Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baġit 2026 – Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Reklamar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm nefaq flus fuq reklami l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu għall-Baġit 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsilli lokali - Ġonna

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31393, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ġonna, kemm minn aspett ta’ manutenzjoni kif ukoll minn aspett ta’ finanzi, jaqgħux taħt il-Kunsilli Lokali jew taħt xi entità oħra tal-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31393 telenka l-ġonna li huma fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali rispettivi, hekk kif mistoqsi.

Carers Allowance jew Carers Grant - Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32019 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk iż-żmien li matulu persuna tkun irċeviet il-‘Carers Allowance’ jew il-‘Carers Grant’ jgħoddx għall-finijiet tal-pensjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Carers Allowance jew Carers Grant - Kriterji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32018 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid x’inhuma eżattament il-kriterji biex persuna tidħol fl-iskema tal-‘Carers Allowance’ jew tal-‘Carers Grant’? Jekk persuna tkun diġà laħqet jew qabżet l-età tal-pensjoni, tista’ xorta tibqa’ jew tidħol f’din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar – Sqaq Bursett – Double Yellow Lines

Question

Jista’ l-Ministru jikkjarifika għalfejn hemm double yellow lines quddiem blokka flats fi Sqaq Bursett f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokal ta’ Ħaż-Żabbar li jeħtieġ l-identifikazzjoni eżatta tal-blokka li qed issir referenza għaliha sabiex tkun tista’ tingħata t-tweġiba mitluba.

ERA – Taħrikiet maħruġa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħarġet taħrikiet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) f’dawn l-aħħar sentejn u f’liema żoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bejn l-2024 u s-6 ta’ Novembru 2025, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet total ta’ 2,558 taħrika. Fis-sena 2024 inħarġu total ta’ 1,303 taħrika li minnhom 1,264 inħarġu f’Malta, 34 inħarġu fuq Għawdex, u 5 taħrikiet ma jkoprux żona speċifika. Din is-sena (mill-1 ta’ Jannar sas-6 ta’ Novembru 2025) inħarġu total ta’ 1,255 taħrika, li minnhom 1,241 inħarġu f’Malta, 7 inħarġu f’Għawdex, u 7 taħrikiet ma jkoprux żona speċifika.

Programm ISEP – Studenti mibgħuta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għall-programm ISEP (International Exchange Programme) u kemm minn dawn lis-studenti ġew magħżula f’dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Programmi għaż-Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ programmi li ż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minnhom pereżempju dawk relatati mal-edukazzjoni, max-xogħol u l-kultura barra minn Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area – Bandli - Tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx tender biex il-bandli ta’ St Peter’s f’Ħaż-Żabbar isir mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll skont liema standards ġie ordnat l-apparat biex isir il-bandli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li s-sejħa għal-offerti ħarġet mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar bit-titlu Embellishment of Ġnien il-Mistrieħ, Ħaż-Żabbar, including the installation of playing equipment, planters and street furniture ( ZLC 3/2024 u ZLC 3/2024R).  Din l-offerta tinkludi xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u installazzjoni ta’ apparat ġdid għall-logħob tat-tfal, u tesiġi li l-apparat ikun konformi ma’ standards Ewropej ta’ sigurtà BS EN 1176 – 2008 u BS EN 1177 – 2008.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area – Bandli - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bandli ta’ St Peter’s f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li mhux f’pożizzjoni li jindika data eżatta ta’ meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq il-bandli ta’ St Peter. Dan għaliex il-Kunsill qed jistenna l-approvazzjoni formali tal-Awtorità tal-Ippjanar wara li ssir il-laqgħa li hija diġà skedata, mal-MCCAA, kif mitlub mill-istess Awtorità.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area – Bandli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31807 fl-intier tagħha u jgħid meta nqalgħu l-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż- Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-bandli nqalgħu bejn Ġunju u Settembru  tas-sena 2023.

Bormla – Ground tal-football – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fil-ground tal-football ta’ Bormla tlestewx kompletament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħlijiet fil-Ground Peppi Delceppo għadhom ma tlestewx għal kollox u waslu fl-aħħar stadji. Jonqos li jsir xogħol ta’ rinnovar taċ-changing rooms u l-bar area. It-tender ħareġ u jinsab fl-istadju ta’ evalwazzjoni.