Legislature:
Category:
Reset
Active:

SportMalta – Trasferiment ta’ artijiet – Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li SportMalta daħlet għalihom mal-klabbs sportivi dwar trasferiment ta’ artijiet għal skopijiet sportivi bejn l-2022 u l-2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.

SportMalta – Trasferiment ta’ artijiet – Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li SportMalta daħlet għalihom mal-klabbs sportivi dwar trasferiment ta’ artijiet għal skopijiet sportivi bejn l-2022 u l-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Belt Valletta, il-Ħamrun, il-Furjana, Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi – Artijiet Devoluti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tas-siti, artijiet u/jew binjiet kollha li ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Ħamrun, il-Furjana, Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi, u għal kull sit jindika l-indirizz tas-sit, id-deskrizzjoni tas-sit, l-ammont tal-ħlas mitlub mill-Kunsill Lokali, l-użu attwali tas-sit, id-data ta’ meta s-sit ġie devolut u t-terminu jew it-tul tad-devoluzzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Marsaskala – karozza tal-linja ċirkolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir karozza tal-linja ċirkolari madwar Marsaskala sabiex ikun iktar faċli għar-residenti li jiċċaqilqu minn post għal ieħor fl-istess lokalità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif spjegajt fit-3 ta’ Ottubru li għadda meta ħabbart il-proġett ta’ riġenerazzjoni f’Marsaskala, l-Awtorità għat-Trasport ser tintroduċi servizz ta’ trasport pubbliku ġewwa Marsascala, b’rotta ċirkulari, maħsuba biex taqdi lill-komunità ta’ Marsascala u dawk li se jużaw is-servizz tal-Fast Ferry.

Marsaskala – rapport ta’ site selection process għas-sit tal-Fast Ferry

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta r-rapport tas-site selection process għas-sit fejn se jkun qed jitrakka l-fast ferry f’Marsaskala?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31922.

Riġenerazzjoni ta’ Marsaskala – ċirkulazzjoni tal-ilma tal-baħar lejn il-Magħluq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ Marsaskala hux se jkun qed jinkludi xogħol fuq iċ-ċirkulazzjoni tal-ilma baħar lejn il-Magħluq sabiex is-sitwazzjoni ma tibqax tiddeterjora?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-proġett tal-Magħluq hu proġett apparti.

Marsaskala – Żonqor – tiswijiet fuq ħitan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkunu qed jitranġaw il-ħsarat li hemm fil-ħitan ta’ ħdejn il-baħar fiż-Żonqor ħdejn il-pitch tal-waterpolo?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żona ġiet magħluqa.  Il-pjan hu li l-ħsarat jitranġaw fix-xhur li ġejjin.

Riġenerazzjoni ta’ Marsaskala – Bicycle Lane lejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-riġenerazzjoni ta’ Marsaskala hux se tkun qed timplimenta bicycle lane li tingħaqad maż-żewġ toroq lejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-intervent ser ikun fuq l-embelishment tal-promenade u l-istrutturi tal-madwar.

Marsaskala – Triq ix-Xatt u Triq is-Salini – impatt fuq it-traffiku bl-introduzzjoni tal-fast ferry

Question

Jista’ l-Ministru jesebbixi r-rapporti tal-impatt fuq it-traffiku fi Triq ix-Xatt u Triq is-Salini f’Marsaskala, bl-introduzzjoni tal-fast ferry?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31922.

Il-Fgura – Triq A.M. Valperga - Proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk permezz tal-proġett li se jsir fit Triq A.M. Valperga, il-Fgura (l-isfel mill-ground tal-football) hux se jiżdiedu l-parking spots, u jekk iva, b’kemm?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li filwaqt li l-parkeġġ eżistenti mhux se jintmiss, se jkunu qed jiżdiedu ħames spazji ta’ parkeġġ ma’ li diġà hemm. Barra minn hekk, mal-park li bħalissa qed taħdem fuqu Project Green, hemm proposti żewġ żoni ta’ parkeġġ biex jipprovdu mal-45 spazju ta’ parkeġġ ġodda.

