B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34822, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bandli maqlugħin madwar Malta u Għawdex, u jaqsam din l-informazzjoni f’żewġ listi separatament, kemm għall-playing fields kif ukoll għall-bandli individwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mill-Kunsilli rispettivi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34805 rigward it-tiswija tal-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja, fix-Xgħajra, fejn ġie mwieġeb li “Ninsab infurmat li l-bieb tal-batterija iċċaqlaq mill-post għal post sigur. Ser issir spezzjoni biex jiġu identifikati l-ħsarat sabiex jibda l-pjan tal-konservazzjoni.”, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta dan il-proċess u l-bieb jerġa’ jitwaħħal?
Response (BONNICI, OWEN)
Bħalissa ninsabu fil-process fejn qed jiġu identifikati l-ħsarat u jitfassal il-pjan tal-konservazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34663 dwar ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjoni msemmija fl-istess tweġiba?
Ħaż-Żabbar – St. Peter’s Area – Bus stop ‘Marżebb’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34626 dwar l-intervent biex il-bus stop ‘Marżebb’ f’St. Peter’s Area, f’Ħaż-Żabbar, ikun iktar komdu għar-residenti, fejn ġie mwieġeb li “Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li fil-jiem li ġejjin il-Kunsill ser ikun qiegħed jissottometti t-talba meħtieġa lill-kumpanija responsabbli mill-installazzjoni tal-bus shelters, sabiex jinbeda l-proċess relatat mal-intervent fil-waqfa bl-isem "Marżebb", jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol wara din it-talba?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li l-proċess għall-installazzjoni ta’ bus shelters ġie rivedut u issa, flimkien mat-talba tal-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar, hemm bżonn jiġu sottomessi wkoll id-dokumenti meħtieġa, inkluż survey tas-sit u l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Il-Kunsill bħalissa qed jaħdem biex jiġbor id-dokumentazzjoni kollha sabiex tkun tista’ titressaq it-talba formali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34410 dwar x’xogħol sar fix-Xatt tar-Rinella l-Kalkara wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda, fejn ġejt riferuta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34075, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol wara li jitlesta l-pjan tax-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet min-naħa ta’ Infrastructure Malta jibdew kif ikollhom il-permessi kollha neċessarji f’idejhom.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34411 dwar x’xogħol sar fix-Xatt tar-Rinella l-Kalkara wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda, fejn ġie mwieġeb li “B’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u Infrastructure Malta, qed jitfasslu pjanti ġodda sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet u t-tiswijiet neċessarji.”, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol wara li jitlestew dawn il-pjanti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lil ministru kkonċernat.
Kunsilli lokali - Siti, artijiet u/jew binjiet - Devoluzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34963 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tas-siti, artijiet u/jew binjiet kollha li ġew devoluti lil kull kunsill lokali ta’ Malta u Għawdex, u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità u għal kull sit jindika l-indirizz tas-sit, id-deskrizzjoni tas-sit, l-ammont tal-ħlas mitlub mill-kunsill lokali bl-ammonti mħallsa, l-użu attwali tas-sit, id-data ta’ meta s-sit ġie devolut u t-terminu jew it-tul tad-devoluzzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument bl-informazzjoni anessa kif mitluba.
Ninforma wkoll lill Onorevoli interpellanta illi l-Gvern ilu li ħa d-deċiżjoni illi l-ammont massimu li għandu jitħallas għal kull proprjetà illi tiġi devoluta lill-Kunsilli lokali, jew li diġà qiegħda devoluta u qiegħed jintalab tiġdid tal-kuntratt, huwa ta’ 500 ewro. It-terminu huwa ta 5 snin. Dan jiġi mġedded awtomatikament sakemm l-ebda parti ma tavża li se ttemm il-kuntratt b’avviż minn xahar qabel ikunu se jiskadu l-5 snin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid x’korsijiet infetħu taħt l-akkademja nazzjonali tal-avjazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni 2023-2030 tidentifika t-tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi fis-settur bħala pilastru ewlieni, permezz ta’ taħriġ professjonali u tekniku kontinwu.
