Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali - Ġbir ta’ skart - Ilmenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30794, jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti relatati ma’ ġbir ta’ skart, maqsuma għal kull kunsill lokali individwalment matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

M'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt għal domanda parlamentari 30794.

L-Università ta’ Malta - Parking 6 - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30793, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-binja li qeda tinbena f’dak li qabel kien parti minn Parking 6 fl-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li qed issir referenza għal binja li tissejjaħ Sustainable Living Complex, li tikkomprendi erba' sulari 'l-fuq mil-livell tal-art, Blokk A, B, C u D, u żewġ sulari taħt l-art, fuq firxa totali ta’ madwar 26,000 metri kwadri. Huwa maħsub li Blokk B, C u D, u ż-żewġ sulari ta’ taħt ikunu lesti, biex tidħol l-għamara u t-tagħmir fl-ewwel kwart ta’ 2026, biex jibdew jintużaw. Xi tagħmir diġà beda jintrema’ fis-sular ta’ taħt. Il-pjan huwa li l-aħħar blokk jitlesta sal-bidu ta’ 2027.

Forti Ricasoli - Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30775, jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex isir iktar xogħol ta’ restawr fil-Forti Ricasoli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-interventi li se jsiru fiż-żmien li ġej se jsiru abbażi tal-pariri tekniċi mogħtija mid-Diviżjoni tar-Restawr u l-Preservazzjoni.

Uffiċini tal-Gvern - Roof gardens

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30162, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema lokalità huma l-binjiet u uffiċini tal-Gvern li għandhom roof garden?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninfurma lill-Onor Interpellanta  li l-binjiet u l-uffiċini tal-Gvern li għandhom roof garden u f’liema lokalita                                                                                                                                                                                                                                                 fejn dawn jinsabu huma kif ġej: Gene Bank Plant Technology Centre Hal-Lija IMU Level 3 fi hdan l-Ministeru tas-Saħħa u l-An¿janita Attiva -St Luke’s Gwardamangia Qrendi Resource Centre Skola Sekondarja Santa Luċija MCAST Applied Sciences-Raħal Ġdid Fakulta Ambjent Malti-Universita ta’Malta,Msida Id-Dipartiment tal-Gvern lokali  Belt Valletta Valletta Design Cluster San Vinċenz de Paule -Hal-Luqa

Ħaż-Żabbar - Triq il-Farfett tal-Fejġel - Irwejjaħ ta’ drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li terġa’ tinqala’ t-triq bejn Triq il-Farfett tal-Fejġel, (il-parti li tiela lejn Triq iż-Żarżarell) f’Ħaż-Żabbar, biex titranġa l-problema  hekk kif qed ikun hemm irwejjaħ qawwija ta’ drenaġġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 31384.

Ħaż-Żabbar - Triq il-Farfett tal-Fejġel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu rapporti lill-Wasteserv f’dawn l-aħħar tliet snin fuq il-katusi tad-drenaġġ li hemm bejn Triq il-Farfett tal-Fejġel, (il-parti li tiela’ lejn Triq iż-Żarżarell) f’Ħaż-Żabbar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qabel xejn ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-entità responsabbli mill-infrastruttura tad-drenaġġ mhix il-Wasteserv, imma l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. U allura ninfurmaha wkoll li lill-Korporazzjoni ma sarilha ebda rapport dwar il-katusi tad-drenaġġ fit-triq indikata. Il-Korporazzjoni kontinwament tispezzjona l-mejnijiet tan-network tagħha biex tassigura li dawn jinżammu fl-aħjar qagħda possibbli.  Bħala parti minn dan il-proċess l-imsemmi mejn sa jkun qed jiġi spezzjonat.

Ħaż-Żabbar - St.Peter’s - Bandli - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bandli ta’ St Peter’s, f’Ħaż-Żabbar u meta ser jitlesta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li qed jitlestew il-proċeduri finali mitluba mill-Awtorità tal-Ippjanar, meħtieġa qabel jibda x-xogħol fuq il-bandli ta’ St Peter’s, li qed jiġi ffinanzjat minn fondi tal-istess Awtorità tal-Ippjanar. Il-kuntratt tax-xogħlijiet diġà ġie ffirmat u l-proġett hu mistenni jitlesta sa April 2026.

