Legislature:
Category:
Reset
Active:

AUM - Moll

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

NSO - Żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33894 u permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33693 u jgħid kemm hawn żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor, f’dawn l-aħħar ħames snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena, sas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t’hawn taħt. Din l-informazzjoni ma tinġabarx mill-NSO iżda tinġabar mill-MTCA. Età 18-35 2020 2021 2022 2023 2024 TOTAL Xtraw waħedhom 2650 3601 3545 3019 3070 15885 Xtraw ma' xi ħadd 3428 4399 3919 3146 2946 17838

Ħal Tarxien - Triq San Tumas - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32618, jista’ l-Ministru jgħid meta se terġa’ tinfetaħ Triq San Tumas, f’Ħal Tarxien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Triq San Tumas tinsab miftuħa f’direzzjoni waħda. It-triq tinfetaħ mill-ġdid fiż-żewg direzzjonijiet meta jitlestew ix-xogħlijiet neċessarji.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Bus stop ‘Marżebb’

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32017, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir ix-xogħol fil-bus stop ‘Marżebb’ f’St. Peter’s Area, f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar hemm ħsieb li jsir intervent fil-bus stop ‘Marżebb’ biex ikun iktar komdu għar-residenti.

Il-Fgura - Vjal Kottoner - Bankina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġu ssalvagwardjati r-residenti li joqogħdu fi Vjal Kottoner, il-Fgura minħabba l-istat li tinsab fih l-bankina?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34276.

Il-Fgura - Vjal Kottoner - Bankina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi rranġata l-bankina bejn numri 119 u 123 fi Vjal Kottoner, il-Fgura peress li r-residenti qed isibuha diffiċli biex joħorġu mid-dar tagħhom minħabba l-istat li tinsab fih?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la darba ma jkunx hemm ostkali jew strutturi privati bħal culverts, l-għan huwa li jinbidlu u jiġu mibnija mill-ġdid il-bankini kollha ġo Vjal Kottoner.

Liċenzji li ġew irritornati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jirritornaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom issa li għadda xahar minn mindu fetħu l-applikazzjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ applikazzjonijiet ilaħħaq għal aktar minn 50% tal-fondi li ġew allokati għal din l-iskema.

Żgħażagħ taħt il-35 sena

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33692, jista’ l-Ministru jindika kemm miż-żgħażagħ taħt il-35 sena li jgħixu f’Malta huma ta’ nazzjonalità Maltija, u kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità barranija li ġew jgħixu f’pajjiżna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn 169,899 żgħażagħ taħt il-35 sena li jgħixu Malta, 91,066 huma ta’ nazzjonalità Maltija.

Bormla - Binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Proġett

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li l-proġett tal-Akkomodazzjoni Soċjali ta’ Bormla jitlesta kompletament?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-Akkomodazzjoni Soċjali f’Bormla mistenni jitkompla fiż-żmien li ġej bl-intiża li x-xogħol jibqa’ għaddej sakemm jitlestew kompletament.

Bormla - Binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq il-binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali li tinsab Bormla humiex qed ikomplu? Jekk le, jista’ jindika r-raġunijiet għaliex ix-xogħol twaqqaf, u meta hu mistenni li jerġa’ jibda x-xogħol fuq dan il-proġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq il-binja tal-Akkomodazzjoni Soċjali f’Bormla bħalissa jinsabu sospiżi u huma mistennija li jitkomplu fi żmien li ġej.

Project Green - Infiq fuq reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa ta’ Project Green fuq reklamar, promozzjoni, attivitajiet, midja soċjali, billboards, retainers, print media, web advertising u kwalunkwe tip ieħor ta’ kampanji promozzjonali, u nefqa relatata ma’ PR, mill-bidu tal-aġenzija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 33119 u 34058.

Project Green - Xiri u tħawwil ta’ siġar u arbuxelli

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-ammont totali ta’ infiq ta’ Project Green għal xiri u tħawwil ta’ siġar u arbuxelli mill-2023 sal-aħħar tal-2025, maqsuma separatament għal kull sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul din il-leġiżlatura sa tmiem l-2025, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika kif ukoll entitajiet li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn bejniethom ħawlu madwar 60,000 siġra u aktar minn 100,000 arbuxell. Project Green waħedha investiet €464,001 f’siġar u arbuxelli mill-2023 sal-2025. Dan l-investiment kien maqsum hekk: €65,000 fl-2023, €92,500 fl-2024 u €306,501 fl-2025.

Malta’s 4th National Action Plan – Commitment 4 – Youth Proofing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33869 u jgħid fiex waslet l-implimentazzjoni ta’ ‘Commitment 4 – Youth Proofing’ tal-Malta’s 4th National Action Plan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul l-2024 u l-2025 ġie mwaqqaf u kkonvokat grupp ta’ persuni b’ħidma dedikata u ikkoordinata minn Aġenzija Żgħażagħ, bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ u t’organizzazzjonijiet ewlenin fis-settur taż-żgħażagħ fosthom the Maltese Association of Youth Workers, the Maltese Association of Youth Ministers, the Malta Youth Catholic Network, u the Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ Għawdex. Infurmat li dan il-grupp iltaqa’ diversi drabi bil-għan li jiżviluppa mekkaniżmu ta’ Youth Proofing. Il-kumitat temm l-impenn tiegħu fir-rigward tal-iżvilupp tal-proposta tal-mekkaniżmu ta’ Youth Proofing u għadda dawn il-proposti.

MCAST – Għalliema tal-Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33866 u jgħid meta se tintgħażel għalliema ġdida tal-Ingliż fil-Level 2 Business fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li ma hemmx bżonn ingaġġ ta' lettur peress li l-lezzjonijiet tal-Ingliż il-Level 2 Business ġew assenjatii lil letturi oħra.

Wied il-Għajn - Pjan ta’ riġenerazzjoni - Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jintużaw fondi Ewropej biex isir il-pjan ta’ riġenerazzjoni f’Wied il-Għajn u jekk iva, kemm se jkun l-ammont?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġu dettaljati l-ħsarat li soffriet il-kosta, l-intervent meħtieg u stimi preliminari tax-xogħlijiet meħtieġa.  Dawn ser ikunu qed jingħaqdu fl-eżerċizzju fuq skala nazzjonali biex jekk nikkwalifikaw issir it-talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.