Buġibba – Xogħlijiet fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fil-pjazza ta’ Buġibba?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq it-tibdil tas-servizz tad-drenaġġ, fil-proġett tal-Pjazza ta’ Buġibba, kważi komplut. Għaddej ukoll ix-xogħol fuq it-tqattigħ u t-tqegħid tas-service culvert li ser ikunu qed jgħaddu minnu s-servizzi kollha.  Tajjeb li wieħed jinnota li fi Triq il-Bajja u parti mill-pjazza huwa komplut, u bħalissa għaddejjin bit-tqattigħ u bini ġewwa Triq Sant’Antnin. F’Dawret il-Gżejjer beda x-xogħol fuq is-saqaf eżistenti tal-boathouses. Ix-xogħol kien jinvolvi t-tqaxxir u t-tneħħija tal-istruttura eżistenti, u bini mill-ġdid ta’ struttura tal-konkos, sabiex finalment jingħata wiċċ tal-asfalt. Ix-xogħol fuq l-istrutturi fil-pjazza huwa kważi komplut ukoll, u dan jinkludi planters, silt trap, u funtana. Is-sistema fuq l-ilqugħ tal-ilma tax-xita fi Triq il-Bajja u fil-pjazza hija lesta, u bħalissa qed isir it-tqattigħ neċessarju fi Triq Sant’Antnin biex din tingħaqad mal-bqija tal-proġett. Fi Triq ir-Rebbiegħa, x-xogħlijiet ta’ servizzi u bankini huwa komplut. Baqa’ biss l-aħħar fażi; dik li jingħata wiċċ ġdid lit-triq.

Ġonna riġenerati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27807, tista’ l-Ministru tgħid meta kienu oriġinarjament infetħu l-ġonna li ġew riġenerati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Bħalma jien konvinta li setgħet rat l-Onor. Interpellant, fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27807 li qed tagħmel referenza għaliha, mil-lista li tajtha tas-siti li ġew riġenerati  fl-aħħar għaxar snin hemm numru ta’ widien naturali kif ukoll ġonna li oriġinarjament kienu nfetħu f’perjodi differenti, b’uħud minnhom imorru lura saħansitra sa żmien il-Kavallieri. Bl-interventi ta’ riġenerazzjoni li qed jagħmel il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika permezz tad-dipartiment u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jiġi assigurat li kwalunkwe patrimonju naturali u storiku li jeżisti f’dawn il-ġonna jkun salvagwardjat, li dawn il-ġonna jibqgħu jservu ta’ pulmun aħdar għall-komunitajiet tagħna u fuq kollox li, b’mod sigur, dawn ikunu jistgħu jibqgħu jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin għar-rikreazzjoni u l-mistrieħ tagħhom.

Ħal Tarxien – Triq San Tumas – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu jibda u jitlesta x-xogħol fi Triq San Tumas, Ħal Tarxien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ilu li beda minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Novembru. It-traffiku se jkun permess f'direzzjoni waħda mill-Fgura għal Ħal Tarxien u x-xogħlijiet ser jitqassmu f’fażijiet sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent.

New Water – punti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm punti ta’ New Water fin-naħa t’isfel ta’ Malta, maqsuma lokalità b’lokalità? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn il-punti bħalissa fihom l-ilma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn total ta’ madwar 220 dispenser li se jkunu mifruxin f’dawn il-lokalitajiet - Kalkara, Xgħajra, Żabbar, Marsaskala, Żejtun, Delimara/Marsaxlokk, madwar għoxrin minnhom diġà jinsabu attivi u qed igawdu minnhom il-bdiewa,  il-kumplament se jkomplu jiżdiedu fix-xhur li ġejjin. Preżentament il-bdiewa kollha għandhom il-faċilità li jagħmlu użu mid-dispensers disponibbli.

Skema Get Qualified – Istituzzjonijiet edukattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jista’ japplika għall-iskema ‘Get Qualified’? Jista’ jgħid ukoll għal liema livelli ta’ edukazzjoni tapplika din l-iskema u liema istituzzjonijiet edukattivi tkopri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

American University of Malta – Studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati u li fiżikament jattendu l-American University of Malta (AUM) f’Bormla matul din is-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10659.

Skema ta’ €100 fix-xahar għall-istudenti li jikru akkomodazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema fejn studenti jingħataw €100 fix-xahar meta jikru akkomodazzjoni bejn tliet studenti għadhiex fis-seħħ, u jekk hux ser tibqa’ fis-seħħ fl-2026?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Skema ta’ €100 fix-xahar għall-istudenti li jikru akkomodazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema fejn studenti jingħataw €100 fix-xahar meta jikru akkomodazzjoni bejn tliet studenti għadhiex fis-seħħ, u jekk hux ser tibqa’ fis-seħħ fl-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.