Kunsilli lokali - Cat feeders - Sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sussidju ngħata mill-kunsilli lokali lill-cat feeders f’kull kunsill lokali ta’ Malta u Għawdex individwalment?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura mill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Studenti żgħażagħ li jaħdmu full-time u part-time

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28382 u 28383, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena, li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew full time u li fl-2023 u l-2024 nqatgħalhom l-istipendu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul is-sena akkademika 2023/2024 kien hemm 6 studenti li fil-perkors tal-kors tagħhom twaqfilhom l-istipendju wara li kienu daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship training. Kien hemm ukoll ħdax 11-il student ieħor li m’applikawx għall-istipendju imma huma wkoll daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship training. Matul is-sena akkademika 2024/2025 kien hemm 3 studenti li fil-perkors tal-kors tagħhom twaqfilhom l-istipendju wara li kienu daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship Training u 10 studenti oħra li m’applikawx għall-istipendju u daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship training. Infurmat ukoll li matul is-sena akkademika 2023/2024 kien hemm madwar 3,306 student u 3,666 oħra fis-sena akkademika 2024/2025 li kienu f’impjieg part-time iżda li ma jaqbiżx it-30 siegħa fil-ġimgħa kif hu permess taħt il-Liġi Sussidjarja 605.06 – Regolamenti Dwar l-Għotjiet Ta’ Manteniment Għal Studenti f’dawn l-etajiet hekk kif ġej: - Sena akkademika 2023 – 2024 - Studenti f’impjieg part-time skond l-eta` tagħhom Eta` 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31+ 3306 Studenti 175 301 557 644 563 388 291 141 73 42 34 15 19 14 6 43 Sena akkademika 2024 – 2025 - Studenti f’impjieg part-time skond l-eta` tagħhom Eta` 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31+ Studenti 193 314 621 683 653 483 311 154 84 55 32 22 15 6 11 29

Studenti żgħażagħ li jaħdmu full-time u part-time

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28382 u 28383, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena, li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew full time u li fl-2023 u l-2024 nqatgħalhom l-istipendu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Studenti żgħażagħ li jaħdmu full-time u part-time

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28382 u 28383, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena, li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew full time u li fl-2023 u l-2024 nqatgħalhom l-istipendu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar - Venda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex issir venda f’Ħaż-Żabbar? Jekk iva, jista’ jindika fejn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotta 90 għandha t-tluq tagħha minn Ħaż-Żabbar. Il-bidu ta’ din ir-rotta huwa mill-bus stop “Baruni”, li jinsab fi Triq is-Santwarju. Dan minbarra l-ewwel tliet vjaġġi ta’ filgħodu li jibdew mill-bus stop “Santwarju”.

Arts Council - Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li fl-aħħar sena rriżenjaw mill-Arts Council?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li fil-Kunsill Malti għall-Arti hemm b'kollox 48-il ħaddiem.  Fl-aħħar sena ngħaqdu 4 ħaddiema u rriżenjaw 4.  Minn dawn l-4, persuna maret taħdem f’entita’ oħra Governattiva u t-3 l-oħra marru lura mas-Servizz Pubbliku.

Il-Fgura - Vjal il-Kottonera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titlesta Vjal il-Kottoner fil-Fgura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett ta’ Vjal Kottoner fil-Fgura qed isir f’fażijiet sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għar-residenti, ħwienet u dawk kollha li jagħmlu użu minn din it-triq. Infurmat lix-xogħol hu previst li jkun lest f’nofs is-sena 2026.

Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet ingħataw l-iktar ċitazzjonijiet, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni tal-Korp tal-Pulizija u tal-LESA, bejn Jannar 2025 u l-aħħar ta’ Settembru 2025, il-lokalitajiet huma San Pawl il-Baħar, San Ġiljan u Birkirkara.

Il-Fgura - Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru xi xogħlijiet biex titranġa Triq il-Karmnu l-Fgura, speċifikament in-naħa t’isfel lejn Triq Hompesch?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Karmnu l-Fgura għadhom mhux finalizzati kollha u għad irid isir l-ittestjar neċessarju.