarb f’San Ġiljan u tisbiħ ta’ Ġnien Palma f’Ħ’Attard, kif ukoll il-Proġett Silva Pathways fejn qed jiġu restawrati żewġ żoni afforestati fl-Aħrax ta’ Ġewwa u l-Miżieb, fil-Mellieħa, li jkopru medda ta’ aktar minn 55,000 metru kwadru – id-daqs ta’ 7 grawnds tal-futbol.
Inbdiet ukoll ir-riabilitazzjoni tar-riserva naturali tas-Simar f’San Pawl il-Baħar mifruxa fuq madwar 4,000 metru kwadru t’art li bħalissa tinsab mitluqa. Fost affarijiet oħra, se jiġu installati sistemi ta’ sigurtà u sistema ta’ drip irrigation, se jinħolqu mogħdijiet permeabbli, u se jsir żbir u manutenzjoni tas-siġar eżistenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ ħaddiema li jaħdmu fil-Customer Care tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll kemm normalment persuna iddum tistenna fuq il-linja sakemm tkun imwieġba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-Customer Care tal-Isptar Mater Dei hemm żewġ shifts ta’ ħames persuni f’kull shift. Il-Customer Care hu miftuħ 12-il siegħa kuljum mit-07:45 sas-19:45, sebat ijiem fil-ġimgħa, inkluż fil-festi pubbliċi.
Infurmat, li l-membri tal-Customer Care jaraw medja ta’ 60 każ kuljum ta’ walk-ins u jirċievu medja ta’ 340 email kuljum.
Għar-rigward tal-ħin li normalment persuna iddum tistenna fuq il-linja sakemm tkun imwieġba jiddependi min-numru ta’ telefonati li jkunu qed isiru dak il-ħin u l-ħin biex każijiet mressqa jkunu jistgħu jiġu solvuti. It-telefonati jiġu mwieġba mill-Call Centre.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jinqalgħu xi pjazez jew jibdew xi xogħlijiet fuqhom sal-aħħar ta’ din is-sena? Jekk iva, jista’ jidentifika liema huma dawn il-pjazez?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pjan li se jibda xogħol fuq:
· Misraħ Kirkop, Kirkop;
· Pjazza tas-Saqqajja, Rabat;
· Misraħ Karmnu Grima, Żejtun;
· Pjazza ta’ Ħal Tarxien, u
· Pjazza ta’ Ħal Safi.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Housing f’Bormla?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet huma mistennija jitlestew sa tmiem din is-sena. Wara t-tlestija, ikun għad fadallu jsir il-proċess ta’ compliance mal-Awtorità tal-Ippjanar, li għandu jkun konkluż sa Frar tal-2026.