Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikunu qed jiġu mdawla u jerġgħu jibdew jaħdmu l-funtani fi Pjazza Medjatriċi u Misraħ San Ġakbu, f’Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li l-funtana fi Pjazza Medjatriċi, bħalissa hija mdawwla iżda s-sistema tal-ilma mhijiex operattiva minħabba tnixxija mhux identifikata taħt l-art. It-tiswija teħtieġ intervent infrastrutturali estensiv peress li ż-żona hija pavimentata kompletament, u għaldaqstant għadha ma ġietx stabbilita data għal meta ser jitwettqu x-xogħlijiet.
Fir-rigward tal-funtana f’Misraħ San Ġakbu, ġiet identifikata ħsara fil-pompa u bħalissa qed issir it-tiswija. Huwa mistenni li terġa’ tibda topera fil-ġimgħat li ġejjin, sakemm ma jinstabux problemi oħra.
Ħaż-Żabbar - Statwa tal-Madonna tal-Grazzja - Dawl
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun qed tiġi mdawla l-istatwa tal-ġebel tal-Madonna tal-Grazzja, f’Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-istatwa tal-ġebel tal-Madonna tal-Grazzja, fit-triq prinċipali ta’ Ħaż-Żabbar, hija mdawla.
Qed inpoġġi wkoll ritratti fuq il-Mejda tal-Kamra .
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34319 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32467 rigward it-tiswija tal-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja, fejn ingħad li “Fi ftit żmien is-Sovrintendenza ħa tibda l-proċess li naraw x’hemm bżonn biex il-bieb jiġi restawrat u jitpoġġa lura għaliex jista’ jkun ikun hemm bżonn ta’ xi intervent fuq il-pilastri tal-gate tal-fortizza.”, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-bieb tal-batterija iċċaqlaq mill-post għal post sigur. Ser issir spezzjoni biex jiġu identifikati l-ħsarat sabiex jibda l-pjan tal-konservazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34317 u 34318 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34314, 34315, u 34316 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill-Prim Ministru u jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34311, 34312 u 34313 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill-Prim Ministru u jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34308, 34309 u 34310 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u lill-Prim Ministru u jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li saru diskussjonijiet kostruttivi, mal-American University of Malta (AUM) fir-rigward tal-irmiġġ ta’ dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla, bil-ħsieb li l-kwistjoni tkun solvuta b’ mod prattiku, strettament fil-parametri tal-konċessjoni eżistenti.
Ġejt infurmat ukoll ġie ċċarat li s-sempliċi tolleranza tad-dgħajjes li huma marbuta mal-moll fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla, mingħajr l-għoti ta’ ebda drittijiet ta’ rmiġġ, kiri, konċessjoni, jew attivitajiet kummerċjali, ma tikkostitwixxix, fiha nnifisha, ksur tal- konċessjoni. Tali tolleranza għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet, inklużi projbizzjonijiet fuq ir-rimi taż-żibel u fuq it-twettiq ta’ tiswijiet jew attivitajiet simili fuq il-post. Dan l-approċċ jibqa’ konsistenti mat-termini tal-konċessjoni u ma joħloq l-ebda dritt jew obbligu lil hinn minn dawk espressament ikkontemplati fiha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Mondion ġewwa l-Fgura hix se titranġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li Triq Mondion, Fgura ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, għadna għaddejjin b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Ħaż-Żabbar – Triq Bieb is-Sultan – Livellar tal-bankina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-bankina bejn in-numri 128 u 148 ta’ Triq Bieb is-Sultan f’Ħaż-Żabbar, speċifikament fin-naħa tar-residenzi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament tiġi livellata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta ser tkun qed tagħmel spezzjoni fiż-żona indikata sabiex naraw eżatt x’ inhi l-problema.
Ħaż-Żabbar – Triq Bieb is-Sultan – Bankina - Ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti fuq il-bankina bejn in-numri 128 u 148 fi Triq Bieb is-Sultan f’Ħaż-Żabbar, speċifikament fin-naħa tar-residenzi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar irċieva lment wieħed, irreġistrat uffiċjalment, dwar il-bankina bejn in-numri 128 u 148 fi Triq Bieb is-Sultan.
Ħaż-Żabbar – St. Peter’s Area – Bus stop ‘Marżebb’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34280, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir l-intervent biex il-bus stop ‘Marżebb’ f’St. Peter’s Area, f’Ħaż-Żabbar, ikun iktar komdu għar-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li fil-jiem li ġejjin il-Kunsill ser ikun qiegħed jissottometti t-talba meħtieġa lill-kumpanija responsabbli mill-installazzjoni tal-bus shelters, sabiex jinbeda l-proċess relatat mal-intervent fil-waqfa bl-isem "Marżebb".
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34275, jista’ l-Ministru jgħid in-numru speċifiku ta’ żgħażagħ li applikaw għall-iskema biex jirritornaw il-liċenzji tas-sewqan tagħhom?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34275, jista’ l-Ministru jipprovdi l-etajiet tal-persuni li applikaw biex jirritornaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk kinux kollha eleġibbli għal din l-iskema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-eta’ tal-applikanti hija bejn it-18 u t-30 sena.
Ix-Xgħajra - Xgħajra Tornados - L-art madwar il-pitch
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art madwar il-pitch tax-Xgħajra Tornados ġietx devoluta lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat?
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra li għamel it-tiswijiet neċessarji tal-bankina kif ukoll tar-rampa li kien hemm biex tagħti aċċess aħjar lir-residenti, peress li din ukoll ġarrbet ħafna ħsara fil-maltempata ta’ Jannar.