Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Fgura - Triq il-Karmnu - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien daħlu rapporti li Triq il-Karmnu l-Fgura, speċifikament in-naħa t’isfel lejn Triq Hompesch, għerqet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li Infrastructure Malta kellha rapport wieħed fejn sar ilment rigward ilmijiet f’din iż-żona.

Il-Fgura - Triq il-Karmnu - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien daħlu rapporti li Triq il-Karmnu l-Fgura, speċifikament in-naħa t’isfel lejn Triq Hompesch, għerqet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Fgura irċieva żewġ rapporti mingħand l-istess persuna, li kien qed iżomm ammont żgħir ta’ ilma fi Triq il-Karmnu.

Kunsilli lokali - Skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw skemi lil kull kunsill lokali individwalment matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.

Kunsilli lokali - Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru proġetti minn kull kunsill lokali individwalment matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura mill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30122, jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema partit jappertjenu s-sindki u l-kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Filwaqt li ninsab infurmat li l-Ministeru ma jiġborx tali informazzjoni kif mitluba mill-Interpellanta, insaqsi x’differenza għandha taghmel jekk kunsillier ikunx ma’ partit jew ma’ ieħor. Jidher li l-Oppozizzjoni trid tibqa tittimbra lin-nies li jaħdmu mal-Gvern, anke dawk eletti mill-poplu fi ħdan il-kunsilli lokali, jekk humiex Laburisti jew Nazzjonalisti. Inżid illi ma’ dan il-Gvern jaħdem kulħadd, irrispettivament mit-twemmin politiku li l-persuna tħaddan.

Kunsilli lokali - Ambaxxatur taż-Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li għandhom Ambaxxatur taż-Żgħażagħ fis-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li, skont informazzjoni miġbura mill-Kunsilli Lokali, din is-sena hemm sitt Ambaxxaturi taż-Żgħażagħ.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30136, jista’ l-Ministru jgħid minn liema kunsilli lokali huma dawk l-impjegati li qed jagħmel referenza għalihom fl-istess tweġiba u xi rwol għandhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-persuni eletti fil-Kunslli Lokali huma minn dawn il-lokalitajiet; il-Birgu, l-Msida, Ħal Safi, ż-Żurrieq, Floriana, Victoria, l-Għarb, Ta’ Kerċem, Ta’ Sannat, il-Fontana u x-Xagħra.

Il-Kalkara - Charging Points tad-dgħajjes - Meters

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29705, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-meters tas-servizzi taċ-Charging Points tad-dgħajjes fil-Kalkara, twaħħlux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li s-servizzi tal-meters twaħħlu mill-Enemalta u l-WSC fl-aħħar ta’ Lulju.

Xogħlijiet fuq pjazez

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29687, dwar xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru fil-pjazez hekk kif imsemmija fl-istess tweġiba, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu qegħdin jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet f’Misraħ Kirkop, Kirkop għadhom ma bdewx peress li qed nistennew l-approvazzjoni tal-permessi neċessarji. Rigward il-Pjazza tas-Saqqajja, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ entitajiet ikkonċernati rigward l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet. Il-proġett ta’ Misraħ Karmu Grima, Żejtun tlesta f’nofs Settembru ta’ din is-sena. Ix-xogħol fil- Pjazza ta’ Ħal Tarxien qed jiġi implimentat, liema xogħol mistenni li jkun lest fit-tieni  kwart tas-sena 2026. Hekk kif jigi ffinalizzat id-disinn tal- Pjazza ta’ Ħal Safi,  tkun tista’ tigi ppublikati s-sejħa għall-offerti.

Infrastructure Malta - Talbiet mill-Kunsilli Lokali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30772 u jipprovdi lista ta’ toroq li kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex talab lill-Infrastructure Malta biex isir xogħol fihom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel refrenza għall-mistoqsija parlamentari nru 25185.

Kunsilli Lokali - Ġbir ta’ skart - Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li lmentaw dwar problemi relatati mal-ġbir tal-iskart u jispeċifika f’liema toroq kienu dawn l-ilmenti? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba lmenta kull kunsill lokali minn meta daħlet fis-seħħ is-sistema l-ġdida?

Response (BONNICI, OWEN)

Jien ninsab informat li hemm linja ta’ komunikazzjoni tajba bejn il-Kunsilli Lokali, ir-Reġjuni u l-kuntratturi, anke b’mezzi ta’ komunikazzjoni moderni mhux biss dawk tradizzjonali, sabiex jiġi assigurat li l-proċess tal-ġbir tal-iskart muniċipali ikun tajjeb kemm jista’ jkun.

L-Università ta’ Malta - Parking 6 - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-binja l-ġdida li ser tkun Parking 6 fl-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li mhu ser ikun hemm l-ebda binja ġdida fil-parkeġġ imsemmi għajr li parti minuri minnha ser tintuża biex takkomoda l-binja tas-Sustainable Living Complex.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 30776.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nr. 30776.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nr 30776.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nr 30776.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30776.