Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Kalkara - Xatt ta’ Rinella - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fix-Xatt tar-Rinella l-Kalkara wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Kalkara li, dakinhar tal-maltemp, id-dawra tal-Bajja ta’ Rinella sofriet ħsarat konsiderevoli. Hekk kif diġà indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34072, id-dawra tal-bajja ġiet temporanjament magħluqa għas-sigurtà tar-residenti. Fl-aħħar jiem, esperti tekniċi minn Infrastructure Malta komplew iwettqu l-istudji tagħhom, b’makkinarju u apparat apposta sabiex jiġu identifikati l-ħsarat li ġarrbet din it-triq. B’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u Infrastructure Malta, qed jitfasslu pjanti ġodda sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet u t-tiswijiet neċessarji.

Youth Workers – Żieda ta’ preżenza fil-lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-preżenza ta’ youth workers f’ċerti lokalitajiet tiżdied, u jekk iva, f’liema lokalitajiet u meta?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-ministru ikkonċernat.

Youth Workers – Żieda ta’ preżenza fil-lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-preżenza ta’ youth workers f’ċerti lokalitajiet tiżdied, u jekk iva, f’liema lokalitajiet u meta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-għan tal‑Aġenzija Żgħażagħ hi li tkompli taħdem sabiex tiżgura li ż‑żgħażagħ madwar il-pajjiż ikollhom aċċess għal servizzi ta’ youth work.

Youth Workers – Linji gwida u policies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx linji gwida jew policies uffiċjali li jirregolaw ix-xogħol taż-żgħażagħ fil-livell tal-lokalità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li bħala policy tintuża l-Youth Work Profession Act sabiex tirregola l-youth workers.

Aġenzija Żgħażagħ – Tqassim ta’ Youth Workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji jiġu użati mill-Aġenzija Żgħażagħ biex tiddeċiedi kif jitqassmu l-youth workers madwar Malta u Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Aġenzija tassenja cohorts professjonali biex tissodisfa 8 għanijiet strateġiċi stabbiliti fil-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Youth Workers – Kollaborazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-youth workers jikkollaborawx mal-kunsilli lokali u mal-iskejjel tal-lokalitajiet rispettivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-youth workers jikkollaboraw mal-kunsilli lokali u mal-iskejjel skont in-natura tal-inizjattivi jew programmi ppjanati.

Youth Workers – Aċċessibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jikkuntattjaw jew jaċċessaw youth worker fil-lokalità tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li għal kwalunkwe informazzjoni jew aċċess għas-servizzi, iż-żgħażagħ għandhom jikkuntattjaw il-youth information one stop shop fi ħdan l-Aġenzija Żgħażagħ, sabiex l-Aġenzija tiggwidahom u tirreferihom kif meħtieġ.

Youth Workers –attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-youth workers jorganizzawx programmi u attivitajiet fil-lokalitajiet fejn huma assenjati, u x’tip ta’ attivitajiet ikunu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-attivitajiet jinkludu: ·    sessjonijiet ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni (eż. benesseri, saħħa mentali, edukazzjoni, impjieg, relazzjonijiet u sigurtà online); ·    workshops ta’ żvilupp ta’ ħiliet (ħiliet soċjali, komunikazzjoni, tmexxija, parteċipazzjoni u ħidma f’tim); ·    inizjattivi ta’ parteċipazzjoni attiva; ·    appoġġ lil gruppi ta’ żgħażagħ u proġetti mmexxija minnhom, inkluż volontarjat.

Youth Workers – Responsabbiltajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-responsabbiltajiet ewlenin tal-youth workers fi ħdan il-komunitajiet lokali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema maż-żgħażagħ huma regolarizzati mill-Qafas nazzjonali tal-Kwalifiki.

Youth Centres u Youth Hubs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn youth centres jew youth hubs u fejn jinsabu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ tmexxi dawn il-Youth Hubs; MCAST Paola u Għawdex, l-ITS, MA Refalo Sixth Form u żewġ youth activity centres (1 Marsaxlokk u 1 Dingli).

Youth Workers

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba fil-ġimgħa jew fix-xahar joperaw il-youth workers f’kull lokalità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-youth workers ma joperawx b’mod standard. Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ topera b’mod nazzjonali, l-interventi tal-youth workers jitfasslu u jitwettqu skont il-programmi, il-prijoritajiet f’Malta u Għawdex.