Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29970 u jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29966 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-kunsilli lokali li qegħdin fihom dawn il-persuni li huma mpjegati mal-MAFA huma dawk ta’ Ħal Kirkop, Birkirkara, Siġġiewi, Żejtun, Marsaskala, Għargħur, Iklin; u Xagħra, Għarb u Rabat f’Għawdex.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29965 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Sezzjoni
Kunsill Lokali
Ministeru
San Ġwann
Ministeru
Msida
Entità
Mosta
Entità
Gżira
Sezzjoni Kunsill Lokali
Ministeru San Gwann
Ministeru Msida
Entita Mosta
Entita Gzira
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29964 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Sezzjoni
Kunsill Lokali
Ministeru
Żejtun, Kirkop, Għaxaq, Żurrieq, Marsascala
Segretarjat Parlamentari
Isla, Żabbar
Corporate Services Directorate
Safi
Heritage Malta
Ħamrun, Żejtun
Lands Authority
Luqa
Malta Libraries
Żabbar
MICAS
Msida
Restoration and Preservation Department
Marsaxlokk
Culture Directorate
San Lawrenz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29963 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Sezzjoni
Kunsill Lokali
MFT
Mdina
MFT
Ħad-Dingli
MFT
Ħaż-Żebbuġ
EUCD
Ħal Għaxaq
MTA
Għarb
ITS
Lija
ITS
Mellieħa
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29962 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabella t’hawn taħt:
Sezzjoni
Kunsill Lokali
Segretarjat tal-Prim Ministru
Marsa (Kunsillier)
Birgu (Viċi Sindku)
Ufficcju tas-Segretarju Permanenti, Vizjoni Malta 2050 (Implimentazzjoni u Koordinazzjoni)
Xgħajra (Viċi Sindku)
Stamperija tal-Gvern
Pembroke (Kunsillier)
PA to Lawrence Gonzi
Fgura (Kunsillier)
Segretarjat Parlamentari Riformi u l-Ugwaljanza
Pembroke(Sindku)
Segretarjat Parlamentari Riformi u l-Ugwaljanza
Ghaxaq(Kunsillier)
Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali
Ghaxaq(Vici Sindku)
MCCAA
Hal Balzan (Kunsillier)
MCCAA
Rabat (Vici-Sindku)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29706 dwar xogħlijiet fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid u fejn ġie mwieġeb li “bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.”, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-istakeholders li qed isiru diskussjonijiet magħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix iżjed xi nżid ma dak li diġa weġibt.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar kif ħarġet is-sejħa għas-CEO tan-National Arts Council?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li huwa importanti li jiġi ċċarat li l-isem korrett huwa Arts Council Malta u mhux National Arts Council.
Barra minn hekk, il-proċess kien dak kontemplat skont l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Arti (Att XV tal-2015).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta f’kull kors f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li n-numru ta’ studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta f’kull kors matul dawn l-aħħar għaxar snin jinsabu b’mod pubbliku fuq; https://www.um.edu.mt/about/facts/numbers/graduates/ Referenza għall-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li għaddew mill-eżamijiet tal-MATSEC u SEC f’kull suġġett (Livelli Ordinarju, Intermedju u Avvanzat) għal kull sena, f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istatistika mitluba taċ-Ċertifikat għall-Edukazzjoni Sekondarja [SEC] u tal-Matrikola tinsab pubblika u aċċessibbli bħala parti mir-rapport annwali fuq is-sit tal-MATSEC: https://www.um.edu.mt/matsec/reportscommunication/statisticalreports/
Statistika għall-livelli kollha, li tkopri s-snin 2020 – 2025 tinsab ukoll aċċessibbli mill-paġna sussegwenti tal-MATSEC:
https://www.um.edu.mt/matsec/reportscommunication/generalstatistics
Referenza għaż-żewġ websites qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29865 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm binjiet u uffiċini tal-Gvern għandhom roof garden?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29865 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm binjiet u uffiċini tal-Gvern għandhom roof garden?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li hemm 4 impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħti li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li hemm 32 impjegat fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor . Interpellant illi ġejt infurmat li hemm 3 impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jien infurmat li hemm tmien impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li mill-informazzjoni disponibbli hemm 9 impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. interpellant li ġejt infurmat li hemm impjegat wieħed fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġie elett f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.