Jista’ l-Ministru jgħid jekk ikunx hemm youth worker speċifiku assenjat ma’ kull lokalità jew jekk dawn ikunux ikopru aktar minn lokalità waħda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ma jkunx hemm youth worker speċifiku assenjat ma’ kull lokalità.
Il-youth workers tal-Aġenzija Żgħażagħ ikopru aktar minn lokalità waħda, peress li l-Aġenzija topera b’mod nazzjonali f’Malta u Għawdex.
L-assenjazzjoni tagħhom issir skont il-programmi, il-prijoritajiet ta’ ħidma u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ fil-komunitajiet differenti, b’mod flessibbli u skont il-pjan operattiv tal-Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jispjega kif jiġu assenjati l-youth workers fid-diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-youth workers m’għandhomx lokalità assenjata b’mod fiss.
L-Aġenzija Żgħażagħ taħdem b’mod nazzjonali u torganizza l-ħidma tagħha fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex skont il-programmi, il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ f’dawk l-inħawi. Għalhekk, l-assenjazzjoni tal-youth workers issir b’mod flessibbli u skont il-pjan ta’ ħidma tal-Aġenzija, mhux fuq bażi ta’ lokalità permanenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq San Leonardu fix-Xgħajra (quddiem il-klabb tal-boċċi) jitranġa, peress li waqa’ kompletament u huwa ta’ periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq San Leonardu fix-Xgħajra (quddiem il-klabb tal-boċċi) jitranġa, peress li waqa’ kompletament u huwa ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li ċ-ċint fi Triq San Leonardu, li qed issir referenza għalih, jifforma parti minn għalqa privata; għaldaqstant, il-Kunsill mhuwiex f’pożizzjoni li jwettaq xogħol ta’ manutenzjoni fuqu. Minkejja dan, il-każ ġie riferut lill-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żabbar sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq Orlando, ix-Xgħajra (fejn hemm parking area żgħira inti u nieżel mir-roundabout tax-Xgħajra), jitranġa peress li qed jaqa’ u huwa ta’ periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-awtoritajiet konċernati dwar is-sitwazzjoni relatata mal-culvert fi Triq Hompesch, il-Fgura, li bħalissa qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti tal-inħawi u huwa ta’ periklu għas-sewwieqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq Orlando, ix-Xgħajra (fejn hemm parking area żgħira inti u nieżel mir-roundabout tax-Xgħajra), jitranġa peress li qed jaqa’ u huwa ta’ periklu?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li l-ħajt hu proprjetà privata. Madanakollu l-Kunsill hu konxju li s-sigurta' tar-residenti hi importanti ħafna u għalhekk se jkun qed jieħu l-passi opportuni.
Ħaż-Żabbar – Triq Villabate – Enumerazzjoni tad-djar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-djar fi Triq Villabate, f’Ħaż-Żabbar jingħataw numru tal-bieb u jekk le, għaliex?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li li Triq Villabate f’Ħaż-Żabbar qiegħda fil-pjan li tiġi nnumerata. Għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali biex flimkien tinstab soluzzjoni ideali kif għandha tiġi nnumerata minħabba l-fatt li l-konfigurazzjoni tat-triq u l-ammont kbir ta’ għelieqi jitolbu iktar attenzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux rapporti dwar il-bozoz maqtugħin fi Vjal Kottoner fil-Fgura, peress li dan in-nuqqas ta’ dawl qed jaffettwa s-sigurtà tar-residenti?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?