Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport bla ħlas - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull student għandux trasport bla ħlas għal kull tip ta’ skola, kemm primarja kif ukoll sekondarja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-trasport bla ħlas għall-iskejjel huwa regolat b’żewġ kuntratti separati: wieħed japplika għat-trasport ta’ studenti li jattendu skejjel tal-Istat, filwaqt li l-ieħor japplika għal studenti li jattendu skejjel mhux tal-Istat. Fiż-żewġ każijiet, l-istudenti jridu jattendu skola li tkun irreġistrata u liċenzjata mal-Ministeru. Fir-rigward ta’ studenti li jattendu skejjel tal-Istat, dawn ikunu intitolati għat-trasport bla ħlas jekk ir-residenza tagħhom tinsab aktar minn kilometru ’l bogħod mixi mill-iskola li taqa’ taħt il-kulleġġ rispettiv taż-żona fejn joqogħdu. Minn naħa l-oħra, studenti li jattendu skejjel mhux tal-Istat ikunu eliġibbli għal dan is-servizz jekk joqogħdu aktar minn kilometru ’l bogħod mixi mill-iskola magħżula mill-ġenituri. Għaldaqstant, jekk l-istudent ikun eliġibbli skont il-kriterji stabbiliti, huwa jkun intitolat għat-trasport bla ħlas kemm fil-livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju.

Użu ta’ krejn - Permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli sabiex japplika u jikseb il-permess meħtieġ għall-użu ta’ krejn f’żona residenzjali jew urbana, jekk hux ir-resident/sid tal-proprjetà jew inkella l-operatur tal-krejn jew il-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-responsabbiltà legali ta’ kull parti involuta f’dan il-proċess?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-permessi għall-użu ta’ krejnijiet ma jaqgħux  taħt ir-responsabbiltà ta’ Transport Malta.  Ir-rwol tal-Awtorita f’dan il-proċess huwa limitat għall-għoti ta’ kummenti tekniċi relatati mal-impatt li tali użu jista’ jkollu fuq it-triq partikolari, b’mod speċjali meta t-triq tkun parti min-network tat-toroq nazzjonali jew taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Awtorità. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Użu ta’ krejn - Permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli sabiex japplika u jikseb il-permess meħtieġ għall-użu ta’ krejn f’żona residenzjali jew urbana, jekk hux ir-resident/sid tal-proprjetà jew inkella l-operatur tal-krejn jew il-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-responsabbiltà legali ta’ kull parti involuta f’dan il-proċess?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi l-Onor Interpellanta għal dak li tiddisponi l-leġislazzjoni sussidjarja 441.04 cioe r-Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsilli Lokali.

Skema ta’ ċediment volontarju tal-liċenzja tas-sewqan – Rekwiżiti/dokumentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti kollha meħtieġa sabiex persuna tkun eliġibbli għall-iskema biex iċċedi l-liċenzja tas-sewqan għal €25,000? Jista’ jgħid ukoll liema dokumentazzjoni hija meħtieġa?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33451.

Ħal Tarxien - Pjazza - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta beda x-xogħol fuq il-pjazza ta’ Ħal Tarxien, meta huwa mistenni li jitlesta u x’xogħol għad fadal isir biex il-proġett ikun konkluż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-pjazza ta’ Ħal Tarxien beda f’Awwissu 2025.  Il-maġġor parti tax-xogħlijiet se jkunu tlestew qabel il-festa ta’ Marija Annunzjata.  Xogħlijiet addizzjonali fiż-żona ta’ wara l-knisja, huma ppjanati li jsiru wara l-festi tar-raħal.

Ħaż-Żabbar – Triq Santa Duminka – Żona pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka, f’Ħaż-Żabbar, tiġi żona pedonali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali sabiex ikun jista’ jibda il-proċess biex din iż-żona tiġi pedonali.

Ħaż-Żabbar – Triq Santa Duminka – Żona pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka, f’Ħaż-Żabbar, tiġi żona pedonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li hemm pjanijiet sabiex il-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka,  tinbidel f’żona pedonali.

Pensjonijiet – Perċentwal li jinqata’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-perċentwal li jinqata’ mill-pensjoni meta koppja tirċievi pensjoni waħda peress li r-raġel biss kien jaħdem u l-mara tkun rikoverata ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR), filwaqt li r-raġel jibqa’ jgħix waħdu fid-dar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ix-Xgħajra - Xgħajra Tornados - L-art madwar il-pitch

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34416 u jgħid jekk l-art madwar il-pitch tax-Xgħajra Tornados ġietx devoluta lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsill Nazzjonali Għat-Taħriġ – Taħriġ fil-qasam tal-gvern lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti b’mod speċifiku t-taħriġ tal-Kunsill Nazzjonali Għat-Taħriġ fil-qasam tal-Gvern Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li minkejja li l-prospectus sħiħ tal-Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ għall-Gvern Lokali qiegħed fl-aħħar fażijiet tat-tlestija, saru numru ta' inizjattivi taħt l-awspiċi tal-istess kunsill. Dawn jinkludu taħriġ li kien offrut lis-Sindki kollha dwar it-tmexxija prattika tal-laqgħa tal-kunsill. Barra minn hekk, bħalissa għadhom qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għal programm ta' taħriġ, li permezz tiegħu dawk kollha li jaħdmu fil-qasam jistgħu jiksbu finanzjament sa massimu ta' €4000 biex jirċievu taħriġ li jagħżlu huma stess.

Ir-Rabat – Inclusion Hub

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda jopera l-Inclusion Hub fir-Rabat?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li bħalissa qed issir l-evalwazzjoni tat-"tender sustainable demolition, construction, and excavation" tal-Inclusion Hub fir-Rabat. Kif tħabbar fil-konferenza stampa tad-19 ta’ Jannar 2026, il-proġett mistenni jiġi komplut fl-aħħar tas-sena 2027.

Skejjel – Laptops li ngħataw lill-istudenti - Taħriġ

Question

B’referenza għall-istudenti li ngħatalhom laptop, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex qed jingħataw taħriġ dwar kif jużaw laptop?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzji li ġew irritornati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34473 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34275, jista’ l-Ministru jgħid in-numru speċifiku ta’ żgħażagħ li applikaw għall-iskema biex jirritornaw il-liċenzji tas-sewqan tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Nerġgħa nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat- tweġiba Parlamentari 34275 li hija ċara.

Ix-Xgħajra - Sqaq Dungur - Ħajt tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-ħajt tas-sejjieħ inti u dieħel fi Sqaq Dungur, ix-Xgħajra, jiġi rranġat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra li l-ħajt tas-sejjiegħ imsemmi, huwa proprjetà privata, għaldaqstant, il-Kunsill mhuwiex f’pożizzjoni li jwettaq xogħol ta’ manutenzjoni fuqu. Minkejja dan, sar rapport mal-Għassa tal-Pulizija dwar l-istat ta’ dan il-ħajt u tpoġġa t-tape sabiex ir-residenti jkunu konxji minn xi periklu li jista' jkun hemm.