F’dan il-kuntest, u sakemm jitlesta aġġornament tal-
skills gap analysis
b’kollaborazzjoni man-
National Skills Council
sabiex jirrifletti l-iżviluppi u l-ħtiġijiet ġodda tas-settur, aktar tard din is-sena ser jiġu varati tliet programmi ta’ taħriġ taħt l-Akkademja Nazzjonali tal-Avjazzjoni f’livelli MQF Level 1, Level 2 u Level 3.
Qed jiġu kkunsidrati wkoll kollaborazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet edukattivi oħra, fosthom l-Institute of Tourism Studies.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34816 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid kemm applikaw persuni għall-iskema ‘Buying Energy-Efficient Homes’?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Framework Agreement - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru mill-Framework Agreement li sar bejn il-kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul is-sena 2024 u f’liema lokalitajiet saru dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet li saru fis-sena 2024 mill-Framework Agreement bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi huma s-segwenti:
Mosta
Xogħol ta’ pavimentar ħdejn iċ-Ċentru Ċiviku u fiż-żona ta’ Sta Margerita; fl-Eco Garden; fi Sqaq Xorxa; fi Triq il-Feniċi; fit-Triq il-Mitħna l-Qadima.
Qormi
Xogħol ta’ pavimentar fi Pjazza Narbona
Qrendi
Tiswijiet / bini ta’ culvert f’Misraħ Santa Marija
Safi
Xogħol ta pavimentar fi triq Dun Ġużepp Caruana; fi Triq Ajżar kantuniera ma’ Triq San Ġorġ; fi Triq t’Amparell.
Siġġiewi
Patching fi Triq Ġużeppi Busuttil; xogħol ta’ pavimentar fi Triq Mons M. Azzopardi; fi Triq S. Mallia; u fi Triq Girgenti. Bini ta’ ħajt wara l-binja tad-Dar tal-Providenza.
Żebbuġ Malta
Xogħol ta’ pavimentar f’De Rohan Gate.
Żurrieq
Tiswijiet / bini ta’ culvert fi Triq il-Pluvieri; Triq Wied il-Fuljia; Sqaq Ballott; Triq l-Imqabba; Triq Qortin, Triq Santa Katerina tal-Baqqa u fil-limiti ta’ Ħal Far.
Kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Framework Agreement - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru mill-Framework Agreement li sar bejn il-kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul is-sena 2024 u f’liema lokalitajiet saru dawn ix-xogħlijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk infetħitx is-sejħa biex żgħażagħ ikunu jistgħu jieħdu art agrikola minn bdiewa li se jirtiraw?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li biex ikun possibbli li tingħata art agrikola lill-bdiewa żgħażagħ, kien hemm bżonn li l-ewwel tinħareġ sejħa għal sidien ta’ art agrikola. Dan sabiex dawk is-sidien ikunu jistgħu joffru l-art tagħhom lill-Aġenzija, li mbagħad taġixxi bħala intermedjarja bejn is-sidien u l-bdiewa żgħażagħ li jixtiequ jidħlu fis-settur jew jespandu l-attività tagħhom.
Għalhekk, l-Aġenzija RAM ħarġet sejħa għal sidien interessati biex joffru l-art agrikola tagħhom ħalli tintuża għall-iskop agrikolu tagħha. Ġew sottomessi diversi applikazzjonijiet, u bħalissa l-Aġenzija qed tevalwa u tivverifika l-kwalità u l-potenzjal tal-artijiet offruti.
Ladarba dan il-proċess jiġi konkluż, imbagħad tinħareġ sejħa oħra indirizzata lill-bdiewa żgħażagħ sabiex dawn ikunu jistgħu japplikaw u jingħataw l-art agrikola disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’korsijiet ser ikunu offruti mill-Life Hack Programme?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ toffri;
1. Moneywise: litteriżmu finanzjarju, drawwiet ta ’flus responsabbli, ibbaġitjar, tfaddil, għarfien dwar id-dejn, u teħid ta’ deċiżjonijiet finanzjarji.
