Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31375 u 31538 u jgħid kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Reġjun Ċentru - Managers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Ċentru fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ma jeżisti ebda Kunsill Reġjonali Ċentru.

Reġjun Punent - Managers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Punent fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Punent.

Reġjun Għawdex - Managers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Għawdex fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Għawdex.

Reġjun Tramuntana - Managers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Tramuntana fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Tramuntana.

Reġjun Port - Managers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Port fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena?  Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Port.

Reġjun Lvant - Managers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Lvant fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Lvant.

Ġnien ta’ San Anton - Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31376 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tgħid jekk sarx xogħol ta’ manutenzjoni fil-Ġnien ta’ San Anton speċifikament fuq il-passaġġi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara sejħa għall-offerti minn Project Green, it-tender għall-proġett ta’ Sant Anton intrebaħ u ġie ngaġġat il-kuntrattur fil-proġett. Bħalissa l-Aġenzija qiegħda tiġbor id-dokumenti u l-approvazzjonijiet meħtieġa biex il-kuntrattur ikun jista’ jibda x-xogħol. Ix-xogħlijiet se jiġu esegwiti f’fażijiet, fejn l-aċċess pubbliku se jinżamm miftuħ f’żoni li ma jkunx qed isir xogħol fihom. Kull fażi se tirrestawra parti mill-ġnien, li terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku kif titlesta.

Binjiet tal-Gvern - Uffiċini

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31387, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet tal-Gvern li jservu bħala uffiċini għal skopijiet ta’ amministrazzjoni b’kollox u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Il-Fgura - Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31371, fejn ġie mwieġeb li “x-xogħlijiet fi Triq il-Karmnu l-Fgura għadhom mhux finalizzati kollha u għad irid isir l-ittestjar neċessarju”, jista’ l-Ministru jgħid x’jonqos isir u meta ser jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jonqos l-ittestjar tal-asfalt u li bħalissa qiegħed fil-proċess tal-assesjar. Fadal xogħol ta’ finishing li previst li jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin.

Fort Campbell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħditx azzjoni biex il-periklu f’Fort Campbell jiġi indirizzat? Jekk iva, x’azzjoni ttieħdet?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministeru kkonċernat. (Korrezzjoni Ara Dokument PL 6205 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 396 tat-3 ta’ Novembru 2025)

Persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31375 u jgħid kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol fuq il-Bajja ta’ Rinella, il-Kalkara, matul din is-sena u jekk iva, x’xogħol sar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interperllanti li x-xogħol li qiegħed isir minn Infrastructure Malta huwa relatat maċ-ċediment li kien hemm ta’ parti mill-peninsula li fuqha hi mibnija Villa Bighi.  Dan ix-xogħol kien jinkludi fost oħrajn, tindif u skavar taż-żona, tħottija ta’ partijiet mill-ħitan l-antiki li ma kinux stabbli u xogħol ta’ rinfurzar fuq strutturi eżisteni.

Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol fuq il-Bajja ta’ Rinella, il-Kalkara, matul din is-sena u jekk iva, x’xogħol sar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li qabel il-bidu tal-istaġun tas-sajf, saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ f’diversi partijiet madwar il-bajja. Dawn jinkludu tikħil u żebgħa mal-ħitan u ċ-ċint li jdawru l-bajja, kif ukoll tiswijiet fuq in-naħa tax-xellug tal-istess bajja. B’kollaborazzjoni ma’ Clean Malta, saru tliet interventi konsekuttivi, biex jitneħħa ġebel ġoff mis-sit tar-ramla. Barra minn hekk, il-Kunsill kompla jsaħħaħ l-aċċessibbiltà għall-bajja billi tejjeb l-infrastruttura għal persuni b’diffikultajiet fil-mobilità u żied parkeġġ ġdid fil-qrib għall-persuni b’diżabilità.

Cat feeders - Benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skemi biex ‘cat feeders’ jieħdu benefiċċji, kemm dawk li jingħataw mill-Kunsill Lokali kif ukoll dawk li jieħdu direttament peress li huma reġistrati bħala cat feeders?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Il-Fgura - Sqaq fi Triq A.M. Valperga

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq A.M. Valperga fil-Fgura (’l isfel mill-ground tal-futbol), tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-ħajt il-ġdid li qed jinbena mat-triq ma daħalx iktar ’il ġewwa sabiex il-karozzi jkunu jistgħu jipparkjaw b’mod vertikali (fish bone) u mhux orizzontali mat-triq, u b’hekk tkun tista’ tissolva parzjalment il-problema tal-parkeġġ fiż-żona? Tista’ tgħid ukoll jekk tali talba saritx mill-Kunsill Lokali wkoll?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli lokali - Ġonna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31204 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid liema huma l-ġonna li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura mill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Kunsilli lokali - Ambaxxaturi taż-Żgħażagħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31203, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li għandhom Ambaxxatur taż-Żgħażagħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li skont l-informazzjoni li ġabret mill-Kunsilli Lokali, l-lokalitajiet li għandhom Ambaxxatur taż-Żgħażagħ huma Ħal Qormi, Ħad Dingli, l-Għarb, In-Nadur, Tal-Pieta’ u x-Xewkija.

Infrastructure Malta - Talbiet mill-Kunsilli Lokali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30977 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jipprovdi lista ta’ toroq li kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex talab lill-Infrastructure Malta biex isir xogħol fihom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għadha għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ kull lokalita’ rigward xogħlijiet li jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokkat skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tal-Kunsill.