Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn - Naħa taż-Żonqor - Ħsarat bil-maltemp - Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk toroq f’Wied il-Għajn humiex ser ikunu inklużi fil-proġett tan-naħa taż-Żonqor issa li saret il-ħsara bil-maltemp u sa fejn se jasal dan il-proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġu determinat liema partijiet tal-istrutturi li ġew affettwati mill-maltemp ser isir intervent fuqhom.

Wied il-Għajn - Pjazza Dun Tarċis Agius, Pjazza Mifsud Bonnici u Triq il-Gardiel - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u disinji (drawings) dwar xogħlijiet fi Pjazza Dun Tarċis Agius, fi Pjazza Mifsud Bonnici u fi Triq il-Gardiel f’Wied il-Għajn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li d-disinn ta' din iż-żona għadu qed jiġi ppreparat.

MCAST - Letturi u impjegati - Salarji żbaljati f’Jannar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm letturi u impjegati fl-MCAST li nħarġilhom is-salarju żbaljat f’Jannar 2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul Jannar ta’ din is-sena nħarġu total ta’ 373 payslips li kienu jeħtieġu aġġustament. Minn dawn, 352 kienu marbuta ma’ kwistjoni fis-sistema tal-pagi Dakar, li ma rriflettietx b’mod sħiħ il-faxxa tat-taxxa applikabbli.

NSO - Żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33693 u jgħid kemm hawn żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor, f’dawn l-aħħar ħames snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena, sas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Wied il-Għajn – Triq tal-Gardiel – Ċirkolazzjoni tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser tiġi indirizzata l-problema taċ-ċirkolazzjoni tal-ilma fil-Magħluq maġenb Triq tal-Gardiel f’Wied il-Għajn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tal-Magħluq hu proġett apparti, li mhux inkluż fil-proġett attwali ta’ Marsaskala.  Dan il-proġett hemm marbut miegħu numru ta’ studji u permessi ambjentatli biex jiġi analizzat l-effett li ser ikun hemm fuq il-ħut li hu protett u li jgħammar fiż-żona fosthom il-komunita’ ta’ Bużaqq (ħuta protetta). Apparti minn hekk biex isir l-intervent biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tal-Magħluq, trid tinqala’ kompletament it-triq li tgħaqqad in-naħa tas-Siberia man-naħa taż-Żonqor għal numru ta’ xhur bl-inkonvenjent li din iġġib magħha għar-residenti ta’ Marsaskala. Għaldaqstant f’dan l-istadju iċ-ċirkolazzjoni tal-Magħluq ser tibqa’ kif inhi attwalment.

Wied il-Għajn – Livell tal-ilma baħar – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ser jittieħdu sabiex tkun indirizzata l-problema tal-livell tal-ilma baħar fi Pjazza Dun Tarċis Agius u Pjazza Mifsud Bonnici f’Wied il-Għajn?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33868.

Wied il-Għajn – Xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni – Pjanti

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-pjanti dettaljati għax-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni li qed isiru bħalissa fil-bajja ta’ Wied il-Għajn, Triq ix-Xatt, Triq is-Salini u Triq San Ġorġ f’Wied il-Għajn?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq din il-Mejda tal-Kamra l-pjanta ta’ kif hu mistenni li jiġi jidher il-proġett la darba jkun lest.

Wied il-Għajn – Prekawzjonijiet f’każ ta’ maltemp estrem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu meta nħarġet it-twissija ta’ maltemp estrem, sabiex oġġetti, bħal ħadid, li kienu jinsabu f’diversi żoni fix-xatt ta’ Wied il-Għajn minħabba xogħlijiet, ma jiċċaqalqux bil-maltemp?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33868.

Wied il-Għajn – Ilqugħ kontra l-maltemp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar biex il-ħwienet fix-xatt ta' Wied il-Għajn ikunu protetti f’każ li jerġa’ jagħmel maltemp estrem?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-Ministeru hu konxju tal-problemi li hemm fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn u ż-żoni tal-madwar, u dan minħabba l-fatt li l-problema prinċipali mhijiex il-maltemp, iżda l-fatt li kull tant żmien ikun hemm il-fenomenu tal-“high tides”.  Għal dan il-għan qed isiru eżerċizzji biex il-livelli tat-toroq taż-żona jiġu irranġati b’tali mod li kemm jista’ jkun tittaffa l-problema.  Wieħed irid jifhem ir-restrizzjonijiet taż-żona, jiġifieri li l-livelli tal-binjiet huma fissi u t-toroq u l-bankini tal-madwar ma jistgħux jiġu iktar ‘il fuq mill-bini eżistenti.  Barra minn hekk il-livell tal-promenade ukoll ma jistax jiġi mgħolli wisq  minħabba li miegħu jorbtu opri tal-baħar ta’ daqs żgħir.  Qed jerġgħu jinbnew ħitan tul il-promenade bħal ma kien hemm qabel biex itaffu s-saħħa tal-mewġ.  Barra minn hekk ser issir ukoll planter fit-tarf tal-promenade li jmiss mat-triq bl-iskop tiegħu ikun li ilma li jidħol jigri fuq wiċċ il-promenade isib linja ta’ ilqugħ sekondarja.

Malta’s 4th National Action Plan – Commitment 4 – Youth Proofing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-implimentazzjoni ta’ ‘Commitment 4 – Youth Proofing’ tal-Malta’s 4th National Action Plan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar – Sqaq Bursett – Double Yellow Lines

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32146, jista’ l-Ministru jikkjarifika għalfejn hemm double yellow lines quddiem il-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab fi Sqaq Bursett, f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-implimentazzjoni tal-linji sofor fi Sqaq Bursett saret b’approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Ħaż-Żabbar – Sqaq Bursett – Double Yellow Lines

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32130, jista’ l-Ministru jikkjarifika għalfejn hemm double yellow lines quddiem il-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab fi Sqaq Bursett, f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tpinġija tad-double yellow lines f’din it-triq ma tirrappreżentax introduzzjoni ta’ sinjali ġodda, iżda kienet limitata għal tiġdid u manutenzjoni ta’ markings eżistenti li diġà kienu fis-seħħ.

Il-Mosta – Kunsill Lokali u Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex l-uffiċini tal-Kunsill Lokali tal-Mosta jiġu rilokati biex jitkabbar iċ-Ċentru tas-Saħħa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk sarux diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Mosta u jekk hemmx pjanijiet għal postijiet alternattivi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 33742.

Il-Mosta – Kunsill Lokali u Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex l-uffiċini tal-Kunsill Lokali tal-Mosta jiġu rilokati biex jitkabbar iċ-Ċentru tas-Saħħa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk sarux diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Mosta u jekk hemmx pjanijiet għal postijiet alternattivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ideat u diskussjonijiet ikun hemm dejjem u l-ħin kollu. Madanakollu formalment ma hemm ebda pjani u jekk ikun hemm il-Kunsill ikun dejjem parteċipi fihom.

NSO - Żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), jgħid kemm hawn żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor, f’dawn l-aħħar ħames snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena, sas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

NSO - Żgħażagħ taħt il-35 sena

Question

Jista’ l-Ministru permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), jgħid kemm hawn żgħażagħ taħt il-35 sena li jgħixu f’Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), sa l-aħħar tas-sena 2024, huwa stmat li kien hawn 169,899 żgħażagħ (bejn l-eta ta’ 16 u 35 sena), li jgħixu f’Malta.