Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Sindki u Kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30133 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29974 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-lokalitajiet huma: Ħaż-Żebbuġ, Żejtun, Rabat (Għawdex), Gudja, Ħamrun, Marsa, Mosta, Qrendi, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Santa Venera, Xewkija, Siġġiewi, Mellieħa, Floriana, Gżira, Raħal Ġdid, San Ġiljan, Attard, Sliema, Ta’ Xbiex, Msida, Pieta, u Wied il-Għajn.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Roof Gardens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30075 u jgħid kemm binjiet u uffiċini tal-Gvern għandhom roof garden?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li huma 9, l-binjiet u uffiċini tal-Gvern li għandhom roof garden .

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29971 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-għaxar (10) impjegati fl-entitajiet ta' Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol huma eletti f’dawn il-kunsilli lokali: Lokalità Membri Ix-Xgħajra 1 Ħal Qormi 1 Żebbuġ (Għawdex) 1 Għarb (Għawdex) 1 Birżebbuġa 2 Gudja 1 Paola 1 Fgura 1 Ħal Safi 1

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29969 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tagħha, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, tista’ l-Ministru tgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tabella t’hawn taħt: Sezzjoni Kunsill Lokali Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Birżebbuġa

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29968 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi ġejt infurmat li l-impjegati fid-dekasteru li jien responsabbli minnu u illi ġew eletti f’kunsill lokali, kienu eletti fil-lokalitajiet ta’ Rabat, San Pawl il-Baħar, Qormi, Marsa, Birkirkara, Siġġiewi, Santa Venera u Luqa.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29967 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjegat fid-dekasteru li jien responsabbli minnu u illi ġie elett f’kunsill lokali, kien elett fil-lokal ta’ Paola.

Blue Badge — Parkeġġ Riservat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29707, jista’ l-Ministru jgħid kemm idum il-proċess biex Transport Malta twettaq l-ispezzjoni għall-eliġibilità għal parkeġġ personalizzat riservat?  Jista’ jgħid ukoll kemm idum biex attwalment isir dan il-parkeġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk ma jkunx hemm problemi partikolari jew ostakli mhux mistennija, dan il-proċess normalment ma jdumx aktar minn sitt ġimgħat. Madankollu, kull każ għandu l-kumplessità u ċ-ċirkostanzi tiegħu.

Dixxiplini Sportivi — Benefiċċji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28389, jista’ l-Ministru jgħid x’benefiċċji jiġu offruti mill-Gvern għal kull dixxiplina sportiva differenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru jipprovdi assistenza finanzjarja, skont il-bżonn, lill-diversi dixxiplini sportivi. Din l-assistenza tingħata sabiex ikun jista’ jsir l-investiment meħtieġ, b’mod partikolari fil-faċilitajiet tagħhom.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Kunvent (kantuniera ma') Triq il-Karmnu - U-Bar tal-Ħadid

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-korrispondenza bejn il-Kunsill Lokali u Transport Malta dwar il-U-Bar tal-ħadid fi Triq il-Kunvent kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikkjarifika liema naħa tat-toroq msemmija qed tirreferi.  Dan għaliex infurmat li f'dan il-post li hemm żewġ djar li għandhom U-bars fil-kantuniera tat-toroq imsemmija.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Kunvent (kantuniera ma') Triq il-Karmnu - U-Bar tal-Ħadid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ġiet irrifjutata U-Bar tal-ħadid fi Triq il-Kunvent kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità analizzat it-talba relatata mal-installazzjoni ta’ U-Bar, fejn irriżulta li tali installazzjoni tkun qed toħloq ostaklu għall-moviment fuq il-bankina.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Kunvent (kantuniera ma') Triq il-Karmnu - Inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fi Triq il-Kunvent kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, f’Ħaż-Żabbar matul din l-aħħar sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar — Triq Wied il-Għajn u Triq is-Santwarju – Binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti lid-Dipartiment tas-Sanità fuq binja mhux kompluta bejn Triq Wied il-Għajn u Triq il-Karmnu, għal Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar, minħabba li t-triq qed tkun mimlija ġrieden li qed joħorġu minn din il-binja? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ azzjoni ttieħdet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jinvestiga kull ilment illi jirċievi. Infurmat illi matul din is-sena, ġew reġistrati żewġ ilmenti fuq plot li tinsab fl-akkwati li qed tagħmel referenza għaliha l-interpellanta. Mill-investigazzjonijiet li saru, ma kienet innutata l-ebda infestazzjoni jew akkumulu ta’ żibel li seta jikkontribwixxi għal tali infestazzjoni. Intant, bħala prekawzjoni, infurmat illi t-taqsima tal-kontroll tal-Firien fi ħdan l-istess Direttorat wettqu trattamenti għal kontra l-ġrieden f’din iż-żona.

Ħaż-Żabbar — Triq Wied il-Għajn u Triq is-Santwarju – Binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti dwar binja mhux kompluta bejn Triq Wied il-Għajn u Triq il-Karmnu, għal Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar? Jista’ jgħid ukoll x’azzjoni ttieħdet mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar irċieva sitt rapporti relatati ma’ binja mhux kompluta bejn Triq Wied il-Għajn u Triq il-Karmnu, għal Triq is-Santwarju. L-ilmenti li kienu relatati mal-kundizzjoni tal-bankina ġew riferuti lill-BCA, rigward l-ilmenti relatati ma’ ġrieden ħerġin mil-binja nitlob l-Onor. Interpellant tirreferi ukoll għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30145.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29978 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsilli Lokali huma s-segwenti – Birkirkara, Birżebbuġa, Fontana, Kalkara, Pembroke, Rabat, Santa Luċija, Żabbar u Żejtun.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Sindki u Kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamntari 29977 u jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?  Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru?  Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li mill-informazzjoni disponibbli hemm 12-il impjegat fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29976 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjegati fid-dekasteru li jien responsabbli minnu u li ġew eletti f’ Kunsill Lokali, kienu eletti fil-lokalitajiet ta’ Bormla, Nadur (Għawdex), Mtarfa, Żurrieq, Birkirkara, San Ġiljan, Fgura u Tarxien.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29975 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati fid-dekasteru li jien responsabbli minnu u illi ġew eletti f’kunsill lokali, kienu eletti fil-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Ħal Għargur u Ta’ Xbiex.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29974 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29973 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru għall-Finanzi u/jew id-dekasteru tiegħu, qegħdin fil-kunsilli lokali tal-Belt Valletta, Sta. Lucija u n-Nadur Għawdex.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29972 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tagħha, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, tista’ l-Ministru tgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-impjegati fid-dekasteru li jien responsabbli minnu u li ġew eletti f’kunsill lokali, kienu eletti fil-lokalitajiet tal-Birgu, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, Għajnsielem, il-Gudja, l-Iklin, l-Isla, Marsaxlokk, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imtarfa, il-Qrendi, ir-Rabat (Malta), San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ħal Tarxien, iż-Żebbuġ (Għawdex), Ħamrun, Mellieħa u Żurrieq.