2. Imħuħ konnessi: Benesseri emozzjonali, bilanċ diġitali, empatija, reżiljenza, ġestjoni tal-istress, intelliġenza emozzjonali, strateġiji kontra l-bullying, u relazzjonijiet onlajn/offlajn b ’saħħithom.
3. Ħu Azzjoni permezz tar-ritratti: fehim tal-midja viżiva, il-fotografija bħala għodda għall-avukatura, l-interpretazzjoni ta ’messaġġi viżivi, is-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet, u l-espressjoni kreattiva tiegħek innifsek.
4. Spark Kreattiv: Għodod ta ’ħsieb kreattiv, soluzzjoni tal-problemi, ħsieb tad-disinn, prototipar, ħiliet analitiċi, inklinazzjonijiet intraprenditorjali, u approċċi innovattivi għall-isfidi tal-ħajja reali.
Dawn l-erba’ programmi kollettivament jiffurmaw l-offerta ta’ LifeHack għall-istudenti tal-Year 7 u Year 8.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-Valletta Management Plan, u jgħid eżattament x’inhu l-mandat mogħti f’dan ir-rigward?
Jista’ jgħid ukoll:
i. min ta dan il-mandat;
ii. liema emails jew komunikazzjonijiet uffiċjali ġew riċevuti dwar dan is-suġġett u meta ġew riċevuti; u
iii. għaliex saret sejħa (call) mal-istewards sabiex tittieħed deċiżjoni jew biex wieħed jifforma opinjoni dwar dan is-suġġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Valletta Management Plan huwa rekwiżit mill-World Heritage Centre (WHC) sabiex l-Istati Membri jissalvagwardjaw l-Outstanding Universal Value, f’dan il-każ: il-Belt Valletta. Malta ssottomettiet dan il-Management Plan lill-WHC fl-2023, b’aġġornament fl-2024, u ġie milqugħ tajjeb mill-Assemblea Ġenerali tal-WHC f’Lulju 2025.
Il-komunikazzjonijiet bejn l-Istat Malti u l-World Heritage Centre inżammu permezz ta’ protokolli diplomatiċi ferm stabbiliti. F’dawn l-aħħar għaxar snin, Malta dejjem wieġbet fil-ħin u żammet lill-WHC dejjem infurmat u aġġornat dwar kwalunkwe materja li tirrigwarda l-Wirt Dinji f’Malta. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali bejn Malta u l-WHC jinsabu għall-aċċess pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-UNESCO.
Is-sejħa għall-istewards saret sabiex jissaħħaħ l-operat tal-Valletta Management Plan u tidħol sistema ta’ xift biex is-sorveljanza ssir fuq numru akbar ta’ sigħat
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-impjegati kollha li jaqgħu taħt il-Valletta Management Plan?
Jista’ wkoll:
i. jindika min huma;
ii. kemm hemm minnhom impjegati taħt xi skema jew permezz ta’ xi aġenzija;
iii. għal kull wieħed minnhom jindika x’inhi l-pożizzjoni jew l-irwol tagħhom; u
iv. x’inhu x-xogħol li huma responsabbli minnu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi:
i. Bħalissa hemm 29 persuna li jaħdmu b’rabta mal-Valletta Management Plan, li minnhom 20 huma stewards u l-bqija huma uffiċjali;
ii. L-ebda waħda minn dawn il-persuni mhija impjegata taħt xi skema jew permezz ta’ xi aġenzija;
iii. Dawn il-persuni kollha jwettqu funzjonijiet ta’ stewarding u infurzar relatati mal-Valletta Management Plan;
iv. Ix-xogħol tagħhom jikkonsisti fil-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-attivitajiet fil-Belt Valletta sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati r-regolamenti applikabbli, inkluż minn kuntratturi, ħwienet u membri tal-pubbliku, b’mod li jiġi mħares il-valur tal-Belt Valletta bħala patrimonju dinji.
Ftuħ ta’ spralli taħt l-art fi proprjetà ta’ terzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-awtoritajiet konċernati jistgħux jiftħu sprall li jagħti taħt l-art fi proprjetà ta’ terzi, anke jekk dan isir b’permess?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.