Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Nofsinhar fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Nofsinhar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31375, 31538, 31803 u 31972 u jgħid kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin?
Response (BONETT, CHRIS)
L-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella t’hawn taħt:
Katergorija
2021
2022
2023
2024
2025
A
884
720
682
993
775
B
7634
6067
6340
6527
5086
C
746
595
683
821
636
D
325
196
429
614
355
Cittadini Maltin
2021
2022
2023
2024
2025
Kategorija A
548
480
432
547
459
Kategorija B
4975
3541
3132
2892
2539
Katergorija C
498
326
326
369
326
Kategorija D
108
69
103
80
49
(2025 - Sa Ottubru)
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31750 u 31971 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31387, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet tal-Gvern li jservu bħala uffiċini għal skopijiet ta’ amministrazzjoni b’kollox u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31747 u 31970 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi rispettivament u jgħid jekk ittieħditx azzjoni biex il-periklu (ħsara strutturali) f’Fort Campbell jiġi indirizzat? Jekk iva, x’azzjoni ttieħdet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Kunsill Lokali tax-Xgħajra sabiex jiġi rranġat il-bieb li hu tant perikoluż tal-Fortizza tal-Grazzja f’din l-istess lokalità? Jista’ jgħid ukoll x’rapport ħejja u/jew ippreżenta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li propju nhar it-Tlieta 4 ta' Novembru 2025, il-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja inqala biex jiġi restawrat.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31371 u 31749 rigward ix-xogħlijiet li għaddejjin biex tiġi rranġata Triq il-Karmnu, l-Fgura, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awtorità kkonċernata hijiex qed tieħu ħsieb li tara li jkun hemm qlib tal-ilma tajjeb għal ġol-culverts, peress li bħalissa l-ilma qed jieqaf f’nofs tat-triq ftit qabel il-grada tal-iskola, u dan fid-dawl tal-fatt li f’partijiet tat-triq, speċjalment bejn Triq Buqexrem u Triq l-Iskola, il-qlib tat-triq qiegħed għan-nofs, meta ovvjament il-culverts qegħdin fil-ġenb?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin jiġu assessjati alternattivi oltre biex inkomplu ntaffu din il-problema.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma eżattament il-kriterji biex persuna tidħol fl-iskema tal-‘Carers Allowance’ jew tal-‘Carers Grant’? Jekk persuna tkun diġà laħqet jew qabżet l-età tal-pensjoni, tista’ xorta tibqa’ jew tidħol f’din l-iskema?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Bus stop ‘Marżebb’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta l-bus stop ‘Marżebb’ f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dina d-domanda trid tiġi rivolta lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li naturalment tgawdi awtonomija vis-a-vis il-politiku.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31534 u ċjoè: B’referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq A.M. Valperga fil-Fgura (’l isfel mill-ground tal-futbol), tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-ħajt il-ġdid li qed jinbena mat-triq ma daħalx iktar ’il ġewwa sabiex il-karozzi jkunu jistgħu jipparkjaw b’mod vertikali (fish bone) u mhux orizzontali mat-triq, u b’hekk tkun tista’ tissolva parzjalment il-problema tal-parkeġġ fiż-żona? Tista’ tgħid ukoll jekk tali talba saritx mill-Kunsill Lokali wkoll?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li din it-talba tressqet lill-Awtorità responsabbli għan-netwerk tat-toroq.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31375, 31538 u 31803 u jgħid kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31750 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31387, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet tal-Gvern li jservu bħala uffiċini għal skopijiet ta’ amministrazzjoni b’kollox u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31747 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid jekk ittieħditx azzjoni biex il-periklu f’Fort Campbell jiġi indirizzat? Jekk iva, x’azzjoni ttieħdet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsilli lokali f’Malta u Għawdex u s-sitt Reġjun - Bilanċi/żbilanċi finanzjarji għas-sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bilanċi jew żbilanċi li għalqu s-sena bihom il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex, kif ukoll is-sitt Reġjun, għas-sena 2024? Jista’ wkoll jagħti l-ammonti għal kull kunsill u għal kull reġjun rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed iżomm il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar milli jibda l-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa, il-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar u l-Awtorità tal-Ippjanar qegħdin jikkoordinaw laqgħat fejn qed jiġu provvduti dokumenti u informazzjoni mitluba mill-Awtorità tal-Ippjanar stess. Wara li t-tender jiġi aġġudikat, l-Awtorità taġġorna l-allokazzjoni tal-fondi skont l-ammont tat-tender li jkun ingħata. Skont is-Taqsima 6 ta’ PA Circular 1/22, paragrafu (g), il-proġett ma jistax jibda qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt ta’ finanzjament aġġornat.
Għaldaqstant, il-Kunsill jixtieq jassigura li qed jopera skont din id-direttiva sabiex ma jpoġġix f’riskju l-finanzjament approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nqalgħu l-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta tagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 31383 fejn il-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar ikkonferma li l-proġett hu mistenni jitlesta sa April 2026.
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandux l-assigurazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, se jkun qed jiġi ffinanzjat mill-awtorità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar jikkonferma li għandu l-assigurazzjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar għall-iffinanzjar tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, skont il-provizzjonijiet tal-kuntratt iffirmat fil-11/03/2022 u il-kundizzjoni tal-iskema relevanti
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandux l-assigurazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, se jkun qed jiġi ffinanzjat mill-awtorità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandu l-assigurazzjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar għall-iffinanzjar tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, skont il-provizzjonijiet tal-kuntratt iffirmat fil-11/03/2022 u il-kundizzjoni tal-iskema relevanti.
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandux il-permessi kollha meħtieġa relatati mal-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandu l-permessi kollha meħtieġa relatati mal-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar.